Illum previous editions

ILLUM 7 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 15 Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 | illum W aħda mill-iktar frażijiet li laqtitni kemm ili nsegwi l-politika hi stqarrija li ntqalet minn żewġ mexxejja ġganti fil-politika tagħna – Dom Mintoff u Joseph Muscat. Dawn it-tnejn sostnew – fi kliem u stili differenti - li biex inti tmexxi 'l pajjiżek trid l-ewwel nett tkun tħobb lil pajjiżek. Li tħobb lil pajjiżek ma jfissirx sempliċiment li tiftaħar li inti minn Malta u ttella' ritratti sbieħ tal-pajsaġġi fuq Instagram jew Twitter. Li tħobb lil Malta jfisser li inti temmen b'qalbek kollha u ruħek kollha li Malta tiġi l-ewwel u qabel kollox u ma jiġi xejn qabel l-interessi ta' pajjiżna. Bħalissa hemm numru ta' personaġġi politiċi barranin li ddeċidew li jdawru l-kanuni b'kemm għandhom saħħa fuq pajjiżna. Fid-deher ir- raġunijiet tagħhom huma marbuta mas-saltna tad-dritt, meta tħaffer fil-fond issib li essenzjalment l-għan li hu jfarrku l-kredibbiltà ta' pajjiżna fis-settur finanzjarju u ekonomiku. Biex ħadd ma jifhimni ħażin – jien l-ewwel wieħed lest li nkomplu naħdmu biex intejbu fl-aħjar mod possibbli s-saltna tad- dritt u l-ġlieda kontra r-reati finanzjarji. Biss jien ħadd ma jħassarli l-fehma minn moħħi li ċertu persOnaġġi politiċi barranin l-interess tagħhom mhuwiex li jkun hawn saltna tad-dritt tajba fl-Ewropa iżda li ċertu xogħol u ġid li jiġi lejn Malta ma jibqax jiġi hawn u minflok imur xi mkien ieħor. L-isfortuna hi li hawn sezzjoni tal-Oppożizzjoni - l–estremisti li għadhom jiġru wara t-tellief Simon Busuttil – li bħall-boloh u fid-dagħdigħa fundamentali li għandhom kontra l-Partit Laburista u għax ma jistgħux iniżżluha li ġew umiljati fit- testijiet elettorali – iddeċidew li jpoġġu politikament ma' dawn il-personaġġi barranin indipendentament minn x'se jkun l-effett aħħari fuq pajjiżna. Għal darb'oħra biex ħadd ma jifhimni ħażin, kulħadd f 'dan il-pajjiż għandu dritt u dmir ngħid jien li jikkritika lill-Gvern kull fejn jaħseb li seta' mexa aħjar bl-iktar mod qawwi possibbli iżda qatt m'għandu jkun li wieħed jagħmel ħsara lill-Istat. Il- Gvern huwa l-Gvern, l-Istat hi xi ħaġa ikbar u differenti. Il-problema hi li meta s-sezzjoni "Busuttiljana" tal- Oppożizzjoni qed tiġri taqbeż fis-sodda ta' politiċi Ewropej tat-tip ta' Ana Gomez u Sven Giegold, dawn ikunu qed jagħtu kreddibbiltà f 'għajnejn barranin oħra newtrali lit-teżi li finalment tagħmel ħsara lil Malta. Giegold f 'dawn il-jiem qal lill-ġurnal the Telegraph li lest jagħmel kampanja biex l-HSBC jippakkja u jitlaq minn Malta. Dan it-tip ta' diskors hu inaċċettabbli, u ċertament mhux f 'postu, niżel ħażin ħafna ma' kull min iħobb l-Istat Malti, indipendentement minn jekk jaqbilx mal-Gvern li llum qed imexxi l-organu Eżekuttiv ta' pajjiżna. Għamel sew l-Onor Herman Schiavone li mill- ewwel ikkritika u kkundanna dan id-diskors ta' Giegold u litteralment bagħtu jiddobba qargħa. Anke l-ħodor f 'Malta ħarġu jikkundannaw lil Giegold u għamlu sewwa. Il-Busuttiljani għandhom ħafna meaculpa x'jgħidu... Strateġija għall-Kottonera Niftakar qisu lbieraħ meta konna qed nitkellmu dwar ir- riġenerazzjoni tal-Belt Valletta u n-nies kienu jħarsu lejna qisna qed ngħidu xi ħaġa ta' barra minn hawn. Wara kważi sitt snin ta' xogħol ma jaqta' xejn, il- Belt Valletta twieldet mill- ġdid. It-toroq tal-Belt illum jiftaħru bl-investiment qawwi li qed isir f 'kull rokna jew kantuniera. U l-aħbar it- tajba hi li dan l-investiment qed isir b'rispett kbir lejn il-patrimonju storiku ta' din il-Belt unika fil-Mediterran. Issa jmiss l-istess ħaġa għall- Kottonera. Kien għalhekk li