Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060
7 Aħbarijiet Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 | illum sular; x'se jinkludi l-proġett sħiħ? Mistoqsija x'jaħsbu li se jkunu l-akbar benefiċċji ta' dan il-proġett, 34% ta' dawk li ħadu sehem kienu semmew l-opportunitajiet tax- xogħol. Minkejja dan, 16% jaħsbu li dwar dan il-proġett ma hemm xejn pożittiv. 'Il fuq minn 4,000 oġġezzjoni B'kollox, kienu ġew sottomessi lill-Awtorità tal-Ippjanar, 'il fuq minn 4,000 oġġezzjoni għal dan il-proġett, mhux biss minħabba t-traffiku u l-istorbju, iżda anke minħabba t-trabijiet 'perikolużi' li se jinħolqu waqt il- kostruzzjoni u d-dell permanenti li se jispiċċaw fih residenzi fil-viċin. Dawn kollha jinsabu mniżżla fl-Environmental Impact Assessment. Qed ikun stmat, li sakemm jitlesta l-proġett, se jiġu ġġenerati 336,085 tunnellata ta' skart tal- kostruzzjoni. Ħafna qed juru wkoll it-tħassib tagħhom għall-fatt li l-iskavar biex jinbena t-torri u l-lukanda jista' jħalli impatt mhux mixtieq fuq Għar Ħarq Ħammiem, għar moħbi u li huwa uniku mhux biss minħabba l-għoli u t-tul tiegħu, iżda anke minħabba l-ilma frisk li jinġema' fih u li jlaħħaq mas-60 metru fond. L-Environmental Impact Assessment ma rnexxilux iserraħ ras dawk kollha interessati, li l-iskavar biex isir l-iżvilupp mhu se jkollu l-ebda impatt fuq dan l-għar. Il-kontroversji li tefgħu dell fuq il-proġett… L-art li fuqha huwa propost li jinbena dan il-proġett kien intqal li nbiegħet mill- Gvern lill-Grupp db għal €60 miljun. Madanakollu kien ġie żvelat li l-Grupp db intrabat li jħallas €15-il miljun fi flus kontanti: depożitu ta' €5 miljuni u mbagħad pagament ta' €10 miljuni, fuq seba' snin. Il-bqija tal-flus se jkunu qed jiġu minn ċnus. L-art ingħatat lill-kumpanija mill-Gvern b'konċessjoni ta' 99 sena. Dan il-prezz kien wassal għall-kritika qawwija mhux biss mill-Oppożizzjoni, iżda anke mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Għaqda tal-Iżviluppaturi u mill- Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Ristoranti, fost oħrajn. Il-ġurnal The Times of Malta kien irrapporta wkoll li minn analiżi li wettaq tal-kuntratt, jirriżulta li l-kumpanija ntrabtet li twettaq investiment ta' €150 miljun u mhux ta' €300 miljun kif kien intqal waqt konferenza li saret f 'Kastilja meta tħabbar il-proġett. Il-kobba kompliet titħabbel meta fil-5 ta' Marzu tas-sena li għaddiet, Simon Busuttil, li dak iż-żmien kien Kap tal- Oppożizzjoni, kien talab lill-Awditur Ġenerali biex jinvestiga dan il-kuntratt, bil-Grupp db immedjatament jaqbel miegħu. Madanakollu, ftit aktar tard, Simon Busuttil kien qal li rċieva messaġġ mingħand Silvio Debono li skontu kien talbu laqgħa urġenti biex il-Partit Nazzjonalista jirritorna d-donazzjonijiet li l-Grupp db kien ta lill-Partit tul numru ta' snin, mossa li Busuttil kien iddeskriviha bħala theddida biex il-PN jagħlaq ħalqu. Immedjatament, il-kumpanija kienet ippubblikat stqarrija li fiha qalet kif il- Partit Nazzjonalista kien talab lill-Grupp db biex iħallas il-pagi tas-Segretarju Ġenerali Rosette Thake u l-Kap Eżekuttiv tal-midja tal-Partit Nazzjonalista, Brian St John. L-istess stqarrija kienet tgħid li Simon Busuttil kien jaf li saret din it-talba u anke li l-Grupp db kien aċċetta li jħallas