Illum previous editions

Illum September 9 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1024343

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 09 ta' Settembru 2018 16 Opinjoni B iex nindirizzaw sewwa l-ħtiġijiet tal-pajjiż jeħtieġ li nħarsu fit-tul. Biex dan iseħħ hu meħtieġ ippjanar serju: li wara li jikkonsidra l-possibilitajiet kollha u janalizza l-impatti li jistgħu jirriżultaw iwassal għal deċiżjoni dwar l-aħjar soluzzjoni u mbagħad sussegwentement li din tkun imwettqa. L-implimentazzjoni tal- politika dwar it-trasport, f 'Malta, ma tħarisx fit-tul. Dan minkejja li għandna pjani ppreparati riċentement: il-Master Plan dwar it-Trasport li jwassal sal-2025 u l-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trasport li twassal sal-2050. Imma sfortunatement hemm diskrepanza mhux żgħira bejn il-politika dwar it-trasport u l-implimentazzjoni tagħha. L-interventi fl-infrastruttura mwettqa jew li qed jitħejjew minn Trasport Malta u/jew Infrastruttura Malta ftit li xejn jaqblu mal-għanijiet iddikjarati tal-Masterplan u l-Istrateġija dwar it-Trasport. Ħa nkun ċar: mhux qed ngħid li m'għandu jsir xejn. Id-diżastru li qed niffaċċjaw fil-qasam tat-trasport jista' jsir agħar milli hu llum jekk ma jsir xejn. Jeħtieġ bla dubju intervent mill-Gvern, imma dan jeħtieġ li jkun ippjanat u iffukat fuq il-problemi reali kif identifikati fil-pjani mfassla għall-Gvern Malti fl-2015 mill-konsulenti tiegħu tal-konsortju Italo- Spanjol Ineco-Systematica, imħallsa mill-fondi Ewropej dwar l-iżvilupp reġjonali. L-għanijiet li jeħtieġ li jintlaħqu huma mfissra fid- daħla għall-Masterplan dwar it-Trasport li hi ffirmata mill- Ministru tat-Transport ta' dak iż-żmien Joe Mizzi: "Malta, bħal bosta pajjiżi oħra qed tiffaċċja l-isfidi riżultat ta' bdil fl-istil ta' ħajja li ngħixu u li qed iwasslu f 'domanda ikbar għall-mobilità personali u dipendenza ikbar fuq karozzi privati. Iktar minn qatt qabel illum jeħtieġilna li nfittxu bilanċ bejn, fuq naħa waħda l-ħarsien tal-ambjent, il-protezzjoni ta' saħħitna u li nilqgħu għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u fuq in-naħa l-oħra t-titjib fl-ekonomija tal-pajjiż. Dan iwassal għal insistenza għal trasport pubbliku li jkun aħjar u ta' min joqgħod fuqu, u għall-użu ta' mezzi oħra (ta' trasport) kif ukoll integrazzjoni aħjar ta' dawn il-mezzi." Dan hu messaġġ ċar li jemfasizza l-ħtieġa urġenti li nagħmlu użu ta' mezzi alternattivi ta' trasport kif ukoll li nassiguraw illi nintegraw sewwa l-facilitajiet ta' trasport li għandna. Huwa propju dan li jagħmel il-Master Plan tat- Trasport. Huwa tajjeb li ninnotaw illi l-Master Plan jemfasizza li nofs il-vjaġġi li jsiru b'karozzi privati fil-gżejjer Maltin idumu inqas minn 15-il minuta. Dan jindika li din il-mobilità hi waħda primarjament ta' natura lokali fuq distanzi qosra. Dan, fil- fehma tal-Master Plan, jagħtina l-opportunità li ninkoraġixxu iktar mixi u użu tar-rota. Imma, iżid jgħid il-Master Plan, hemm il-ħtieġa ta' titjib fil-kwalità tal- faċilitajiet fiċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula tagħna, kemm għal min jimxi kif ukoll għal min jagħmel użu mir-rota. Dan jurina b'mod ċar li jeżistu soluzzjonijiet li jindirizzaw il-mobilità tagħna kemm fil- lokalitajiet infushom kif ukoll bejn lokalità u oħra. Dawn is-soluzzjonijiet, li jħarsu fit- tul, għandhom il-possibilità