Illum previous editions

ILLUM 23 September 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1031060

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 23 ta' Settembru 2018 Aħbarijiet Malta r-raba' post -Ewropa b'ammont konsiderevoli ta' persuni li jitkellmu żewġ lingwi apparti l-ilsien nattiv. L-ILLUM titkellem mal-lettur Charles D. Saliba HEKK kif fil-maġġoranza tal-Ewropa jintuża l-ilsien nattiv ta' kull pajjiż rispettivament, f 'Malta 97% jużaw il-lingwa Maltija. Il-kumplament jużaw il-lingwa tal-Ingliż skont l-Eurobarometer f 'rapport fuq l-Ewropew u l-lingwa li ġie ppubblikat fl-2012. Dan ir-rapport juri li l-aktar pajjiżi li jużaw l-ilsien nattiv tagħhom fl-Ewropa huma l-Greċja u l-Ungerija b'99%. Għall-kuntrarju ta' dan l-pajjiżi tal-Latvja b'71% u l-Estonja bi 80% ammont konsiderevoli jippreferixxu li jużaw ir-Russu minflok il-lingwa nattiva tal-pajjiż tagħhom. L-istess rapport juri li ftit aktar minn nofs il-popolazzjoni tal- Ewropew, jitkellmu lingwa oħra mal-ilsien nattiv fil-fatt, ir-riżultat kien dak ta' 54%. Interessanti l-fatt li Malta tinsab fir-raba' post fost il-pajjiżi Ewropej, b'59% jitkellmu żewġ lingwi apparti l-lingwa nattiva. Fil-quċċata, il-pajjiżi tal-Lussemburgu b'84%, l-Olanda b'77% u s-Slovenja b'67%. It-tliet lingwi l-aktar mitkellma mill-Maltin apparti l-lingwa tal-Malti stess, huma l-Ingliż b'89%, it-Taljan b'56% u l-Franċiż bi 11%. L-Ewropej iwieġbu li l-vantaġġ ewlieni li jitkellmu lingwi varji tkun li jkunu jistgħu jaħdmu f 'pajjiżi barranin. Hekk kif dan ir-rapport irriżulta li l-Maltin huma fost l-aktar fl-Ewropa li jitkellmu lingwi barranin, dan jista' jkun minħabba influwenza ta' nies ta' nazzjonalità barranija fil-pajjiż. Il-fatt li l-lingwa Maltija hija lingwa Semitika u għandha għeruq minn lingwi oħra bħall- Għarbi, it-Taljan u l-Ingliż, ikompli jgħin sabiex lingwi bħal dawn jiġu mitgħallma b'inqas diffikultà. Fejn f 'dari sabiex persuna titgħallem lingwa barranija riedet bilfors tieħu xi kors jew tagħmel użu minn kotba, għalkemm dawn il-metodi għadhom validi sal-lum il-ġurnata, hawn aktar sorsi sabiex it-tagħlim tal-lingwi jkun wieħed aktar aċċessibli. Fid-dinja tat-teknoloġija li qed ngħixu fiha llum, persuni li jixtiequ jitgħallmu lingwi barranin, jistgħu anke jagħmlu dan permezz ta' applikazzjonijiet onlajn. Dawn l-applikazzjonijiet huma disponibbli saħansitra mingħajr ħlas u persuna tista' titgħallem il-lingwa sa mill-bidu nett. Minn vidjows li jittellgħu onlajn wieħed jista' anke jitgħallem kif għandu jikteb ċertu kliem u jitgħallem aċċenti b'lingwi differenti. Fattur ieħor li jkompli jqanqal interess fost il- Maltin sabiex jitgħallmu lingwi barranin huwa l-ivjaġġar. L-istatistiċi maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika f 'Malta juru li bejn April u Ġunju ta' din is-sena kien hemm żieda ta' 39.8% fuq is-sena ta' qabel, ta' Maltin li siefru barra l-pajjiż. Fil- fatt, l-istess statistika turi li bejn April u Ġunju tal- 2018, 140,108 persuni ħarġu barra minn Malta. Huwa tajjeb li l-Maltin jitgħallmu lingwi barranin għax dan iħalli impatt pożittiv fuq it-turiżmu f 'pajjiżna, iżda kemm huwa importanti li nies ta' nazzjonalità barranija, residenti Malta, jitgħallmu l-lingwa Maltija? Kemm–il darba mort f 'xi restorant tiekol u ma sibtx ħaddiem wieħed jitkellem bil-Malti? Bħal tistħajlek tinsab f 'pajjiż barrani! Dak li jagħmel il-lingwa Maltija aktar speċjali… L-ILLUM tkellmet ma' Dr Charles Daniel Saliba rigward il-lingwa Maltija u l-Malti bħala lingwa barranija. Saliba huwa lettur fl-MCAST, practicum visitor mal-Istitut għall- Edukazzjoni kif ukoll jgħallem il-lingwistika u l-letteratura Maltija fuq livell intermedju u avvanzat. Huwa ppubblika 'l fuq minn 40 ktieb dwar il-lingwa Maltija li jinkludu s-serje 'Maltese for Foreigners'. Dr Saliba jispeċjalizza l-aktar fuq it-tagħlim tal-Malti bħala lingwa barranija. Meta mistoqsi minn din il- gazzetta dwar kif bdiet il- ġibda lejn il-lingwa Maltija, ir-risposta ta' Saliba kienet waħda sempliċi. Hu qalilna li nġibed lejn il-lingwa minħabba li l-familjari u qraba tiegħu kienu jistudjaw il-Malti f 'livelli differenti, b'hekk kienet naturali għalih. L-aktar fattur li jattira lil Saliba fil-lingwa Maltija huwa l-fatt li l-lingwa Maltija bdiet bħala djalett Għarbi u ġiet influwenzata mill- Isqalli, mit-Taljan u mill- Ingliż sabiex iffurmat din il-lingwa unika. Saliba jżid jgħidilna li l-Malti hu l-uniku lsien Semitiku li jinkiteb b'alfabett Latin kif ukoll, l-uniku lsien Semitiku li huwa rikonoxxut bħala lingwa uffiċjali fl-Unjoni Ewropea. Charles saħaq dwar kif il-Malti hu l-ilsien nattiv tagħna, "wirt uniku li jagħtina identità u għalhekk qatt m'għandna nabbandunawh." Kompla jżid li "bħala poplu li ngħixu fuq żewġ gżejjer żgħar, għandna bżonn li nitgħallmu l-lingwi barranin għal diversi raġunijiet iżda dan m'għandux isir għad- detriment tal-lingwa- omm." Fit-tweġibiet tiegħu, Saliba fakkarna fil-poeżija ta' Dun Karm 'Għaliex? – Jedd l-ilsien Malti' li propju hi poeżija bi twissija għal dawk li jiddeċiedu li jabbandunaw l-ilsien tal- Malti sabiex jitkellmu oħra barranija. "Għaliex immela tiċħad, Malti ħija, Lil dan l-ilsien li bih int Malti sewwa? Ħobb, jekk jiswewlek, l-ilsna barranija, Iżda le tbarri lil min hu ta' ġewwa." 'Għad baqgħalna ħafna MINISTRY FOR HEALTH PARLIAMENTARY SECRETARIAT FOR EUROPEAN FUNDS AND SOCIAL DIALOGUE PUBLIC HEALTH IS YOUR GUARANTEE. TAKE PART. NATIONAL SURVEY ON THE SOCIAL DETERMINANTS OF HEALTH PROJECT PART-FINANCED BY THE EUROPEAN UNION Sarah Debattista

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 September 2018