Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

P robabbilment meta kont tifel l-iktar film li qatt affaxxinani kien ta' dak it-tfajjel li kellu karozza misjuqa minn xjenzat miġnun li kellha l-ħila tieħdu fil-passat u fil-futur. Minn film wieħed għamlu tnejn u jekk niftakar sew anke tlieta – Back to the Future. Kienet togħġobni din it-trilogija ta' films għaliex din il-kapaċità li wieħed imur 'il quddiem u lura fil-passat u fil- futur kienet tinteressani wisq. Fil-politika aħna m'għandniex din il-karozza li teħodna fil-passat jew fil-futur jew għallinqas, jekk xi ħadd minn sħabi għandu din il-karozza jien ma nafx biha! Biss, minkejja li karozzi bħal dawn ma jeżistux fiċ-ċirkolazzjoni hemm għodod oħra li jeħduk fil-passat u fil- futur. Ħa nibda mill-futur. Waħda mill-kwalitajiet li kellu l-futboler magħruf Franco Baresi kienet li kien kapaċi jaqra l-logħba. Baresi ma kienx biss plejer tal-futbol eċċellenti, imma kellu l-ħila li jantiċipa minn qabel x'jiġri jekk jagħti pass naħa u mhux oħra u kien kapaċi jantiċipa kif kienet se tispiċċa logħba jekk il-plejers jibqgħu jilagħbu kif kienu qed jilagħbu. Dak fl-isport – anke f 'oqsma oħra. Inkluż fil-politika. Il-ħila ta' politiku mhijiex biss li jmattar saqajh biex jirbaħ ballun imma anke li jkun kapaċi jaqra l-logħba ta' pajjiżna u jantiċipa kif Malta se tiżviluppa. Għalhekk ħafna drabi nitkellmu dwar viżjoni 2050 jew inkella strateġija 2030. B'dawn it-tip ta' dokumenti nkunu nistgħu nibbażaw l-informazzjoni li għandna llum u nipprovaw nifhmu kif dak is-settur se jsir sas-sena 2050 jew s-sena 2030. Issa hawnhekk hawn żewġ tipi ta' viżjonarji – għandek viżjonarji li kapaċi jantiċipaw kif se jkun pajjiż billi jara l-affarijiet kif qed jiżvolġu llum u jibni biżżejjed għerf biex ikun jaf kif l-affarijiet se jikbru. Imbagħad għandek viżjonarji li kapaċi jagħmlu hekk u fl-istess waqt ikunu huma li jagħġnu l-futur b'deċiżjonijiet li jieħdu llum u li jbiddlu l-prekors tal- istorja. Jekk nieħdu eżempju ċar bil- Prim Ministru attwali Joseph Muscat – li hu viżjonarju eċċellenti – hemm diversi oqsma li għaġen fihom il-futur hu għall-aħjar tal-pajjiż. Jekk insemmi eżempju wieħed biss nirreferi għall-Blockchain u teknoloġija relattiva. Mil-lum Joseph Muscat kien kapaċi jaqra l-futur kif se jkun u minn issa ħa deċiżjonijiet biex jagħġen il- futur għall-aħjar tal-pajjiż. Ngħaddi għall-passat. Il-passat hu iktar faċli li tesplorah sakemm inti tkun lest tinża' n-nuċċalijiet tal- preġudizzju li kultant nilbsu jew inħallu lil min ilibbisna. Darba lil Dom Mintoff kienu saqsewh – skont inti kif se tiġġudikak l-istorja? Hu kien wieġeb: skont min jikteb l-istorja! U veru hekk hu. Il-ħila li tersaq kemm jista' jkun lejn il- verità verġni mneżża' minn kull preġudizzju u bbażata kemm jista' jkun fuq il-fatti oġġettivi kif ġraw mingħajr ma jkunu mniggża minn preġudizzji jew sentimenti oħra hi ħila li ftit nies għandhom u hija diffiċli. Però ladarba jirnexxilek tagħmel hekk, imbagħad l-għerf li tiskopri billi tistudja l-passat huwa wieħed kbir ħafna. Hu kruċjali li din il-ħila ma tkunx tal-ftit imma tal-ħafna. Poplu li jaf il-passat tiegħu hu poplu li jgħix il-preżent aħjar u jibni l-futur b'mod uniku. Nemmen li aħna li naħdmu fis-settur tal-patrimonjali għandna dover iktar minn ħaddieħor biex ngħinu lill- poplu jagħraf il-passat tiegħu bl-aħjar mod. Emendi għal-liġi tal- Patrimonju Storiku Nhar l-Erbgħa li għaddew