Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum 80% tal-Maltin jemmnu illi għajnuna lil pajjiżi fqar tindirizza l-kwistjoni tal-immigrazzjoni Minn Albert Gauci Cunningham ILMALTIN huma fost l-iktar popli li jemmnu illi pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw għandhom jingħataw għajnuna monetarja u jemmnu wkoll illi din l-għajnuna tista' tindirizza l-kwistjoni tal-immgrazzjoni. Mhux l-ewwel darba li fil- fatt jinstema' xi ħadd jgħid li għandna ngħinu lil pajjiż l-immigranti biex dawn ma jkollhomx għalfejn jiġu hawn. Dan jirriżulta minn stħarriġ li sar mill-Kummissjoni Ewropea li juri kif 82% tal-Maltin jemmnu illi li l-ġlieda kontra l-faqar f 'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw għandha tkun il-prijorità ewlenija tal-Unjoni Ewropea, biċ-Ċiprijotti biss (98%) jgħadduna. L-Ispanjoli huma viċin tagħna b'81% filwaqt li ż-żewġ pajjiżi tal-Ewropa tal-Lvant; l-Estonja u l-Latvja jirreġistraw persentaġġi baxxi ħafna ta' nies li jemmnu illi l-għajnuna biex ikun miġġieled il-faqar f 'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw hija importanti. Kważi l-istess persentaġġ ta' Maltin jemmnu illi l-assistenza lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw tgħin biex tissolva l-isfida tal-immigranti f 'pajjiżna. Fil-fatt huma tmienja minn kull 10 li jemmnu dan (80%) filwaqt li 89% taċ-Ċiprijotti u 86% tal-Ispanjoli jemmnu li għajnuna finanzjarja lil pajjiżi fqar, fosthom dawk Afrikani taħt id-deżert Sahara, jindirizzaw l-immigrazzjoni. Min-naħa l-oħra huma biss 37% tal-Estonjani, 52% taċ-Ċeki u 54% tal-Latvjani jaħsbu bħal Maltin dwar għajnuna lil pajjiżi fqar u l-immigrazzjoni. Mhux talli hekk, talli skont l-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea l-Maltin huma l-aktar poplu fl-UE li jaqblu illi għandna nagħtu aktar assistenza lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Fil-fatt 46% wieġbu illi jemmnu li għandhom jiżdiedu l-fondi li pajjiżna jagħti lil pajjiżi fqar u 35% jemmnu li l-infieq għandu jibqa' fl-istess livell bħal dak tal-lum. Dawk li jemmnu li għandhom jiżdiedu l-fondi żdiedu bi 22% u dawk li jemmnu li l-ammont għandu jibqa' l-istess, naqas bi 22% wkoll. Huma biss 8% li jemmnu illi għandna nnaqqsu l-fondi li nagħtu lil pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Intant dan l-istħarriġ talab lill-parteċipanti biex jgħidu liema jaħsbu li huwa l-aktar fattur importanti biex dawn il-pajjiżi jaraw progress. Nofs il-parteċipanti Maltin jemmnu illi l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta. Is-suġġetti l-oħrajn li ssemmew mill-Maltin u l-popli madwar l-UE huma l-paċi u s-sigurtà, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-ilma u sanità, it-tkabbir ekonomiku u xogħol u fl-aħħar id-demokrazija u d-drittjiet umani. Minn dawk il-Maltin li pparteċipaw 34% semmew ukoll il-paċi u s-sigurtà, 44% s-saħħa, 17% l-ekonomija u x-xogħol u 20% d-demokrazija. Fost l-aktar li nħobbu nagħmlu karità... Għal darb'oħra dan l-istħarriġ ikkonferma illi l-Maltin huma fost l-aktar popli li jagħtu flus għall-karità, anke lil pajjiżi żviluppati. Fil-fatt għal żmien twil diversi organizzazzjonijiet u individwi ilhom jorganizzaw ġabriet ta' flus, ikel u anke ħwejjeġ lejn pajjiżi diversi. 50% ta' dawk li pparteċipaw sostnew illi jagħtu karità lil diversi għaqdiet u gruppi li jgħinu persuni f 'pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw. Għall-kuntrarju, 89% tar- Rumeni, 85% tal-Latvijani u 81% tal-Bulgari mhumiex involuti b'xi mod f 'għajnuna lil pajjiżi fqar. B'kollox hemm 16-il pajjiż fl-UE illi fihom il-maġġoranza mhix involuta b'xi mod f 'xi attività ta' karità lil pajjiżi fqar. Intant, riflessjoni tax-xejra fl-aħħar snin, il-Maltin huma fost l-inqas popli li jiksbu informazzjoni dwar pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw minn gazzetti, bi 12% biss. Jikkumparaw tajjeb ma' Malta hemm ir-Rumanija, il-Latvja u l-Polonja. • 82% jemmnu li l-faqar fi l-pajjiżi mhux żviluppati huwa prijorità • 46% jemmnu li għandna nagħtu aktar fl us f 'għajnuna • 50% tal-Maltin jagħmlu karità ma' persuni f 'pajjiżi fqar • Nofs il-parteċipanti jemmnu li s-soluzzjoni hija l-edukazzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018