Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum Mill-għawm għal suċċess inkredibbli l-waterpolo Minn Cristian Antony Muscat ĊIKKA Paolella - sportiva tal-ogħla livell f 'pajjiżna li bdiet il-karriera tagħha fl-għawm iżda li mbagħad kisbet suċċess inkredibbli kemm ma' Sliema kif ukoll mat-tim nazzjonali tan- nisa tal-waterpolo. F'dan l-artiklu l-istess Paolella se tkun qed ittina d-dettalji kollha. "Il-logħba tal-waterpolo għogbitni minn tfuliti, peressli missieri kien jilgħab mat-tim nazzjonali tal- Ingilterra fejn lagħab ma' dan it-tim għal diversi drabi. Trabbejt nara lil missieri jilgħab il-waterpolo kemm mal-Ingilterra u anke ma' Ta' Xbiex fit-tieni diviżjoni. Fil-fatt hu għamel jilgħab sa meta kellu 53 sena. Kien il- plejer barrani ta' Sliema lura għal 1983 u kowċ tagħhom fl-1998 u l-1993. Din hija wkoll il-konnessjoni li għandi ma' Sliema. Anke ħija l-kbir Daniel lagħab ma' dan it-tim għal ħafna staġuni. Il-karriera tiegħi bdiet propjament mill-għawm. Bdejt nittrejna mal-klabb tas-Sliema meta kelli tmien snin u domt sakemm kelli 19 / 20 sena. Kont anke ntagħżilt biex ngħum mat-tim nazzjonali ta' Malta u ksirt tliet rekords nazzjonali tal-breast-stroke (50m/100m/200m). Għażilt l-għawm bħala sport minħabba li l-waterpolo ma kienx inkluż għat-tfajliet meta kont għadni żgħira. Madankollu meta kont żgħira kont nilgħab mas- subien il-logħba mil-lasta għal-lasta fil-pitch ta' Sliema u hemm tgħallimt nixxuttja sew. Kont anke nieħu sehem fil-kompetizzjonijiet li kien jorganizza dan il-klabb. Meta missieri kien jikkowċja lis- Sliema kont nattendi għas- sessjonijiet tat-taħriġ u kont niffoka ħafna fuq ix-xuttijiet. Meta kelli 20 sena tlaqt minn Malta biex nattendi l-Univeristà ta' Bath l-Ingilterra biex nistudja Bsc Science in Sport (kowċing). Hemmhekk komplejt nittrejnja l-għawm u minn hemmhekk tħajjart u kelli l-opportunità li nibda nilgħab il-waterpolo mat-tim tan-nisa tal- Università. Għamilt tliet snin hemmhekk u l-aħħar sentejn lgħabt waterpolo ukoll fil-Kampjonat Nazzjonali mat-tim ta' Bristol Central. Meta kont l-Universita' kont nilgħab fil-league li kien jiġi organizzat u anke f 'kompetizzjoni oħra msejħa Bristol and West. Waqt li kont qed nilgħab f 'dawn il-kompetizzjonijiet, ġejt avviċinat mill-kowċ sabiex nilgħab fil-league nazzjonali magħhom. Għamilt żewġ staġuni nilgħab ma' Bristol Central u għenthom jiġu promossi għall-Ewwel Diviżjoni. Kont anke spiċċajt mal-aqwa tmien skorers ta' dak l-istaġun. Meta ġejt lura Malta fl-2012 u peressli dak iż-żmien kelli involviment dirett fin- nursery tal-klabb tas-Sliema, l-eks plejer Marco Manara li kien fil-kumitat ċentrali tal-ASA, avviċinani biex jingħaqad kumitat bil-għan li jsir Kampjonat tal-waterpolo tan-nisa. Dan fil-fatt beda fl-2013 meta pparteċipaw erba' timijiet (Sliema, Sirens, San Ġiljan, Neptunes) u l-ewwel kampjonat kien intrebaħ mit- tim tan-Neptunes. L-ewwel staġun ma kienx faċli, kemm biex jinstab kowċ u kemm biex jinstabu biżżejjed plejers. Wara li rnexxieli nħajjar biżżejjed nisa biex niffurmaw tim, niftakar li l-ewwel logħba nżilna mingħajr kowċ u l-għażla ta min kien sa joqgħod goalkeeper għamilniha fit-triq waqt li konna sejrin. Minn hawn u minn hemm l-interess kiber, sibna kowċ li kien lest jiddedika l-ħin u l-esperjenza tiegħu li kien Mario Cachia, u plejers li riedu jagħtu ħilithom u ma qatgħux qalbhom. F'dik l-ewwel sena kull ma rbaħna kienet logħba waħda kontra s-Sirens. Fit-tieni staġun (2014) akkwistajna xi plejers ġodda u morna ftit aħjar għax spiċċajna fit-tieni post kemm fil-Kampjonat