Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum Andrei Agius... id-difensur versatili li qed jirriżulta bħala magna ta' gowls għat- tim nazzjonali minn Cristian Antony Muscat ANDREI Agius - difensur tal- ogħla livell u ferm versatili u li qed jirriżulta bħala magna ta' goals għat-tim nazzjonali. Dan speċjalment fid-dawl tal- fatt li huwa qed isib ix-xibka regolarment hekk kif skorja tlieta mill-aħħar ħames gowls ta' Malta, fejn minbarra l-gowl kontra l-Kosovo, li kien il- ħames wieħed tiegħu bil-flokk tat-tim nazzjonali, huwa skorja l-penalty kontra l-Ażerbaijan li kien fetaħ l-iskor momentarju għall-Maltin. Agius stabbilixxa lilu nnifsu bħala wieħed mill-iktar plejers li lagħbu għat-tim nazzjonali Malti wara li fil-partita kontra l-Ażebajġan għadu kemm deher għat-80 darba bil-flokk ta' pajjiżu. Huwa ddebutta kontra l-Moldova meta kien għad kellu biss 18-il sena. M'hemmx dubju li huwa wieħed mill-iktar plejers ta' esperjenza li għandu pajjiżna u jista' jgħaddi dan kollu lill-plejers żgħażagħ fl-iskwadra. Minkejja kollox, il-plejer ta' Hibernians jemmen li huwa importanti li plejers oħra żgħażagħ jiffurmaw parti mit- tim nazzjonali sabiex il-ġejjieni jkun dejjem aħjar. L-eks difensur ta' Latina fl-Italja jsostni li kull tim nazzjonali jgħaddi minn era partikolari fejn plejers ta' ċerta eta' jibdew iħalli posthom għal oħrajn żgħażagħ. Meta jkun hemm integrazzjoni bejn dawk il-plejers ta' talent u oħrajn ta' esperjenza ser ikun hemm ambjent mill-aqwa li jgawdi minnu kulħadd. Agius jgħid illi hawn plejers ta' talent f 'Malta li għandhom potenzjal u li jarahom li għandhom posthom fit-tim nazzjonali. L-ILLUM tekellmet m'Andrei Agius innifsu fejn tana iktar dettalji: "L-atmosfera fid-dressing room hija tajba ħafna avolja ddispjaċuti minħabba t-telfa kontra l-Kosovo. Nafu li hemm ħafna xi jrid isir u ħa nagħmlu l-massimu tagħna biex neliminaw kemm jista' jkun żbalji. Ħasra li ħafna nies ma jifhmux id-distakk li hemm bejna u bejn nazzjon bħall-Kosovo. L-isem forsi jista' jinganna imma konna nafu mill- bidu li huma kienu ħa jkunu l-aħjar team. Il-kritika hija importanti sakemm ma ssirx b'mod negattiv u distruttiv - xi ħaġa li tiġri ta' spiss ġol-pajjiż tagħna. Il- mument tiegħi f 'dan il-bidu ta' staġun huwa wieħed pożittiv iżda mingħajr l-għajnuna ta' sħabi kemm fin-nazzjonal kif ukoll f 'livell ta' klabb żgur li qatt ma stajt nagħmel dak kollu li għamilt s'issa. Nispera li nibqa' għaddej b'dan ir-ritmu u ngħin kemm jista' jkun lin-Nazzjonal u lill-klabb tiegħi jilħqu l- objettivi tagħhom." Ritratt - Paul Zammit Cutajar / MFA Ritratt - Domenic Aquilina / MFA Andrei Agius i awljat minn plejer tal-Kosovo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018