Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1037087
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 07 ta' Ottubru 2018 WARA li din il-ġimgħa, il-Gvern ippreżenta tliet Abbozzi ta' liġi bl-għan li jirriforma l-edukazzjoni f 'Malta u dak kollu li għandu x'jaqsam magħha, diversi għalliema wrew it-tħassib tagħhom partikolarment dwar dawk il-klawżoli li jitrattaw il-'warrant' tagħhom. Fost oħrajn, il-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) iddeskriviet il-proposti tal- Gvern bħala "assedju fuq il-professjoni u s-sistemi edukattivi" u insistiet li flok jibnu fuq it-tajjeb, dawn qed iħottu numru ta' prinċipji li fuqhom hija mibnija l-edukazzjoni f 'pajjiżna. Kien dan li wassal lill-istess unjin biex tordna strajk, liema strajk issa ġie sospiż. Il-Unjin għall-Edukaturi Professjonali, fi ħdan il- UĦM, ukoll ingħaqdet mal-MUT f 'dan l-istrajk u ħeġġitha biex iżżomm soda u mhux taqa' għall- pressjoni tal-Ministeru u tirtira l-istrajk kif għamlet f 'Novembru 2017, meta kien qed ikun diskuss il-ftehim settorjali. Fil-fatt, l-MUT hekk għamlet, anke jekk wara laqgħa li saret il-Ġimgħa, il- Ministeru għall-Edukazzjoni qal li se jkun qed jirtira l-abbozzi u jerġa' jiftaħ id- diskussjoni. B'kollox, il-Ministru responsabbli mill- edukazzjoni ressaq tliet Abbozzi, l-ewwel wieħed biex jirriforma l-liġi dwar l-edukazzjoni f 'Malta, it-tieni, biex jirregola l-istituzzjonijiet edukattivi u l-entitajiet edukattivi u t-tielet, biex jirregola l-professjonijiet fl- edukazzjoni. Il-gazzetta ILLUM tat ħarsa lejn dawk il-proposti li l-għalliema huma mħassba dwarhom: L-għalliema ddiżappuntati…imma Il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn dawk il-proposti li ressaq il-Gvern bl-għan li jirriforma l-Att dwar l-Edukazzjoni, liema proposti ma niżlu xejn mal-għalliema. X'qed jgħid il-Gvern u għaliex l-għalliema ma jaqblux? ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Il-warrant…meta tiġi sospiża? Meta tintilef għalkollox? Waħda mill-proposti tobbliga lid- detenturi tal-'warrant' jew tal-liċenzja biex perjodikament jidħlu għal programmi ta' "żvilupp professjonali kontinwu." Dan ifisser li l-għalliema qed ikunu obbligati li jżommu ruħhom aġġornati u jitgħallmu ħiliet u anke kontenut ġdid. Jekk għalliem ma jwettaqx dan l-obbligu, "il-'warrant' jew il-liċenzja tista' tiġi sospiża sakemm l-edukatur jagħti prova li qed jissodisfa l-ħtiġijiet tal-obbligu." Biex ikun stabbilit jekk applikant kienx temm b'suċċess l-iżvilupp professjonali, il-Kunsill għall- Professjonijiet tat-Tagħlim u l-Professjonijiet Alleati, li l-proposta tgħid li għandu jkun imwaqqaf, jista' jġiegħel lill-għalliem joqgħod għal eżami. Apparti minn hekk, jekk jitwaqqaf, l-istess Kunsill, perjodikament se jkun qed jitlob lill-għalliema biex jagħtuh l-informazzjoni neċessarja li turi liema programmi jkunu segwew. Jista' wkoll "formalment u bil-miktub" jiġbed l-attenzjoni ta' edukatur jekk dan ikun naqas jagħmel "għadd ta' sigħat" ta' żvilupp professjonali u anke "jagħtih żmien raġonevoli" biex jikkonforma ruħu. Jekk it-talba tal-Kunsill tibqa' injorata, il-'warrant' jew il-liċenzja tiġi sospiża sa dak iż-żmien li d-detentur tal-'warrant' jagħti prova li jkun wettaq it-taħriġ stipulat. Edukatur jitlef il-'warrant' jew il-liċenza biss, jekk jibqa' ma jikkonformax mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-Kunsill. X'qed tgħid l-MUT? Din kienet waħda mill-aktar proposti li qajmet reazzjoni