Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935
15 Valletta Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 | illum ta' Sant'Ursola fil-Belt l-Ordni reġgħet bdiet takkwista lura ammonti limitati ta' art fuq l-Għolja Xeberras. Fil-każ tal- Monasteru ta' Sant'Ursola, il-Granmastru de Verdalle kellu jixtri l-65 settur jew kwartier kollu kemm hu, li l-biċċa l-kbira minnu kien diġà nbiegħ lill- partijiet oħra. Din kienet l-art li fuqha Verdalle bena l-Monasteru ta' Sant'Ursula u dak ta' Santa Marija Madalena. Il-bini tal-Monasteru fil-Belt Valletta beda simultanjament ma' dak tal-Monasteru tal- Madaleni. Nafu li ż-żewġ monasteri biswit xulxin it-tnejn kellhom il-knejjes rispettivi tagħhom. Għalkemm il-Granmastru Verdalle rsista ħafna għall- bini taż-żewġ monasteri fil-Belt, huwa miet fl-4 ta' Mejju 1595 mingħajr ma kellu x-xorti li jarahom abitati mis-sorijiet. 'Il quddiem meta s-Sorijiet Madaleni mxew għal ġo monasteru ieħor ħdejn Sant'Iermu, is-Sorijiet ta' Sant'Ursola xtraw il-bini tal-monasteru tagħhom li kien biswithom u nifduh ma' tagħhom. Bejn il-1633-34, fi żmien it-tmexxija tal- Granmastru Antoine De Paule (1623-36), il-knisja u parti mill-monasteru ġew mibnija mill-ġdid. Fuq il-faċċata kollha minn Triq Sant'Ursula sa Triq il-Lvant saru xogħlijiet estensivi ta' rikostruzzjoni. Il-monasteru u l-knisja reġgħu għaddew minn aktar bidliet strutturali kbar wara t-Tieni Gwerra Dinjija, meta ntlaqtu minn bombi tal-għadu. L-aħħar tibdil fil-bini tal- monasteru sar fil-fil-bidu tas-snin tmenin. Ta min jinnota li d-differenza fil-livell bejn Triq Sant'Ursula u Triq il-Lvant hija ta' tliet sulari, li tnejn minnhom huma okkupati minn djar u mħażen mikrija. Is-sulari mibnija direttament 'il fuq minn dawn il-binjiet, jiġifieri livell wieħed biss taħt Triq Sant'Ursula huwa s-sular t'isfel tal- monasteru fejn insibu bitħa mdaqqsa mżejna bis-siġar u li għandha bieb għal fuq Triq l-Arċisqof. L-akbar opra tal-arti li nsibu fil-knisja hija bla dubju ta' xejn il-pittura titulari ta' Sant'Ursula attribwita lil Mattia Preti (1613-1699), jew, kif insibu iktar 'il quddiem, lill- bottega tiegħu. Il-knisja tal-monasteru kienet imbierka fit-3 ta' Mejju 1634. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, is-sorijiet iddeċidew li minkejja l-periklu, jibqgħu fil- monasteru fil-Belt Valletta, iżda l-Kurja tal-Isqof ħasbet biex tipprovdi post alternattiv f 'każ li jkunu mġiegħla jevakwawh. Hekk ġara u l-bibien tal- klawsura nfetħu fit-22 ta' Jannar 1940 biex is-sorijiet jittieħdu Marsalforn, Għawdex fejn kienu joqogħdu flimkien ma' refuġjati oħra f 'żewġt idjar magħquda. U mnalla, għax fis- 2.30p.m. tal-Ħadd 15 ta' Marzu 1942, il-monasteru u l-knisja ta' Santa Ursula ntlaqtu minn għadd ta' bombi waqt attakk bl- ajru. Triq Sant'Ursula ġiet milquta sew ukoll, flimkien ma' blokka bini sħiħa minn Strada Teatru sa Triq l-Arċisqof. Il- kantuniera fejn tinsab il-knisja sofriet ħsarat kbar. Il-monasteru u l-knisja tant sfaw esposti li l-Gvern poġġa pulizija biex jipproteġi l-bini, li kien ukoll imdawwar bil-barbed wire sakemm setgħu jagħlquh. Il- kampnar tal-knisja inqered kompletament. Ix-xogħol tar-restawr inbeda fis-17 ta' Frar 1948 u tlesta bejn l-1969 u l-1970. Fost it-teżori li nsibu f 'dan il-monasteru hemm statwa mill-isbaħ tal- fidda ta' Ġesù marbut mal-kolonna. Din oriġinarjament ingħatat lill-Granmastru Pinto mill-Inkwiżitur Gregorio Salviati. Pinto aktar tard irregala din l-opra tal-arti lill-Monasteru. L-istatwa hija attribwita lil Alessandro Algardi. Teżori oħra fil-monasteru huma r-relikwarju tal- fidda ta' Sant'Ursula li fiha l-arma tal-Granmastru Pinto, b'tifkira li kien hu li rregalha lill-knisja tal-monasteru, kif ukoll relikwarju ieħor importanti tad-deheb li fih il-kranju tal-Beatu Gerardu Sasso, il-fundatur tal-Ordni tal- Kavallieri ta' San Ġwann. Li wieħed jgħix ħajja reliġjuża mhijiex faċli, u minħabba r-restrizzjonijiet li hemm, il-ħajja tal- klawsura qatt ma kienet xi għażla popolari, iktar u iktar fi żminijietna. Il-ħajja fil-Monasteru ta' Sant'Ursula fil-Belt illum, hija simili ħafna għal dik f 'komunitajiet klawstrali oħra. "Hija rigal, grazzja speċjali minn Alla, mogħtija lill-ulied magħżula tiegħu, lill- Knisja, lil pajjiżna u lill- umanità." Il-ħajja tal-klawsura hija magħmula mix- xogħol u mit-talb li jgħinu lir-reliġjuża tikkultiva ambjent ta' silenzju u mistrieħ fil-Mulej. Dawk fostna li jemmnu, huma għalhekk imħeġġa wkoll li jgħinu lil dawn is-sorijiet b'diversi modi biex iwettqu l-għotja speċjali ta' servizz lil Alla u lill-pajjiż. Il-Komunità tas-Sorijiet ta' dan il-Monasteru