Illum previous editions

ILLUM 21 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1041935

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 illum | Il-Ħadd 21 ta' Ottubru 2018 Aħbarijiet BĦALMA għamel tul dawn l-aħħar ħames snin, il-Partit Nazzjonalista ppubblika dokument ta' qabel il-Baġit, b'parti kbira minnu tinkludi analiżi tal-ekonomija u l-finanzi pubbliċi, b'enfasi partikolari fuq il-ġid ekonomiku u kif, skont l-Oppożizzjoni, dan mhux qed jasal għand kulħadd. Jipproponi inċentivi biex jissaħħu l-ħiliet edukattivi u l-għarfien f 'setturi ġodda, proposti biex jissaħħu setturi importanti, bħat-turiżmu u s-servizzi finanzjarji u oħrajn indirizzati għall-anzjani, fost oħrajn. Madanakollu, id-dokument "Ekonomija min-Nies għan- Nies," jonqos milli jipproponi proposti konkreti f 'setturi oħra importanti bħalma huwa dak tas-saħħa. Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni Mario De Marco u talbitu jispjega wħud mill-proposti li l-Oppożizzjoni qed tittama li jitħabbru għada. 'Traħħis fir-rata tat-taxxa tad-dħul?' Il-PN jitkellem dwar is- sistema tat-taxxa. Preżentament, ir-rata massima tat-taxxa individwali hija ta' 35%, l-istess bħal tal-kumpaniji. Għalhekk jipproponi li jsir studju biex jistabbilixxi l-impatt li traħħis jista' jkollu fuq id-dħul tal-pajjiż. "Kien hemm żmien li r-rata massima ta' taxxa individwali kienet ta' 65%. Meta naqqasnieha għal 35% (fl-1989), id-dħul mhux talli ma naqasx, talli żdied. Fl-istess ħin tkun qed tħalli aktar flus fil-bwiet tan-nies," kompla De Marco. Id-dokument jagħmel referenza għal pajjiżi bħall- Bulgarija li għandhom dik magħrufa bħala 'flat rate' (rata li tibqa' l-istess fil-każi kollha) ta' 10% għall-individwi. Fir- Repubblika Ċeka r-rata hija ta' 15%, iżda dawk li jaqilgħu ħafna aktar iħallsu 7% iżjed. Kontijiet orħos għall-anzjani L-aktar proposti konkreti li jagħmel dan id-dokument huma dawk indirizzati għall- anzjani. "Huwa inaċċettabbli li fi żmien meta l-ekonomija sejra tajjeb hawn madwar 21,000 pensjonant li jinsabu fil- faqar jew f 'riskju ta' faqar." Għalhekk, il-PN qiegħed jipproponi li l-pensjonanti jħallsu inqas għall-kontijiet tad-dawl jew inkella jingħataw benefiċċji biex ilaħħqu aktar. Qed jipproponi wkoll li ssir diskussjoni dwar kemm huma adegwati jew le l-pensjonijiet u anke dwar il-pensjoni tat- tieni pilastru (jiġifieri pensjoni fejn in- nies ikunu mħeġġa jfaddlu biex ikollhom dħul ieħor apparti d-dħul tal-pensjoni tas-Sigurtà Soċjali). Minħabba l-fatt li l-popolazzjoni kulma jmur qed tixjieħ, il-PN jipproponi inċentivi bl-għan li l-anzjani jkomplu jikkontribwixxu, waqt li jgawdu wkoll iż-żmien tal-irtirar. Fost oħrajn, id-dokument isemmi inizjattivi għal irtirar parzjali u miżuri biex anzjani jaħdmu inqas sigħat f 'oqsma fejn jistgħu jaqsmu l-esperjenza tagħhom. Għall-anzjani, il-Partit Nazzjonalista jipproponi wkoll: • Żieda fin-numru tas-sodod fid-djar residenzjali, carers li l-anzjani jkunu jistgħu jikkommunikaw magħhom u staff b'paga xierqa. • Aktar riżorsi għall-Kunsilli u l-introduzzjoni mill-ġdid tal-'community policing' biex tissaħħaħ is-sigurtà fil-lokalitajiet għax l-anzjani "ma għadhomx iħossuhom siguri." Reviżjoni tal-iskema tal-'First Time Buyers' U dwar il-prezzijiet tal- proprjetà u tal-kirjiet, id- dokument x'jgħid? Il-PN qiegħed jipproponi li l-iskema tal-'First Time Buyers' mhux biss tkun estiża għal sena oħra iżda tkun riveduta biex persuna sidt ta' garaxx, xorta waħda tkun tista' tapplika għal din l-iskema meta qed tixtri l-ewwel residenza tagħha. Huwa fatt magħruf li l-influss ta' ħaddiema barranin qiegħed joħloq pressjoni li qed twassal għaż-żieda fil-prezzijiet tal- proprjetà u tal-kera. Waqt li d-dokument jikkritika l-Gvern "li ma għandu l-ebda strateġija biex jindirizza din l-isfida," De Marco insista li jekk il-Gvern se jibqa' jinsisti li jkabbar l-ekonomija billi jġib ħaddiema barranin, almenu għandhom jiġu jaħdmu f 'setturi fejn verament hawn bżonn. "X'sar minnha l-akkomodazzjoni soċjali? F'ħames snin il-Gvern ma beniex akkomodazzjoni soċjali waħda. Dan ukoll qed ikompli jżid il-pressjoni," kompla De Marco. 