negattiva fost l-għalliema, bl-MUT tiddeskriviha bħala "l-ewwel attakk fuq il-professjoni minn mindu beda l-istatus professjonali tal-għalliema fl-1988." Il-Unjin insistiet li l-ħtieġa tat- taħriġ kontinwu diġà tinsab fis-seħħ permezz ta' ftehim eżistenti u saħqet li għalhekk din il-proposta ma kellix għalfejn tkun inkluża fl-Att u marbuta mal-'warrant.' L-MUT insistiet li l-Att il-ġdid ma jinkludix deskrizzjoni tal-ħtiġijiet biex persuna tingħata l-'warrant' tal- għalliem, kif hemm fl-Att eżistenti. Ma hemmx lanqas indikat, tgħid l-MUT, għal dak li hu meħtieġ biex KGE u LSE jingħataw liċenzja. "Din l-ommissjoni tista' twassal għal interpretazzjonijiet diversi u ta' konvenjenza, biex ma ngħidux abbuż, ta' x'inhu meħtieġ biex tikseb warrant jew liċenzja," tkompli l-unjin. Kif wieġeb il-Ministeru? Min-naħa tiegħu, il-Ministeru ċaħad li dan is-sett ġdid ta' liġijiet għas-sistema edukattiva se jkun qed jirrevoka il-'warrants' tal-għalliema. Insista li apparti minn hekk, il-liġi se tkun qed tneħħi l-poter li kellu l-Ministru biex jagħti jew jieħu l-'warrant' lil min irid u dan il- poter se jkun issa f 'idejn il-Kunsill għall-Professjonijiet tat-Tagħlim u l-Professjonijiet Alleati. Il-President ta' dan il-Kunsill, se jkun appuntat mill-Ministru. u jerġa' jikkjarifika… L-aktar paragrafu li qajjem diskussjoni jgħid hekk: "Kull persuna li, fid-data tal-bidu fis-seħħ ta' dan l-Att, għandha 'warrant' permanenti miksub taħt id- dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Edukazzjoni, qabel ma ġie mħassar bl-Att tal-2018 dwar l-Edukazzjoni, għandha titqies li hi detentur ta' 'warrant' bl-istess drittijiet u obbligi bħallikieku dak il-'warrant' kien inħareġ skont id-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet ta' dan l-Att. Fi stqarrija maħruġa nhar il-Ħamis li għadda, il-Ministeru reġa' insista li fl- ebda ħin mhu qed jgħid li se jitħassar xi 'warrant.' Insista li lest jemenda dan il- paragrafu u jikkjarifika din il-parti li fi kliemu qed tiġi interpretata ħażin. Għalhekk, hu mifhum li din se tkun waħda mill-bidliet meta l-Gvern jerġa' jressaq l-abbozzi. Tagħlim fid-dar… min, kif u x'se jiġri? Proposta oħra tagħmilha legalment aċċettabbli li ġenitur japplika lill- Kummissjoni Nazzjonali għat-Tagħlim tul il-Ħajja biex jipprovdi tagħlim fid-dar lill- minuri. L-Abbozz inizzjali kien jiddefinixxi t-tagħlim fid-dar bħala: "L-edukazzjoni minn stadju għal ieħor ta' minuri pprovduta jew organizzata mill-ġenitur tiegħu li permezz tagħha edukatur id-dar jipprovdi tagħlim lill-minuri, bi spejjeż għall- ġenitur, minflok edukazzjoni statali jew mhux statali skont id-dispożizzjonijiet tat- Taqsima IV (aktar 'l isfel) u tar-regolamenti magħmula taħt dan l-Att, u skont id- dispożizzjonijiet tal-Att tal- 2018 li Jirregola l-Edukazzjoni u "programm ta' tagħlim fid-dar." Dan kien jirreferi wkoll għal 'edukatur id-dar,' jiġifieri "kull persuna, inkluż il- ġenitur tat-tifel jew tifla, li jkun debitament awtorizzat li jipprovdi tagħlim fid-dar lil tifel jew tifla." It-talba għal 'home- schooling' tkun aċċettata f 'dawn il-każijiet: • Minuri li temporanjament jew b'mod permanenti jinsabu f 'kundizzjoni ħażina ta' saħħa jew għandhom marda serja jew kundizzjoni serja u li għalhekk ma jkunux jistgħux jattendu l-iskola • Minuri li l-ġenituri tagħhom għandhom impjieg temporanju biss jew ikunu residenti temporanjament f 'Malta • Minuri li l-ġenituri tagħhom għandhom filosofiji diversi minn