dawn il-pagi. Il-Partit Nazzjonalista kien ċaħad u kien qal li dik is-sena, il-Grupp kien ta €3,500 bħala donazzjonijiet lill-partit u €70,000 lill-Media.Link bħala riklami. Madanakollu, il-Grupp db kien baqa' jisħaq li għandu rċevuti li jippruvaw kif il-kumpanija ħallset il-pagi ta' dan iż-żewġ uffiċjali u li b'kollox, tul l-2016, dawn ammontaw għal €70,800, apparti donazzjonijiet oħra. Il-kumpanija kienet qalet li kienu l-ogħla uffiċjali tal-PN stess li qalu lill- Grupp db li s-€70,800 mitluba kienu se jintużaw biex jitħallsu l-pagi tas- Segretarju Ġenerali u tal-Kap Eżekuttiv. "Fuq talba tal-istess uffiċjali dawn kienu se jibagħtulna invoices mingħand il- kumpanija Media.Link," kienet qalet il-kumpanija. Il-PN kien baqa' jżamm sod mal- pożizzjoni tiegħu u qal li l-flus kienu kollha parti minn arranġament kummerċjali mal-Media.Link u li l-Grupp db ħa lura b'riklamar, għall-flus li kien ta. Minn hemm bdiet botta u risposta bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista, b'dan tal-aħħar jinsisti ma' Busuttil biex jippubblika dawn l-invoices biex jipprova li r-relazzjoni bejn il-PN u l-kumpanija hija vera waħda kummerċjali. Ftit tal-jiem wara, il-Partit Laburista beda jiddeskrivi dawn l-invoices, li l-PN kien qed jgħid li ħareġ għal servizzi li ta lill-Grupp db, bħala 'foloz,' għax fi kliemu mhux vera kien sar l-arranġament li kien qed jitkellem dwaru Simon Busuttil. Il-kobba saret għoqda meta l-gazzetta oħt MaltaToday irrappurtat kif Mario De Marco (dak iż-żmien Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista), jew aħjar il-kumpanija li jmexxi, Guido De Marco and Associates, kienet innegozjat il-konċessjoni li tat l-art tal-ITS lill-Grupp db. Minkejja li d-Direttorat għall- Ippjanar kien irrakomanda li l-iżvilupp għandu jiġi approvat, kienu ħafna dawk l-entitajiet li esprimew it-tħassib tagħhom dwar dan il-proġett. L-aktar li semmgħu leħinhom kontra kienu l-Kunsilli Lokali ta' Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan apparti diversi għaqdiet ambjentali, li flimkien nedew il- kampanja 'Tidfnuniex Ħajjin.' Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent saħansitra kienet bagħtet ittra lill-kumpanija Hard Rock Hotels tħeġġiġhom biex jagħmlu pressjoni fuq l-applikanti tal- proġett tad-db f 'Pembroke sabiex jirrevedu l-proġett. Il-Kummissjoni kienet ilmentat li: • L-għoli tal-bini huwa eċċessiv meta tqis l-inħawi li fih ser jittella' • Il-kobor tal-proġett ma jatix kas l-impatt fuq it-traffiku, l-impatt viżwali, u l-aċċess għad- dawl tax-xemx • Studji fuq l-impatt tat- traffiku juru li jridu jsiru xogħlijiet infrastrutturali kbar biex jitnaqqas l-effett taż-żieda fit-traffiku • Hemm il-possibilità li l-proġett ikollu impatt negattiv fuq is-sit Natura 2000 ta' Pembroke Din il-ġimgħa stess, il-Gwardjan għall-Ġenerazzjonijiet Futuri, Maurice Mizzi, ukoll ikkritika dan il-proġett u wera t-tħassib tiegħu għall-fatt li awtoritajiet responsabbli mill-ippjanar taw timbru pożittiv lil dan il-proġett meta ma jeżistix masterplan li jipprovdi viżjoni għall-iżvilupp fiż-żona. Fi kliemu, din hija 'kwistjoni gravi.' Kemm il-Partit Demokratiku u anke l-Alternattiva Demokratika minn dejjem esprimew irwieħhom kontra dan l-iżvilupp. Min kien favur u min kontra dan il-proġett?