Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Sports 25 Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum SPORTSillum Minn Cristian Antony Muscat MASSIMO Angileri - fost l-aqwa referis li qatt ipproduċa l-waterpolo f 'pajjiżna u li f 'din l-intervista fost oħrajn, jisħaq li l-aħħar staġun kien l-aqwa wieħed tiegħu kemm ilu referi. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? Jien kont nilgħab waterpolo mal-Belt u niftakar li dejjem kont inkun il-pitch, il-post fejn ħafna żgħażagħ Beltin kienu jiltaqgħu dak iż-żmien waqt l-istaġun tas-sajf. Missieri għamel 35 sena segretarju ta' Valletta. Id-dar ħlief waterpolo ma kontxtisma' u mhux ta' b'xejn li ħriġt dilettant ta' dan l-isport. Liema kampjonat kont irbaħt mal-Belt? Niftakar sew il-kampjonat li konna rbaħna fis-sajf tas-sena 1990. Dak iż-żmien jien kont captain tat-tim. Bi pjaċir ngħid li jien mal-Belt biss lgħabt u onorat li dejjem kont ma' dan it-tim. Peress li int kont tilgħab mal- Belt, int ma tirrefjahomx lil dan it-tim hux hekk? Iva fil-fatt għamilt snin ma nirrefjax lil Belt. Kienet għażla tiegħi għax ma xtaqtx noħloq kunflitt ta' interess. Iżda dan l-aħħar peress li hawn nuqqas ta' referìs kelli nibda nirrefja wkoll lil Valletta. Int kont tilgħab bħala plejers lura għas-snin disgħin. Minn żmienek kif rajtu li nbidel il-livell għall-aħjar jew għall- agħar? M'hemmx dubju li l-livell mar ħafna għall-aħjar. Żdied mhux ftit. Qabel konna nilagħbu fl-ilma baħar u l-biċċa tax-xogħol ma kinitx daqshekk faċli. Hemm differenza bejn l-ilma baħar u l-ilma ħelu. Morna għall-aħjar u anke t-tattika tal-logħba nbidlet u saret iktar veloċi. Semmejt li fil-pitch tal-Belt kien ikun hemm atmosfera inkredibbli. X'tiftakar minn dawk iż-żminijiet? Iva nikkonferma dan kollu. Meta kont tilgħab mal- Belt kien jaqbdek il-bard għax ma kienx hemm fejn toqgħod labra. Kien ikun hemm atmosfera fenomenali f 'kull pitch li kien jintlagħab il-logħob. L-attendenzi kienu kbar anke fil-pitch ta' Birżebbuġa. Minkejja kollox il- qofol tal-karriera tiegħi lħaqtu fil-pixxina ta' Marsaskala fejn ukoll kienet tkun miżgħuda bin-nies. Lura għal 1990 meta rbaħna l-kampjonat ma kellniex xi tim ta' barra minn hawn imma n-nies li kienu jiġu jarawnagħenuna u rbaħna lil kulħadd. M'hemmx dubju li l-barranin li hawn huma ta' livell għoli. Taqbel miegħi? Iva hawn barranin tajbin immens, uħud minnhom anke champions Olimpiċi. Ma tistax tikkompara l-barranin tal-futbol lokali ma' dawk tal- waterpolo għax hemm baħar jaqsam. Int tirrefja wkoll partiti tal- Ewwel Diviżjoni? Iva, kif diġa' għedtlek ikkontrollajt logħbiet ta' Valletta kif ukoll il-finali bejn Marsaxlokk u Birżebbuġa. Ħadtgost nirrefja din il-finali tant missielta. Tara li hemm baħar jaqsam bejn il-kampjonat Premier u dak tal-Ewwel Diviżjoni? Iva l-livell huwa xi ftit differenti. Fil-fatt plejers li ma jagħmluhiex għall-ogħla diviżjoni, jmorru jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni. Hemm ukoll plejers kbar fl-eta' f 'din id-diviżjoni u għalhekk tara li l-livell bilfors ikun differenti. Int kont plejer ukoll. X'differenza tara li hemm bejn plejer u referì tal-waterpolo? Bla dubju li mhux faċli tkun referì tal-waterpolo. Aħjar tkun plejer għax kemm tilgħab u daqshekk. Bħalissa hawn nuqqas ta' referìs u ħadd ma jrid jikkontrolla din il-logħba. Ippruvajnanavviċinaweks- plejers iżda r-risposta kienet waħda skjetta. "Aħna ma rriduxnissawwtu!" Fil-fatt ħafna mid-drabi l-ħajja ta' referì xejn ma tkun faċli iktar u iktar l-ispettaturi li jibdew joffendu mingħajr ma jqisu l-affarijiet kollha. Semmejtha int stess li trid tibqa' kalm. Imma kif tista' meta tisma' ħafna nies joffenduk? Ifhemjien drajt li nrabbiqoxra ma' widnejja u ma nagħtix