u anki fin-KO. Minnhawn ħadna l-ispinta li naħdmu b'saħħitna u fil-fatt ksibna l-ewwel unur fis- sena ta' wara. Fil-fatt fl-2015 irbaħna l-Kampjonat u ġejna runners-up fin-KO. F'din is- sena ġejt ippremjata bl-unur tal-Plejer tas-Sena mill-ASA. L-2016 kienet sena mill- isbaħ għax irnexxielna mmorru pass ieħor 'il quddiem u rbaħna d-double (Kampjonat u KO). Imma ma waqafniex hawn. Fl-2017 ħadna n-KO u fl-2018, wara li rbaħna l-Kampjonat tax- Xitwa u s-Super Cup, erġajna rbaħna t-tielet KO in fila. In-KO ta' din is-sena kien kemmxejn mhux tas-soltu minħabba l-fatt li t-tim tan-Neptunes ma komplewx jilagħbu fil- kompetizzjoni. Għaldaqstant, kif ġew l-affarijiet it-tim ta' San Ġiljan spiċċa awtomatikament fil-finali tan-KO mingħajr il-bżonn li jkunu lagħbu kwarti tal-finali jew semi-finali. Fl-ewwel logħba tan-KO aħna ġejna kontra l-Exiles fil-kwarti tal-finali, logħba tassew kompetittiva fejn konna 6-3 minn taħt deħlin għall-aħħar sessjoni u rbaħnilhom 8-6. Fis-semi- finali ġejna kontra Birżebbuġa fejn irbaħna sew bl-iskor ta' 27-5. Wasalna għall-aħħar logħba -il-Finali kontra San Ġiljan. Kienet logħba tassew importanti għalina bix-xewqa kbira li nirbħu. Id-diżappunt li ma rbaħniex il-Kampjonat kien wieħed kbir u konna diġà ġejna draw kontrihom fil-Kampjonat, allura minn hemmhekk ħadna d-determinazzjoni li nagħmlu minn kollox biex nirbħu. Kienet logħba miġġielda bi grinta u wara li ħadna distakk tajjeb sa nofs il-logħba, għarafna nikkontrollaw sew sal- aħħar, minkejja l-fatt li t-tim ta' San Ġiljan baqa' jistinka sal-aħħar biex spiċċajna rebbieħa bi skor finali ta' 12-8. Jekk nitkellem dwar il- kompetizzjoni KO ta' din is-sena u l-wirja tiegħi, il-fatt li lestejt it-teżi tal- Masters għamlitni iktar rilassata u għalhekk stajt nilgħab aħjar għax kelli moħħi ħafif u nieqes minn kull stress possibli. Il-kompetizzjoni f 'dawn l-aħħar snin turi li l-logħba tal-waterpolo tan-nisa kibret biżżejjed b'mod pożittiv u b'hekk qegħdin jitħajru jilagħbu timijiet minn klabbs oħrajn. Dan jehtiegsapport u impennkbir mill-klabbs u hawnhekk nixtieq nirringrazzja l-klabb tiegħi Sliema ASC għas- sapport kollu li tawnha tul dawn l-aħħar sitt snin. Bħala klabb u tim tan-nisa naħseb li komplejna nissaħħu u dan kollu grazzi għad- dedikazzjoni tal-kowċ u l-appoġġ li sibna mill-klabb tagħna. Sabiex il-waterpolo tan-nisa jkompli javvanza, hemm bżonn li jingħata iktar prijorita' speċjalment min-nurseries. Importanti ħafna li t-tfajliet jingħataw iċ-ċans li jitħarrġu, jitgħallmu u jilagħbu. Rigward it-tim nazzjonali tan-nisa tal-waterpolo, bis- saħħa tal-interess li wrew il-plejers tat-timijiet kollha, l-ASA ddeċidiet li jipprovaw jgħaqqdu tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena. Ġejt avviċinata mill-kowċ Anthony Farrugia biex nittrenja ma' dan it-tim bl-intenzjoni li naqsam l-esperjenza tiegħi kemm fil-waterpolo kif ukoll fid-dixxiplina tal-għawm. Dan it-tim ipparteċipa fit- tournament tal-EU 8 Nations u minkejja li kienu għadhom fit-tfulija tagħhom urew potenzjal għall-futur. Fis-sena ta' wara, ingħaqad tim nazzjonali tal-kbar (Senior) u ġejt magħżula bħala captain. Ħadna sehem fl-EU 8 Nations Tournament li sar f 'Plzen fir-Repubblika Ċeka. Lgħabna fost oħrajn kontra Wales, l-Afrika ta' Isfel, Slovakkja, Svizzera, u l-Irlanda. Morna wkoll għall-Qualifiers tal-European Championships li saru fi Kiev fl-Ukrajna." irbaħna l-Kampjonat u ġejna runners-up fin-KO. F'din is- biex nirbħu. Kienet logħba miġġielda bi grinta u wara saħħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018