Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1034186
14 Intervista illum | Il-Ħadd 30 ta' Settembru 2018 FILĦAJJA, kulħadd għandu xi delizzju. Min hu dilettant tal-futbol, min hu dilettant tal-moda u min ifaddal il- bolol jew mudelli tal-karozzi. Oħrajn, l-għaxqa tagħhom hija li jerfgħu fil-vari u għal dawn ir-reffiegħa, ir-refgħa mhijiex sempliċiment delizzju, iżda kważi kważi sengħa. Jekk f 'Malta hawn reffiegħ magħruf, anzi nistgħu nsejħulu l-imgħallem tar- reffiegħa, bla dubju ta' xejn huwa Ivan Grixti, li ħafna jafuh sempliċiment bħala akkademikujew eks kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Wara 30 sena taħt il-bastun Grixti ħa d-deċiżjoni, li min jafu qatt ma basar li se jasal għaliha. Ivan waqaf jerfa'. Il-gazzetta ILLUM iltaqgħet miegħu u minkejja li din kellha tkun intervista 'light,' saret it-testment tiegħu għal sħabu r-reffiegħ. Iżda x'wassal lil Ivan biex jagħżel li jieqaf jerfa'? Hemm diversi raġunijiet li tkellimna dwarhom iżda fuq kollox, Grixti ħass li ma għadux jiflaħ biżżejjed. "Tasal f 'mument li trid tkun raġel miegħek innifsek u tammetti li ma tkunx għadek biżżejjed b'saħħtek," qalilna Ivan waqt li insista li jekk reffiegħ ma jkunx għadu b'saħħtu biżżejjed u jibqa' jerfa' ma jkunx ġust ma' sħabu r-reffiegħa l-oħra. "Aħna l-Beltin għandna d-djalett tagħna fl-irfigħ. Jekk se terfa' trid tkun hemm u tagħti sehmek. Mhux sew li ħaddieħor jerfa' l-piż tiegħek ukoll," saħaq Grixti. "Kif ngħidu aħna r-reffiegħa l-Beltin, stanga trid toħroġ u stanga trid tidħol." Għal min jaf lil Ivan u l-passjoni li għandu għall- irfigħ, żgur li jimmaġina li din ma kinitx deċiżjoni faċli. "Ilni sena nhewden dwarha,' kompla jgħidilna emozzjonat għall-aħħar. "Imma wara 30 sena nħoss li lħaqt il-pik tiegħi fl-irfigħ. Xtaqt nagħlaq dan il-kapitlu f 'din is-sena speċjali għall-Belt Valletta." 'Qatt ma fridt id- devozzjoni mill-bastun' Ivan refa' għall-ewwel darba meta kellu 21 sena. Anke jekk qabel ġieli refa' fl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju tal-Belt, għal ħafna reffiegħa, partikolarment dawk Beltin, il-magħmudija tagħhom fl- irfigħ tkun meta għall-ewwel darba jerfgħu fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. Mill-ewwel għamililna ċara u baqa' jinsisti dwarha tul l-intervista sħiħa, li jekk reffiegħa oħra huma sempliċiment dilettanti, għalih kull refgħa kienet espressjoni tal-fidi. "Jien dejjem erfajt b'devozzjoni, partikolarment fil-Ġimgħa l-Kbira. Dejjem qist il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira bħala kontinwazzjoni tal-Funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib. Għalhekk fil-Belt żammejna l-purċissjoni kif inhi. Sfortunatament, bnadi oħra, din il-purċissjoni saret xalata," saħaq Ivan. "Jien anke meta l-Vara l-Kbira tkun fuq il-forċina, kont indur, nitfa' jdejja mal-bsaten, inħares lejn il-kurċifiss u ngħid lili nnifsi li jien mhux denju nkun hawn." Ir-refgħa li Ivan ma jinsa qatt… Staqsejna lil Ivan, liema kienet l-aktar refgħa li jibqa' jiftakar u jgħożż. Semmielna żewġ refgħat partikolari. Ivan jirrakk onta kif nhar Ħamis ix-Xirka tal-2006, wieħed minn sħabu r-reffiegħa kien involut f 'inċident mas-sieħba tiegħu li spiċċat tissielet għal ħajjitha. Minkejja li sal-aħħar mument sieħbu baqa' indeċiż jekk jerfax, Ivan irnexxielu jikkonvinċih biex jerfa' xorta waħda u flimkien joffru r-refgħa għas-sieħba tiegħu. "Meta