l-Ministru Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, l-Onor Glenn Bedingfield, is-CEO tal- Awtorità tal-Ippjanar Johann Buttigieg u jien ħdimna biex inwelldu strateġija għall- Kottonera. L-istrateġija tara s-suċċess tagħha f 'li jkun hemm in-nies u l-familji ħaġa waħda magħha. Dan irid ikun eżerċizzju Ii ġej min- nies għan-nies kif m'għandix dubju li l-Onor Bedingfield – li hu inkarigat bit-treġija tal-proċess ta' konsultazzjoni - se jagħmel. Jien eċitat ħafna b'dan il- proġett. Ħdimna tajjeb ħafna flimkien u m'għandix dubju li se nirreġistraw suċċessi importanti. Il-Madonna tal-Ħniena Fl-aħħar jiem id-Direttorat tar-Restawr intavola applikazzjoni l-Awtorità tal- Ippjanar sabiex isir restawr sħiħ tal-Knisja stupenda tal-Madonna tal-Ħniena, il- Qrendi. Ngħid għalija ma kontx naf wisq dwar din il-Knisja iżda hekk kif issir taf dwarha, ma tistax ma tiffissax fis-sbuħija unika tagħha. Dan il-proċess ta' restawr hu mistenni jdum bejn wieħed u ieħor sentejn u – bħal kull restawr ieħor – sakemm jitlesta se jiġi kkawżat ftit inkonvenjent. Biss, ladarba mbagħad tneħħi l-għata li titwaħħal fuq kull sit ta' restawr, il-pubbliku m'għandix dubju li se jieħu gost immens bix-xogħol stupend li jkun sar. Ġa qed nara kjuwiet ta' koppji li jkunu jridu jiżżewġu f 'din il-Knisja unika hekk kif ir-restawr jintemm… Grazzi minn qalbi lill- Kappillan ħabrieki tal-Qrendi Fr Glen, lill-ħaddiema tad-Direttorat tar-Restawr, lis-Sindku u l-Kunsill Lokali tal-Qrendi u lil Din l-Art Ħelwa. Eċitat ħafna fuq dan il-proġett. Notte Bianca Fil-mument li qed nikteb dan l-artiklu għadni ma nafx kif marret in-Notte Bianca. Biss, m'għandix dubju li kienet suċċess straordinarju għaliex kif ngħidu bil-Malti, ix-xemx minn filgħodu turik. Ilbieraħ filgħodu dort dawra mal-Belt biex inkun ċert li kollox huwa tajjeb u mħejji kif suppost u l-atmosfera li kien hawn kienet xi ħaġa b'saħħitha ħafna. Qed ngħidu li din l-elezzjoni kellha tkun l-aqwa waħda s'issa… m'għandix dubju li hekk kienet. Twanny Spagnol Jiena għandi soft spot għal Twanny Spagnol. Ili nafu bħala restawratur u pittur prim u dejjem laqatni bħala bniedem umli, kolt u li jġib ruħu b'mod mirqum ħafna. Din il-ġimgħa għandu esebizzjoni għall-wiri fil- Parlament il-ġdid, li hija esebizzjoni ta' kwadri li huma bbażati fuq tliet kuluri ewlenin u l-isfumaturi tagħhom - l–iswed, l-isfar u l-griż. Spagnol jagħti sens ta' emozzjoni b'saħħtu ħafna f 'dawn il-pitturi. Titilfuhomx. Awguri u grazzi Irrid nawgura minn qalbi lill-Imħallef Toni Abela wara li ġie elett minn sħabu l-Imħallfin u Maġistrati bħala l-President il-ġdid tal- Assoċjazzjoni tal-Ġudikanti Maltin. M'għandix dubju li se jaqdi dmiru b'ħeġġa u enerġija kbira. Nirringrazzja lill-President uxxenti l-Imħallef Joseph Zammit McKeon tar- relazzjoni tajba – mibnija fuq rispett reċiproku – li bdejna flimkien. Flimkien ksibna avvanzi għall-Ġudikatura li forsi kienu ilhom is-snin ma jinkisbu – kemm fil- kondizzjonijiet tal-Ġudikanti tagħna (u b'hekk inkomplu nsaħħu l-indipendenza tagħhom) u kemm fi kwistjonijiet oħra marbuta ma' amministrazzjoni tal- Ġustizzja iktar effiċjenti. L-Imħallef Zammit McKeon hu ġentlom pereċċellenza. Nirringrazzja wkoll lill-bqija tal-Kumitat tal-Assoċjazzjoni – kemm dak uxxenti u kemm dak li għadu kemm ġie elett tal-ħidma importanti li wettqu jew li se jwettqu. Opinjoni OWEN BONNICI Inħobbu lill-pajjiż Biss jien ħadd ma jħassarli l-fehma minn moħħi li ċertu personaġġi politiċi barranin l-interess tagħhom mhuwiex li jkun hawn saltna tad- dritt tajba fl-Ewropa iżda li ċertu xogħol u ġid li jiġi lejn Malta ma jibqax jiġi hawn Sven Giegold

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 7 October 2018