ressaqna l-ewwel qari ta' abbozz ta' liġi li bis-saħħa tiegħu se nimplimentaw għadd ta' emendi għal-liġi li tirregola l-patrimonju storiku. Nemmen li dan il-pakkett ta' emendi se jkun importanti immens u m'għandix dubju li meta se jkunu ppubblikati se jattiraw kunsens u sentiment pożittiv. Bis-saħħa tagħhom se nsaħħu lil Heritage Malta bħala l-aġenzija ewlenija tal-ħarsien tal-wirt storiku. Fl-aħħar snin Heritage Malta marret 'il quddiem ħafna bis-saħħa ta' diversi nies u issa tinsab preparata għall-isfida li jmiss – dik li tkun l-aġenzija ewlenija f 'pajjiżna li tieħu ħsieb il-ħarsien tal-wirt storiku. Naturalment wieħed ma jridx jinsa d-Direttorat tar-Restawr li jgħin f 'oqsma speċjalizzati b'mod bla qies, l-NGOs li tant jagħmlu xogħol tajjeb u kif ukoll il-Kumitat ta' Garanzija li għandu rwol kruċjali. Bis-saħħa ta' dawn l-emendi se nagħtu attenzjoni bla preċedent lis-settur tal-patrimonju storiku ta' taħt il-baħar u lir- restawraturi u l-konservaturi ta' pajjiżna li tant jagħmlu xogħol importanti. Se nirregolaw aħjar il-ħidma tas-Sovraintendenza tal-Patirmonju Kulturali li llum għaddejja minn proċess eċitanti ta' bidla bla preċedent. Billboard Din il-ġimgħa qlajt kull tip ta' kumpliment fuq social media minn numru ta' attivisti Maltin dwar id-deċiżjoni li ħadna sabiex kulħadd jiġi trattat l-istess fejn jidħlu banners li jitqiegħdu bla permess f 'postijiet pubbliċi, b'mod partikolari fejn jidħlu monumenti nazzjonali. Wieħed mill-kummenti li tpoġġa fuq twitter ġab ritratt ta' billboard fi stazzjon tal-metro fi Brussell li qed jitlob biex issir ġustizzja fil-każ ta' Daphne. Apparti mill-fatt li naqbel mal- kontenut ta' dak il-billboard għaliex anke jien irrid li ssir ġustizzja fil-każ ta' Daphne u fil- każijiet l-oħra kollha ta' omiċidji li seħħew f 'pajjiżna, il-punt jibqa' dwar il-ħtieġa li wieħed jikseb permess mingħand l-awtoritajiet. F'dan il-każ ikun interessanti naraw jekk inkisibx permess, jew inkella jekk xi ħadd qabadx, mar fil-metro station u waħħal mingħajr preavviż dan il-billboard. Jekk vera nemmnu fis-saltna tad-dritt irridu nirrispettawha. illum | Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 16 Opinjoni I l-proposti fid- dokument ippubblikat mill-Gvern (White Paper) għal dibattitu pubbliku dwar il-ħtieġa li nqisu l-kiri ta' propjetà residenzjali bħala alternattiva reali ilna nistennewhom. Għax is-suq tal-kera bħalissa hu ġungla li teħtieġ li tkun immansata. Il-komunità Maltija, kif ġustament tindika l-White Paper, tul is-snin żviluppat allerġija għas-suq tal-kera ta' proprjetà residenzjali u dan għax ir-regolamentazzjoni tiegħu, meta eżistiet, kienet pjuttost waħda riġida. Kien hemm alternanza bejn protezzjoni żejda tal- inkwilin għal sitwazzjoni ta' prattikament bla kontrolli ta' xejn: kulħadd jagħmel li jrid. Għal perjodu twil ta' żmien spiċċajna b'liġijiet li kienu intenzjonati bħala miżuri proviżorji fi żmien tal-gwerra u li żmienhom kienu ilhom li għamluh. It-tkaxkir tas-saqajn tal- politiċi biex jintroduċu liġijiet sura dwar il-kera għal snin kbar kien ta' xkiel biex is-suq tal-kera tal-proprjetà residenjali jiżviluppa. Huwa biss bħala reazzjoni għal dan li Malta żviluppat bħala pajjiż fejn bosta huma sidien ta' darhom. Kieku l-Gvernijiet li kellna għamlu xogħolhom sewwa l-affarijiet, bla dubju kienu jkunu differenti sew. Il-proposti fil-White Paper b'mod ġenerali huma pass tajjeb 'il quddiem. Jekk