Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 31

Sports 29 Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum Castillo, Erdogan, Zammit u Abela bil-mira li jagħmlu isem għal pajjiżna s-Serbja Minn Cristian Antony Muscat Propju nhar l-Erbgħa li għadda, erba' plejers ta' Neptunes li matul l-istaġun li għadda kellhom staġun mill-aqwa fil-waterpolo rħewlha lejn is-Serbja biex hemmhekk jibdew avventura ġdida f 'dan l-isport li tant iħobbu u jippromettu fih. Dawn l-erba' plejers huma Matthew Castillo li jinsab misluf ma' Exiles mingħand Neptunes, Nikolai Zammit, Ken Erdogan u Jeremy Abela. L-ILLUM tkellmet ma' dawn l-erba' plejers separatament fejn tawna iktar dettalji. MATTHEW CASTILLO "Ninsab verament eċitat li għal darb'oħra wara l-esperjenza tiegħi s-sena li ghaddiet mat- tim tal-Partizan, nitla' nilgħab waterpolo bħala goalkeeper, din id-darba mat-tim ta' Dunav li jinsab fis-Serbja. Onestament, l-emozzjonijiet tiegħi huma kbar peressli din id-darba t-taħriġ u l-logħob se jiżdied b'mod sostanzjali kull ġimgħa. Nispera li din l-esperjenza li ġejja ttini mhux biss opportunità li nilgħab ma' plejers ta' fama internazzjonali, imma wkoll dixxiplina professjonali lejn l-isport tal-waterpolo, l-isport li tant huwa għal qalbi u li niddedika ħafna ħin u enerġija għalih." NIKOLAI ZAMMIT "Naħseb li l-fatt li ser nilgħab barra minn Malta ser tkun qabża fil-kwalita' fil-karriera tiegħi kif ukoll esperjenza li ser nitgħallem affarijiet ġodda. Din ser tkun it-tieni darba li ser nitħarreġ barra. Nemmen illi dawn ix-xahrejn li ser inqatta' fis-Serbja ser ikunu iebsa iżda ser jgħinuni sabiex nipprepara sew għas- sajf." KEN ERDOGAN "Qed inħares lejn din l-esperjenza bħala opportunita' li nitgħallem u ntejjeb il-ħiliet tiegħi fil-waterpolo. Naraha bħala sfida għalija li ngħix barra minn Malta u b'hekk irrid nitgħallem naqdi l-funzjonijiet kollha li ġġib magħna l-ħajja ta' kuljum. Minkejja li diġa' kelli ċ-ċans li nilgħab barra minn Malta, qatt ma domt daqshekk. Din l-esperjenza qasira għamlitni determinat li nipprepara lili nnifsi u lest naffaċċja kull ostaklu possibbli. Il-fatt li ser nilgħab kontra plejers li qatt ma rajt qabel, ser tkun opportunita' li nitgħallem din il-logħba ħafna iktar. Bla dubju li ser inkun iffukat waqt il- logħob għalkemm ma nafx x'ser nistenna minnhom. Diġa tgħallimt ċerti sigrieti partikolari iżda l-objettiv tiegħi hu li nsaħħaħhom u nużahom fil-prattika. Meta int tivjaġġa ma' plejers Maltin oħra huwa vantaġġ minħabba li tista' tikkomunika faċilment filwaqt li naqsmu mhux biss din l-esperjenza flimkien iżda anke l-ispejjeż." JEREMY ABELA "Din ser tkun it-tieni sena tiegħi nilgħab waterpolo professjonali wara li x-xitwa li għaddiet lgħabt fi Spanja taħt il-gwida tal-kowċ ta' Neptunes, Jovan Popovic. Wara staġun mill-aqwa ma' dan it-tim, issa ser inkun qed nilgħab fil-kampjonat Serb ma' Vojvodina. Issa nispera li jkolli staġun ieħor ta' esperjenzi ġodda u fl- istess ħin lest li naħdem u nirsisti għall-karriera futura tiegħi fil-waterpolo." l-coaches li dejjem emmnu fija." Matthew Castillo Nikolai Zammit Ken Erdogan Jeremy Abela

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018