kas. Ġieli jiġu mumenti fejn ikolli burdata ħażina u jkollok aptit iddur u tirrispondihom. Iżda mbagħad f 'qalbi ngħid x'ser nieħu billi nagħmel hekk? Tinsiex li referì wkoll jista' jkollu mewt, mard jew mumenti diffiċli fil-familja. Għalhekk b'mod professjonali nibqa' kalm u nkompli nikkontrolla l-logħba. Tħoss li għandha tidħol il- goal-linetechnology? Ifhem ir-regoli l-ġodda li ser jiġu approvati 'l hemm ser imexxuna. Hemm ippjanat li jibda jkun hemm kuntatt bir- radju mad-delegat l-ieħor eżatt bħalma għandhom ir-referis tal-futbol. Taqbel mal- underwatercamera? Meta tkun qed tirrefja ma tistax tużaha. Taqbel miegħi li dan għalik kien l-aqwa staġun li qatt kellek? Iva nemmen li kelli staġun sabiħ minħabba li rrefjajt il-finali tal-kompetizzjoni lokali kif ukoll mort għall- kampjonati Ewropej li saru f 'Barcelona. Kont iddispjaċut li ma stajtx tirreffja aktar f 'din il- kompetizzjoni? Iva xi ftit bilfors li nkun iddispjaċut. Inħoss li ma tawnix ċans jew ippruvawni. Referì li ġie jirreffja lil Malta mill-Ġorġja qalli li ma kienx jaf li l-livell tiegħi huwa daqshekk tajjeb. Imma sa dak il-kumment wasalt. Meta tqis il-livell tiegħek u tar- referi l-ieħor Mario Balzan, kif qed jiġu referìs oħra Taljani jikkontrollaw il-logħbiet lokali? M'hawnx ħafna referìs u għalhekk naqbel li jiġu uffiċjali Taljani biex jikkontrollaw il-logħbiet. Umanament ma tistax tirreffja erba' darbiet f 'ġimgħa minħabba li hemm ħafna partiti. Nemmen li hemm ħafna membri fi ħdan l-ASA li għandhom fiduċja fija u saħansitra infurmat li ċerti klabbs jagħmlu pressjoni sabiex inkun jien li nirreffja l-logħba tagħhom. Imma mbagħad ma nistax nirreffja l-logħbiet kollha jien. Fuq nota oħra kien ta' sodisfazzjon li ċempluli membri mill-kumitat ta' San Ġiljan jifirħuli għall-kontroll tal-logħba li kelli meta huma lagħbu kontra Neptunes fejn minkejja li tilfu xorta waħda kienu kuntenti kif irreffjajt. Minkejja kollox kulħadd kapaċi jagħmel żball. Referì mhux omnipotenti u suġġett għall-iżball ukoll. Taħseb li r-referis Taljani jikkumplimentawkom bil- kontroll tajjeb li jkollhom? Iva r-referis Taljani huma tal-aqwa livell. Tinsiex li dawn jikkontrollaw logħbiet tal-aqwa plejers tad-dinja, b'logħob veloċi. Taqbel mal-idea tal-play-offs? Le ma naqbel xejn. Iżda minkejja kollox rajna attendenzi sbieħ meta saru dawn l-istess play-offs. Iva minn daqshekk kellna attendenzi sbieħ. Madankollu ma rajthiex xi ħaġa ġusta li min ġera bil-kampjonat fl-ewwel parti kellu jitlef kollox fl-aħħar. Jien kont plejer u naf x'iġifieri meta tirsisti u mbagħad kollox isirlek suf. Meta allura tista' ġġib barrani mhux ta' livell u mbagħad meta jaslu l-play-offs iġġib ieħor ta' klassi. Naħseb li hemm diskrepanza fir- raġunament. Tixtieq tara xi forma ta' titjib fl-ASA? Kemm titkellem mas- sur Joe Caruana Curran? Nitkellmu ħafna flimkien u nista' ngħid li mmur tajjeb ħafna miegħu. Nipprova ngħin kemm nista' lil ASA u naħdmu għal ġid tal-assoċjazzjoni. Kellna argumenti fil-passat ma niċħadx iżda dejjem kienu f 'sens ta' kritika li ġiet irranġata fl-aħħar mill-aħħar. Nixtieqek tgħaddi messaġġ liż-żgħażagħ sabiex jitħajjru jsiru referìs. Nixtieq ngħaddi dan il- messaġġ. Hemm plejers li mhux ser jagħmlu l-grad ma' tim tal-waterpolo min għal raġuni u min għal oħra. Iżda fl-aħħar mill-aħħar xorta jista' jibqa' nvolut fil-logħba u s-soluzzjoni tista' tkun li jkun referì. Għandek diversi vantaġġi u fost l-oħrajn ikollu ċ-ċans jesperjenza avvenimenti internazzjonali bħalma għamilt jien fil-kampjonati Ewropej. 'L-aħħar staġun kien l-aqwa wieħed tiegħi kemm ili referì tal-waterpolo' - Massimo Angileri Massimo Angileri Ritratt - Jo Meli / Jo Aquatic

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018