Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 31

Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 4,000 oġġezzjoni ma jegħlbux 38 sular; B'għaxar voti kontra erba', ġie approvat il-proġett kontroversjali tal-Grupp db. Iżda dan il-proġett x'jinkludi? X'impatt jista' jħalli? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio NHAR il-Ħamis li għadda, il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva l-proġett kontroversjali tal- Grupp db f ' Pembroke minkejja li għexieren ta' residenti semmgħu leħinhom kontra dan il-proġett qabel u waqt il-laqgħa. Il-proġett kien approvat b'għaxar voti kontra erbgħa. Dawk li vvutaw kontra kienu r-rappreżentanta tal-Oppożizzjoni Marthese Portelli, is-Sindku ta' Pembroke Dean Hili, iċ- Chairperson tal-Awtorità tal- Ippjanar Vince Cassar u Annick Bonelli li kien qed jirrappreżenta lill-NGOs. Tul il-laqgħa, Vince Cassar iddeskriva dan il-proġett bħala wieħed eċċessiv u waqt li wera t-tħassib tiegħu għat-traffiku li dan il-proġett se joħloq fl-inħawi, insista li hemm bżonn masterplan għaż-żona. Iżda r-residenti x'qed jgħidu? X'impatt se jħalli l-proġett? Apparti li niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-proġett u diversi laqgħat li kellhom, inkluż mal-President Marie- Louise Coleiro Preca, il-vuċi tar- residenti ta' Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan instemgħet f 'sondaġġ li sar bħala parti mis-Social Impact Assessment għal dan il-proġett. Skont dan is-sondaġġ, li sar fost 400 resident, irriżulta li 30.7% ma jsibu l-ebda problema b'dan l-iżvilupp. 59.9% tar-residenti huma kontra dan il-proġett, filwaqt li 9.4% mhumiex ċerti dwaru. Dan l-istħarriġ kien sar f 'Awwissu tas- sena li għaddiet mill-istatistiku Vincent Marmara, l-antropoloġista John Micallef u l-espert fil-qasam tal-ħarsien soċjali Joe Gerada. Kif wieħed jistenna, kienu r-residenti ta' Pembroke (77%) l-aktar li oġġezzjonaw għal dan l-iżvilupp. L-aktar fatturi li qed jinkwetaw lir-residenti huma t-traffiku li hu mistenni li se jiżdied u marbut miegħu n-nuqqas ta' parkeġġ. Skont l-Environmental Impact Assessment, dan il-proġett, flimkien ma' dak ta' Villa Rosa, se jiġġenera 7,500 vjaġġ aktar bil-karozza kuljum. Il-Gvern jikkometti ruħu li jibni l-mina Fil-fatt, Transport Malta, fost kundizzjonijiet oħra, kienet saħqet li l-iżvilupp għandu jkun approvat biss jekk il-Gvern jikkommetti ruħu li jibni mina bil-għan li jnaqqas l-impatt li dan il-proġett se jkollu fuq it-traffiku fl-inħawi. Waqt il-laqgħa ta' nhar il-Ħamis li għadda, id-Direttorat tal-Ippjanar żvela li l-Gvern ikkommetta ruħu li jibni din il-mina. Skont il-pjanti, din il-mina twila 1.4 kilometri, li għandha sservi wkoll ta' 'soljev' mill-impatt li proġetti oħra wkoll se jkollhom fuq it-traffiku fl-inħawi, għandha tiżbokka fil-parti ta' fuq ta' Triq il-Kosta. Il-kuntratt ta' trasferiment tal-art jistipola li l-Gvern jibqa' responsabbli mit-toroq u xogħlijiet infrastrutturali oħra li jagħtu għas-sit. Għalhekk, minkejja li l-pjanta tal- mina hija inkluża fil-pjanti tal-proġett, huwa l-Gvern responsabbli li japplika quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex din tkun tista' tinbena. X'se jkun jinkludi dan il-proġett? L-aktar ħaġa kontroversjali f 'dan il-proġett huwa t-torri ta' 38 sular li mistenni jbiddel kompletament id-dehra taż-żona. Iżda apparti t-torri, se tkun qed tinbena lukanda ta' 17- il sular, każinò u anke stabbiliment kummerċjali kbir. Il-proġett mistenni jinbena fuq medda art ta' 109,919 metru kwadru. Il-lukanda waħedha, se tieħu 51,417-il metru kwadru, se tkun għolja 73 metru u se tinkludi 438 kamra. It-torri, li se jkun jinkludi għadd ta' appartamenti, se jogħla 141 metru. Iż-żona residenzjali se tkopri 32,713-il metru kwadru u 1,090 metru kwadru ieħor se jkunu riservati għall-ħwienet. L-istabbiliment kummerċjali se jieħu 18,753 metru kwadru oħra.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018