li jindirizzaw nofs il-vjaġġi li jsiru bil-karozzi privati, il-parti l-kbira minnhom fil-ħinijiet li jkun hemm ħafna traffiku fit-toroq tagħna. Dan mingħajr ma biss nikkunsidraw xi bypass jew proġett ta' toroq massiċċ. Sa fejn naf jiena, s'issa, fit-tliet snin li suppost illi ilu fis-seħħ il-Master Plan tat-Trasport, ma ttieħdet l-ebda inizjattiva ta' din ix-xorta. Dan hu qasam ta' ħidma li fih is-sehem tal- kunsilli lokali huwa essenzjali għax ifisser li hemm il-ħtieġa li niddiżinjaw mill-ġdid it-toroq u l-ispazji pubbliċi kollha tagħna b'mod li nittrasformawhom biex ikunu għas-servizz tar-residenti u mhux iktar biex jiffaċilitaw l-użu tal-karozzi kif wara kollox huma llum. Il-karozzi ħadulna t-toroq. Hemm bżonn li neħduhom lura. Li ntejbu l-infrastruttura tat- toroq tagħna u dik li nsejħulha l-għamara tat-triq twassal biex jibda jkun implimentat il- Master Plan tat-Trasport għax jinkoraġixxi t-tnaqqis fl-użu tal-karozzi privati għad-distanzi qosra: u dan ftakru li jinvolvi nofs il-vjaġġi li jsiru bil-karozzi! Iktar emfasi fuq il-ħtieġa ta' użu tat-trasport pubbliku fuq livell ta' lokalità għandu jwassal ukoll għal żieda fl-użu bejn lokalitajiet fil-qrib. Jekk dan isir sewwa, bla dubju, tonqos id-dipendenza fuq il-karozza privata u iktar nies tifhem kemm ma hemmx ħtieġa tal-proġetti kbar ta' toroq li hawn għaddejjin bħalissa li huma sempliċiment ħela ta' flus li nistgħu nużaw ħafna aħjar. Din hi stampa żgħira tal- ħarsa fit-tul li l-konsulenti Italo-Spanjoli tal-Gvern fasslu fil-Master Plan tat-Trasport. Hi għodda tajba li tista' tgħinna nnaqqsu d-dipendenza żejda tagħna fuq il-karozza privati, li wasslet għall-qagħda diżastruża fit-toroq tagħna llum. Għandna nimplimentaw dawn il-proposti malajr kemm jista' jkun: illum qabel għada. Il-politika dwar it-trasport: ħtieġa li nħarsu fit-tul carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com CARMEL CACOPARDO Il-ġlieda kontra l-kanċer I l-kanċer iqanqal tħassib mad-dinja kollha, u kulma jmur dan it- tħassib dejjem jiżdied. Malta mhix eċċezzjoni għal dan it-tħassib. U bir- raġun, għax f 'Malta jkollna madwar 2,000 każ ġdid fis-sena ta' persuni li jimirdu bil-kanċer u madwar 900 mewta marbuta ma' din il-marda. Bħala medja, dan ifisser ħames każijiet ġodda kuljum - u l-istatistika turi b'mod ċar li dan in-numru mistenni jiżdied. Hu diffiċli li wieħed jidentifika raġuni waħda u iżolata għal din l-inċidenza qawwija ta' mard marbut mal- kanċer. Fuq naħa hemm fatturi marbuta mal-istil ta' ħajja – bħal konsum tal-alkoħol, it-tipjip u d-dħaħen tossiċi li nibilgħu. Fuq naħa oħra hemm il-possibiltà miżjuda ta' mard marbut mal-kanċer minħabba li n-nies qed jgħixu iktar minn qatt qabel. Imma fl-isfond ta' dan kollu hemm aħbar pożittiva. Ir-rata ta' nies li jfiequ mill-kanċer hija l-ogħla li qatt kienet - u hemm nies li għandhom rata ogħla ta' ċans ta' fejqan iktar minn oħrajn. Li wieħed jinduna bil- mard kmieni jew li jipprevjeni l-mard milli jiżviluppa, iwassal għal rati ogħla ta' fejqan. Imma m'hemm l-ebda dubju li r-raġuni ewlenija għal dan is-suċċess hu l-investiment kontinwu li jsir madwar id- dinja kollha bl-iskop li l-kanċer ikun riċerkat u megħlub. Bħala membru tal-Parlament Ewropew, irrid nagħti kontribut f 'affarijiet li jolqtu direttament lin-nies fil-ħajja tagħhom ta' kuljum. U għal dan l-għan, iddeċidejt li għandi ningħaqad fil-ġlieda