Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
Sports 26 illum Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 'Diġà huwa unur li tilgħab għal pajjiżek izda huwa unur ikbar li tiskorja l-gowl li bih Malta kisbet punt importanti' - Rowen Muscat minn Cristian Antony Muscat ROWEN Muscat - bla dubu wieħed mill-aqwa players li pproduċa l-futbol Malti f 'dawn l-aħħar snin u li fl-aħħar partita li lagħab mat-tim nazzjonali barra minn darna f 'Baku fl- Ażerbaiġan, kontra l-istess pajjiż, skorja l-gowl li ġab id-draw prestiġjuż ta' 1-1, liema gowl fisser ħafna għal Muscat, hekk kif kien proprju l-ewwel wieħed tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali Malti. Dan filwaqt li kien skorja tliet gowls oħra mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena - wieħed f 'partita ta' ħbiberija kontra l-Montenegro li kienet intemmet fi draw ta' 1-1, ieħor kontra l-Ukrajna fejn kien ġeb id-draw drammtiku ta' 2-2 proprju fil-91 minuta waqt li kien skorja l-gowl tar-rebħa fit-80 minuta kontra l-Litwanja, f 'partita li l-Maltin kienu rebħu bl-iskor ta' 2-1. F'din l-intervista, Rowen Muscat innifsu, se jkun qed itina aktar dettalji rigward diversi aspetti li jirrigwardjaw it-tim nazzjonali Malti. X'fisser għalik dan l-ewwel gowl li skorjajt mat-tim nazzjonali kontra l-Ażerbajġan? Diġà huwa unur li tilgħab għal pajjiżek. Huwa unur ikbar li tiskorja l-gowl li bih Malta iġib punt importanti fil-grupp. Kuntent hafna li ksibna punt bara min xtutna fi stadium mil-isbaħ ġewwa l-Azerbaijan kontra l-istess Ażeri u kien mument sabiħ fejn żgur li mhu se ninsa qatt dak il-gowl! Kif tiddeskrivi l-ambjent fid-dressing room Maltija bhalissa? Dejjem kien hemm ambjent sabiħ fid-dressing room Maltija speċjalment meta jirnexxielna nġibu riżultati tajbin. Wara l-punt li ksibna, l-atmosfera hija waħda tajba ħafna u qed inħarsu 'l quddiem ħafna għal-logħbiet li ġejjin ġewwa darna. Kif tirrispondi għall- kritika xi drabi ħarxa li tiġi indirizzata lilkom il-plejers wara xi telfa? Trid tkun professjonali biżżejjed biex il-kritika tużaha pożittivament. Il-kritika tista' ttik motivazzjoni iżda wkoll tista' twaqqgħek moralment. Ovvjament aħna kapaċi ndawru il-kritika f 'motivazzjoni għal- logħbiet importanti li ġejjin. Kemm kien importanti dan id-draw biex jgħolli l-moral tat-tim? Kull riżultat pożittiv huwa importanti għal kull tim speċjalment meta tkun għadek ġej minn telfa. Dan ir-riżultat ħa jtina saħħa kbira għaż-żewġ konfornti li għandna f 'darna kontra l-Kosovo u l-Gżejjer Faroe. Kemm jgħinek minn kull lat il-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia? Il-kowċ Ray 'Żażu' Farrugia ma jgħinekx biss fil-logħba tal-futbol iżda jgħinek issir bniedem ta' rispett u valuri barra l-pitch. Apparti dan kapaċi jimmotivana u jurina li aħna kapaċi daqs kull avversarju li nilagħbu kontrih. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek mat-tim nazzjonali? Minn dejjem kont onorat li nifforma parti minn din l-iskwadra. Jien ħa nibqa' nagħti l-kontribut tiegħi lejn it-tim nazzjonali u dejjem naspiraw biex inkomplu ntejbu l-livell tagħna, ikun x'ikun ir-riżultat. Għaddi messaġġ lill- pubbliku ġenerali sportiv Malti biex jibqa' jagħti s-sostenn lit-tim nazzjonali Malti speċjalment f 'dan iż- żmien. Il-logħba tal-futbol mhix magħmula biss mill-plejers u l-kowċis. Il-logħba tal- football fiha ħafna elementi li jagħmlu differenza kbira. Is-sapport tal-pubbliku Malti huwa wieħed mill-elementi l-kbar u ta' dan nixtieq nirringrazzjahom minn qalbi . Irridu nkunu aktar magħqudin fit-tajjeb u fil- ħażin. F'dan il-mument qed inħarsu 'l quddiem għal żewġ logħbiet importanti ħafna u b'hekk għandna bżonn l-appoġġ ta' kull Malti. Ritratti - Domenic Aquilina / MFA Rowen Muscat jifraħ bil-kbir wara li fetaħ l-iskor kontra l-Ażerbajġan