ikunu implimentati sewwa għandhom iservu biex jitħejjew pedamenti għal suq tal-kera residenzjali li jkun wieħed stabbli, ibbażat fuq il-ħarsien adegwat kemm tal-inkwilini kif ukoll tas- sidien. Iżda hemm ħtieġa ta' dibattitu serju biex ikunu evitati diffikultajiet bla bżonn. Is-suq tal-kera preżentement qiegħed fi stat ta' anarkija. L-unika regoli li japplikaw huma dawk tal-ġungla fejn min jiflaħ iħawwel. Dan minħabba li s'issa l-istat abdika mir- responsabbiltajiet tiegħu u ma pproteġiex lill- vulnerabbli mill-eċċessi tas-suq. Suġġett għat-tliet eċċezzjonijiet imsemmija fil-White Paper (ħaddiema barranin temporanji, studenti barranin f 'edukazzjoni terzjarja u kirjiet temporanji intenzjionati biex għal perjodu qasir jisostitwixxu residenza li tkun qed tissewwa jew tkun irranġata) hu tajjeb li l-kirjiet residenzjali ma jkunux iqsar minn sena u dan biex ikun indirizzat l-abbuż assoċjat ma' kirjiet qosra. Huwa tajjeb ukoll li s-sidien ikollhom l-obbligu li jagħtu avviż raġjonevoli jekk ma jkollhomx l-intenzjoni li jġeddu l-kirja. Hu fl-interess ta' kulħadd li d-drittijiet u d-doveri jkunu ċari għal kull naħa. Dan iwassal għal relazzjoni stabbli u ċivili fil- kirjiet. Kien wasal ukoll iż-żmien li d-depożitu li jintalab mal- iffirmar ta' ftehim ta' kera ikun regolat kemm dwar jekk ikunx meħtieġ kif ukoll dwar kemm kif ukoll dwar dawk iċ-ċirkustanzi li jistgħu jiġġustifikaw it-telf ta' dan id-depożitu. Din hi materja li dwarha nisimgħu diversi stejjer dwar abbużi minn kull naħa. Ir-regolamentazzjoni f 'dan il-qasam tintroduċi ftit sens komun li preżentment hu nieqes. Huwa importanti wkoll li hu propost li għandu jkun ċar dwar x'tibdil jista' jsir fil- kera sakemm jibqa' fis-seħħ il-ftehim tal-kirja. Li dan ikun ċar hu pass 'il quddiem imma m'għandux jingħalaq il-bieb għax is-suq jippreferi reviżjoni spissa. Anke ir-reġistrazzjoni tal- kuntratti tal-kera jkun pass kbir 'il quddiem. Mhux biss għax pass bħal dan iwassal biex ikun stabilit b'iktar ċertezza li l-liġi qed tkun osservata. Fuq kollox imma dan il-pass għandu jwassal biex it-taxxa dovuta (mis- sidien) fuq il-kera titħallas kollha. Meta nikkunsidraw il- proposti tal-White Paper għandna nippruvaw nevitaw eċċezzjonijiet li mhumiex meħtieġa għax dawn iservu biss biex ixekklu l-oġġettiv u ċioè l-iżvilupp ta' suq stabbli ta' kirjiet residenzjali. B'mod partikolari l-proposta fil- White Paper li tiġġustifika t-tmiem ta' kirja meta sid ikun jeħtieġ proprjetà għall- użu tiegħu, jew biex ibiegħ (bla inkwilini) inkella biex jiżviluppa l-proprjetà mill- ġdid hi proposta żejda. Billi l-kirjiet residenzjali ser ikunu minnhom infushom qosra (bejn sena u ħames snin) ma nara l-ebda diffikultà li jistenna ftit li tispiċċa l-kirja qabel ma jerġa' jieħu l-fond lura f 'idejh. Il-proposti li ġew ippreżentati, bl-eċċezzjoini ta' dik fil-paragrafu preċedenti huma l-pass li jmiss biex is-suq tal-kera tal- proprjetà residenzjali jkun żviluppat. Waħedhom imma mhumiex biżżejjed għax jeħtieġu li jkunu mwieżna minn Awtorità tad-Djar li b'mod proattiv tindirizza l-ħtiġijiet tal-vulnerabbli huma u jiffaċċjaw suq determinat li jqaxxar lil dawk li bħal ġwejjed ma jirrealizzawx li hemm alternattivi oħra għax-xiri biex ikollok saqaf fuq rasek. Nimmansaw is-suq tal-kera CARMEL CACOPARDO OWEN BONNICI carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com Storja+

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018