kontra l-kanċer. Kien hemm ħafna nies li kellmuni dwar dan is-suġġett. Dan saħħaħ ir-rieda tiegħi li navviċina u nappoġġja iktar lill-istakeholders lokali li qed jaħdmu biex jeqirdu l-marda tal-kanċer. F'dan l-impenn, isseħibt fil-grupp 'MEPs Kontra l-Kanċer'- grupp magħmul minn MEPs ġejjin partiti differenti bi sforzewlieni li jaħdem fuq politika dwar il-kanċer. L-impenn ta' dan il-grupp huwa mnebbaħ mill-ħsieb li l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea jagħmlu sforz akbar f 'dan il-qasam jekk jaraw koperazzjoni pożittiva fuq livell Ewropew. Fil-ġimgħat li għaddew, kelli wkoll l-opportunità li nwettaq ħidma biex innaqqas id-distanza bejn stakeholders lokali f 'dan il-qasam u dawk Ewropej. Żort diversi laboratorji fl-Università ta' Malta u ltqajt ma' xjentisti u riċerkaturi ddedikati għar- riċerka dwar il-kanċer. Bqajt impressjonat bil-livell għoli ta' riċerka li qed iwettqu dawn ir-riċerkaturi, u bir- riżultati eċċezzjonali li qed jirnexxilhom jiksbu grazzi għal fondi kemm lokali kif ukoll Ewropej u grazzi għal impenn komuni Ewropew f 'dan il- qasam. Madanakollu, l-istess riċerkaturi qaluli li l-isfida ewlenija hija li mhumiex isibu biżżejjed fondi. Fil-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) fil-ParlamentEwropew, qed nistinkaw biex sal-2024, l-Unjoni Ewropea tirdoppja l-infiq tagħha fir-riċerka dwar il-kanċer. B'hekk, inkunu nistgħu nagħtu prijorità akbar lill-ġlieda kontra l-kanċer - speċjalment meta jintlaqtu t-tfal b'mard rari. Hawnhekk, jeħtieġ koperazzjoni akbar fuq livell Ewropew sabiex jiżdied l-impenn għar-riċerka, l-isforz, ir-riżultati u l-għarfien dwar il-kanċer. Fl-istess waqt, numru kbir ta' Maltin ikkommettew ruħhom li jagħtu daqqa t'id f 'din il- ġlieda. Waqt diversi laqgħat li kelli ma' NGOs lokali bħall- Europa Donna, il-fondazzjoni Alive, il-fondazzjoni Action for Breast Cancer u l-Malta Hospice Movement, wegħdthom li se nappoġġja l-impenn fil-missjoni tagħhom li jqajmu aktar għarfien u fondi. Wegħedthom ukoll li se nappoġġjahom fl-impenn tagħhom li jżidu l-isforzi biex jinstab trattament għall- kanċer li jkun iktar effettiv u sostenibbli. Dawn il-voluntiera kollha jixirqilhom l-ammirazzjoni tagħna. Huma għażlu li jiddedikaw l-enerġija u l-ħin tagħhom għall-ġlieda kontra l-kanċer - xi ħaġa li personalment timmotivani biex inkompli nkun il-vuċi tagħhom fil-Parlament Ewropew. Qed nagħmel dak kollu li nista' biex il-veduti u l-għarfien ta' dawn l-NGOs nitrasmettihom lil-leġiżlaturi Ewropej. Dan beħsibni nkompli nagħmlu billi nibqa' niffaċilita d-djalogu u l-kollaborazzjoni bejn il-leġiżlaturi Ewropej u l-istakeholders lokali fil- qasam tal-ġlieda kontra l-kanċer. Lest ukoll li niffaċilita l-kollaborazzjoni bejn dawn l-NGOs u l-kontropartijiet Ewropej tagħhom permezz tal-European Cancer Leagues (ECL) - organizazzjoni li tiġbor organizazzjonijietnazzjonali u reġjonali f 'dan il-qasam. Tul is-snin, l-umanità kienet kapaċi toħroġ rebbieħa fuq diversi tipi ta' mard qerried. Il- kanċer huwa sfida oħra li rridu negħlbu flimkien. Permezz ta' sforz kollettiv magħmul mill-gvernijiet differenti, l-NGOs, l-istituzzjonijiet Ewropej u l-komunità xjentifika, nistgħu nagħmlu l-ġlieda kontra l-kanċer ġlieda aktar qawwija u b'saħħitha minn qatt qabel. FRANCIS ZAMMIT DIMECH

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - Illum September 9 2018