'Cluster ġeografiku tan- negozji' Fejn tidħol l-ekonomija, De Marco staqsa jekk jistax isir dak magħruf bħala 'clustering' ta' setturi ekonomiċi. Dan ifisser li għadd ta' negozji li huma relatati ma' xulxin, iżda li jagħmlu xogħlijiet differenti, jiġu flimkien fi 'cluster' ġeografiku. Fi kliem De Marco, dan iżid il- produttività. Eżempju klassiku ta' 'cluster' huwa 'Hollywood.' Id-dokument jisħaq li Malta, minħabba ċ-ċokon tagħha, tista' tkun ideali. De Marco spjega li l-PN qed jipproponi wkoll it-tneħħija ta' "diskriminazzjoni" li teżisti bejn dawk il-kumpaniji li għandhom 'resident shareholders' u dawk li għandhom 'non-resident shareholders,' fejn ir-rata ta' taxxa hija differenti anke jekk dawn litteralment joperaw fl- istess triq u fl-istess suq. Semma wkoll il-proposti li jindirizzaw in-negozji, fosthom għal dawk in-negozji, f 'ċentri kummerċjali tradizzjonali, bħall-Ħamrun u Birkirkara, li qed ibatu għax ħafna qed jippreferu jmorru jixtru minn żoni bħal Tas-Sliema. Proposti oħra jindirizzaw l-isfida li qed jiffaċċjaw minħabba x-xiri onlajn. U dwar is-saħħa kif ma jsemmi xejn? Hemm setturi oħra, bħas- saħħa, li għalihom il-Partit Nazzjonalista ma ħareġ bl-ebda proposta. Kif wieġeb De Marco? "Nistgħu noħorġu bi proposti għal kull settur. Dan huwa dokument ta' qabel il-Baġit u aktar milli joħroġ bi proposta għal kull settur irid jagħti stampa ċara tal- ekonomija u l-istat tal-finanzi tal-pajjiż." Kien hawn li insista li ħadd mhu qed jitkellem fuq il-fatt li filwaqt li bejn l-2012 u l-2017 l-ispiża rikorrenti tal-Gvern (jiġifieri l-flus li jonfoq biex jiffunzjona) żdiedet b'42%, l-ispiża kapitali (dak li jonfoq biex jinvesti fl-infrastruttura) naqset bi ftit. "Allaħares qatt l-ekonomija globali tmur pass lura, dan se jkollu impatt fuq l-ekonomija tagħna u d-dħul tal-Gvern se jonqos. Iżda mhux la kemm tnaqqas l-ispiża rikorrenti mil- lum għall-għada. X'se tagħmel? Tnaqqas il-ħaddiema tal- Gvern? Tnaqqsilhom il-pagi?" kompla jisħaq De Marco. L-istess jgħodd għaż-żieda fil-popolazzjoni. Staqsa jekk l-isptar u anke t-toroq hux se jkunu qed jifilħu għal żieda ta' 60,000 ħaddiem barrani mal- 40,000 li diġà hawn. "Mhux biżżejjed twessa' t-toroq," kompla De Marco. "Jeħtieġ sistema akbar ta' trasport. Dan l-investiment min qed jagħmlu?" temm jisħaq De Marco. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Kieku l-Partit Nazzjonalista kien fi l-Gvern għada x'kien jipproponi? X'miżuri qed jittama li jieħu l-Gvern? L-ILLUM titkellem ma' Mario De Marco Il-PN jipproponi li l-pensjonanti jħallsu inqas għad-dawl Proposti oħra li jagħmel id- dokument: Ekonomija u Servizzi Finanzjarji • Miżuri biex ikunu indirizzati r-riskji marbuta mal-muniti virtwali, bħall-evażjoni tat- taxxa u l-ħasil tal-flus. • Jiġi kkunsidrat tibdil fir- 'reġim fiskali' bl-għan li jkunu indirizzati anomaliji li jistgħu jkunu qed jaffettwaw ħażin negozji lokali. Kostruzzjoni, Biedja u Ambjent • Amministrazzjoni aħjar tal-ammont ta' żvilupp tal- kostruzzjoni li jsir fl-istess żmien. • Bini ġdid ma jkunx estiż f 'żoni ODZ. • Ippjanar aħjar ta' proġetti kbar f 'żoni turistiċi biex jonqos l-inkovenjent għar- residenti u anke t-turisti. • Lista tal-proġetti li se jkunu qed isiru taħt il-'European Union Funds Scheme.' • Inċentivi lill-bdiewa u kampanji edukattivi għall- promozzjoni tal-biedja. • Pjan fit-tul għall-iskart. Investiment fir-riċiklaġġ u r-riġenerazzjoni tal-iskart Edukazzjoni • Investiment fil-ħiliet li l-ħaddiema se jkollhom bżonn fil-futur u f 'dawk il-ħiliet li mhux neċessarjament għandhom bżonn edukazzjoni terzjarja. • Investiment f 'ħiliet ġodda għal dawk il-ħaddiema li xogħolhom jista' ma jibqax neċessarju. • Inċentivi għal dawk il-ħaddiema barranin ikkwalifikati biex jaqsmu l-ħiliet u l-esperjenzi tagħhom ma' ħaddiema lokali Komunità • Irwol akbar lill-Kunsilli Lokali biex jamministraw affarijiet soċjali u aktar impjegati professjonali • Fondi lill-Kunsilli skont il- karatteristiċi ta' kull lokalità u mhux sistema ta' one-size- fits-all. • Twaqqif ta' sezzjoni ta' ħaddiema biex tiġġieled il- vjolenza domestika

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 21 October 2018