baxxejna l-Vara l-Kbira fuq il-karru biex tgħaddi mill-bieb, għajnejja ġew livell mal-irkoppa tal- Kurċifiss. Ħassejt xi ħaġa ġo fiha tgħidli biex fuq karta nikteb isem din il-persuna u npoġġuha taħt is-salib. Hekk għamilna. Ħaġa tal- iskantament, il-piż li ħassejt dik is-sena, qatt ma ħassejtu fi 13-il sena li għamilt nerfa' l-Vara l-Kbira. Bdejna nistaqsu lil xulxin minn fejn kien ġej dan il-piż." Iżda x'ġara? Malli lestew it-triq, u kienu qed iżarmaw il- vara, sieħbu jirċievi telefonata. "Ġie jiġri fuqna jgħidilna li s-sieħba tiegħu qalbet għall- aħjar. Ma nafx! Imma l-mirakli jsiru," irrakkonta Ivan emozzjonat. L-aħħar refgħa ta' Ivan fil-Vara l-Kbira tal-Belt, li kif naħseb innutajtu, hija l-mimmi ta' għajnejh, ukoll tibqa' mmarkata f 'qalbu għax tfakkru f 'eks student tiegħu li miet b'kanċer is-sena li għaddiet, fl-età ta' 38 sena. Fl-2009, dan l-istudent, kien ġibed ritratt (ippubblikat ma' dan l-artiklu) malli Ivan u sħabu kienu neżlin it-taraġ ta' Triq Sant'Ursola. "Is-sena li għaddiet ġie l-Funzjoni tat-Tlieta. Kien magħkus ħafna. Miet hu u mietet il-parteċipazzjoni tiegħi fil-Vara l-Kbira. Dan ir-ritratt jibqa' jfakkarni fih. Din is-sena għalaqt il-kapitlu tiegħi billi erfajt fid-Duluri. L-Appostli ħarbu għax ħasbu li spiċċa kollox. Il-Madonna u San Ġwann baqgħu hemm għax emmnu li ma spiċċax kollox. Fil-fatt hekk hu!" 'Fil-pik tiegħi kont nerfa' vara kull xahar' Madanakollu, anke jekk id-devozzjoni tibqa' ċentrali, il-ħeġġa għall-bastun u xi drabi anke l-isfida ma tonqosx, b'mod partikolari fejn jidħlu r-reffiegħa Beltin. Pereżempju fil-Belt hemm it-tradizzjoni, kważi kważi teknika, li l-vara tintrefa' minn kantuniera għall-oħra. "Konna ddeċidejna li l-vara mastiċċa ta' San Ġużepp ta' Bormla nerfgħuha minn ħdejn ir-Rialto sa fuq il-bankun fil-Knisja. Għamilna kwarta telgħin bih. Vera li hemm element ta' namra, teknika u sfida, imma importanti li refgħa qatt ma titbiegħed minn dak li hu reliġjuż," reġa' insista. Ivan Grixti refa' f 'għadd ta' vari, mhux fil-Belt biss, imma kif għadna kemm semmejna, anke barra mill-Belt, għax ir-reffiegħa Beltin, minħabba t-teknika tagħhom, jiġu mistiedna biex jerfgħu bnadi oħra, fosthom fil-festa ta' San Anton Abbati fir-Rabat, ta' San Duminku tal-Birgu u anke fil-pellegrinaġġ bil-Madonna tar-Rużarju tar-Rabat, fost oħrajn. Hu stess jirrakkonta kif fil-pik tiegħu, kien ikun involut f 'refgħa fix-xahar u ġieli anke aktar. Iżda ftit huma dawk li jafu, li minkejja li Ivan huwa Dumnikan Belti, qatt ma kellu x-xorti li jerfa' purċissjoni sħiħa bil-vara ta' San Duminku u ta' dan għandu ftit tar-rimors. Fil-fatt, meta staqsejnih jekk hemmx xi vara li xtaq li jerfa' fiha tul purċissjoni sħiħa, Ivan mill-ewwel semma lil San Duminku tal-Belt u miegħu żied ukoll lil Stella Maris ta' Tas-Sliema. 'Rawwimt żgħażagħ oħra…dejjem fittixt il- kontinwità' Iżda issa li waqaft, ma tħossx għafsa ta' qalb meta tara Ir-reffiegħ bl-akbar 'ħobża' iwarrab Ivan Grixti magħruf bħala akkademiku u eks politiku iżda l-akbar passjoni tiegħu hija l-ir għ. Wara 30 sena, Grixti ħa d-deċiżjoni li jieqaf jerfa'. Għalfejn? X'rimorsi għandu? X'messaġġ jgħaddi lir- re egħa sħabu? X'se jagħmel bil-famuża 'ħobża' li rabba' fuq spalltu? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Ir-ritratt meħud mill-eks student ta' Ivan li miet is-sena li għaddiet Ivan (l-ewwel mil-lemin) jerfa' f 'San Ġużepp ta' Bormla