Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

Sports 28 illum Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 Christian 'Ċoqqos' Schembri jibdel il-fortuna b'żewġ rebħiet konsekuttivi Minn Cristian Antony Muscat WARA bidu tas-sena ferm diffiċli, Christian 'Ċoqqos' Schembri irnexxielu jibdel il-fortuna b'żewġ rebħiet konsekuttivi f 'qasir żmien matul is-sajf li għadda, frott ta' ħidma kbira u konsistenza fit-taħriġ tiegħu. Fil-bidu tal-2018, Schembri sofra żewġ telfiet konsekuttivi. L-ewwel waħda kienet fi Frar, fejn ġarrabha kontra Christian Arvelo Segura, boxer ta' kalibru għoli ħafna mir- Repubblika Dominikana. Din kienet taqbida missielta ħafna, fejn Schembri tilef bi ftit punti, b'riżultat viċin ħafna u wera kemm l-abbilità tiegħu kibret. Il-partirarji jsejħu din it-taqbida bħala waħda mill-aqwa li qatt saru Malta u Segura wieħed mill-aktar boxers bravi li qatt resqu lejn xtutna. Wara din it-taqbida, Schembri daħal dritt f 'derby ma' Malti ieħor, Richard Vella, eks 'team- mate' tiegħu. Din kienet ġlieda bilanċjata ħafna u ta' livell għoli, fejn it-tnejn li huma urew livell kbir ta' boxing iżda Schembri reġa' tilef bi skor viċin ħafna, fejn rebaħ fuq skor ta' ġudikatur minnhom u tilef fuq ta' tnejn oħra. Il-partitarji ġġennu wara din il-ġlieda u qed isaqsu meta ser issir it- tieni waħda, iżda jkollna nistennew sakemm iċ- ċirkostanzi jippermettu li dawn iż-żewġ boxers jiltaqgħu ġor-ring għat-tieni darba. Wara dawn iż-żewġ taqbidiet Schembri ma qatax qalbu. Reġa' tela' jittrenja l-Ungerija ma' kowċ ta' kalibru u esperjenza kbira Szabolc Pintye u l-boxer tiegħu ta' suċċess kemm f 'livell amatorjali u professjonali Norbert Harcsa. Huwa mar ġimgħa f 'April u ġimgħa f 'Lulju, u t-taħriġ li ħa hemmhekk deher biċ- ċar fl-aħħar żewġ ġlidiet tiegħu, fejn tejjeb ferm it- teknika tiegu. Fit-taqbida tiegħu tal-4 t'Awwissu kontra l-Ungeriż Gergo Vari, kellu quddiemu veteran ta' 42 ġlieda tulil- karriera tiegħu b'ferm iktar esperjenza minnu. Schembri ma ħalliex dan il-vantaġġ jaffettwah, fejn huwa uża t-teknika superjuri u l-fiżiċità tiegħu biex jimponi lilu nnifsu fuq l-avversarju. Huwa beda jolqtu b'ħafna serje ta' daqqiet kemm f 'rasu kif ukoll fiż- żaqq, sakemm fil-ħames rawnd sabu b'daqqa preċiża fil-fwied u Vari nieżel fuq irkobbtejh u r-referi waqqaf il-ġlieda għal kollox. L-aħħar taqbida tiegħu kienet kontra boxer Ungeriż u esperjenzat ieħor, Pal Olah. Dan il-boxer kien veteran b' il fuq minn 30 ġlieda u kellu stil iktar difensiv minn Vari. Huwa beda jistenna lil Schembri mal-ħbula u jdur mar-ring waqt li Schembri jippressah, biex jipprova jwaqqgħu ġo trappola, jolqtu b'daqqa u jinnokkjah. Iżda Schembri wera paċenzja u kreattività, ħadem wara l-jabs u tefa' serje ta' daqqiet li bdew jolqtu lill-avversarju preċiż. Minkejja dan ix-xogħol ta' Schembri, Olah irreżista r-rawnds kollha u Schembri kellu jikkuntenta b'rebħa unanima bil-punti mill- ġurija. Schembri qiegħed jippjana li jkompli jibni fuq is-suċċessi riċenti tiegħu, u wara ġimgħa ta' mistrieħ, beħsiebu jerġa' jkompli bit-taħriġ tiegħu mal-kowċis ġodda Quendar Pena u Donny Lalonde, kowċis ta' esperjenza fix-xena tal-boxing Mondjali. F'Ottubru, Schembri, għandu ppjanat ukoll li jmur jitħarreġ ġewwa New York, fl-Istati Uniti, għal tliet ġimgħat sħaħ, biex ikompli jitgħallem u jkabbar it-teknika tiegħu billi jitħarreġ ma' atleti u kowċis ta' livell għoli u esperjenza fix-xena tal-boxing Mondjali. Dan kollu qabel jagħlaq is-sena bl-aħħar taqbida tiegħu f 'Diċembru, u bir-rieda t'Alla, rebħa oħra. Schembri xtaq jirringrazzja bil-qalb lill-isponsors tiegħu tal-għajnuna kontinwa li jtuh fil-karriera tiegħu fosthom Fort Fitness, Remax Alliance, Sports of the Day, Highscore Academy, Printart Mosta u Virgata Holdings. Christian 'Ċoqqos' Schembri jifraħ wara l-aħħar ġlieda li rebaħ esperjenza fix-xena lill-isponsors tiegħu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018