Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet LEWROPARLAMENTARI appellaw lil Facebook biex iwettaq bidliet il- pjattaforma tiegħu biex ikun konformi aktar mal- liġijiet tal-Unjoni Ewroepa dwar il-protezzjoni tad- data. Huma qalu dan ftit xhur wara l-iskandlu ta' Cambridge Analytica, li bażikament tqabbdet mit-tim tal-kampanja elettorali ta' Donald Trump u kellha aċċess għal madwar 50 miljun persuna li għandha kont fuq Facebook Fid-dawl ta' dan, il-Parlament Ewropew ivvota favur li l-privatezza tiġi protetta aħjar u għalhekk jipproponu: • Awditu sħiħ ta' Facebook mill-korpi tal-UE • Il-liġijiet elettorali jridu jiġu aġġornati biex jirriflettu r-realtà diġitali • L-istati membri għandhom jinvestigaw l-allegazzjonijiet ta' użu ħażin tal-ispazji politiċi fuq l-internet minn forzi barranin L-MEPs qalu, f 'riżoluzzjoni adottata illum, li Facebook "mhux biss kiser il-kunfidenza taċ-ċittadini tal-UE, iżda wkoll il-liġi tal-UE". Huma qalu wkoll li Cambridge Analytica setgħat intużat għal finijiet politiċi, miż-żewġ naħat matul il- kampanja tar-referendum fir-Renju Unit dwar is-sħubija tal-pajjiż mal-UE Huma insistew li għandhom malajr kemm jista' jkun jiġu miġġielda t-tentattivi biex jiġu mmanipulati l-elezzjonijiet tal- UE u biex il-liġijiet elettorali jiġu adattati biex jirriflettu r-realtà diġitali. Ir-riżoluzzjoni toffri bosta ideat dwar kif dawn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu. Ir-riżoluzzjoni toffri taqsira tal-konklużjonijiet milħuqa wara l-laqgħa ta' Mejju bejn l-MEPs ewlenin u s-CEO ta' Facebook Mark Zuckerberg, u t-tliet smigħ sussegwenti. Aqra hawn ir-rapport tal- ILLUM dwar dan. Kummenti minn MEPs Maltin 'Iċ-ċittadini Ewropej għandhom iserrħu rashom dwar id-data personali tagħhom' - Roberta Metsola "Iċ-ċittadini Ewropej għandhom iserrħu rashom li d-data personali tagħhom tibqa' personali u mhux tispiċċa fuq il-kompjuters ta' persuni oħra. Sfortunatament, fl-aħħar xhur, smajna b'diversi każi fejn informazzjoni personali ta' persuni li jużaw Facebook spiċċat għand kumpaniji privati li jużaw dik l-istess informazzjoni biex jinfluwenzaw l-elettorat fi żmien l-elezzjonijiet. Dan irid jieqaf illum qabel għada, speċjalment meta qed nippreparaw għal elezzjonijiet madwar l-Ewropa kollha f 'Mejju li ġej. Aħna qed ninsistu li kumpaniji bħal Facebook ikunu trasparenti fil-modi u l-mekkaniżmi li jużaw biex jissalvagwardjaw l-informazzjoni personali tan-nies." 'Għandna nimmiraw li nsaħħu d-dritt tagħna għal ħajja privata' - Francis Zammit Dimech "Bosta kienu effettwati mill- ksur tad-dejta personali ta 'Facebook'. Għandna dejjem nħarsu d-dritt tagħna bħala ċittadini u bħala konsumaturi, għall-privatezza tagħna. Għalkemm l-era diġitali ġabet riżultati pożittivi ħafna għad- dinja, ma nistgħux inħallu dan ikun ta' detriment għaliha. Għalhekk, għandna nimmiraw li nsaħħu it-trasparenza, ir-responsabilità, d-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi - speċjalment id-dritt tagħna għal ħajja privata, fejn id-dejta personali tkun protetta akkost ta 'kollox." 'Kull kumpanija għandha tkun konformi mal-liġijiet tad-data' - Marlene Mizzi "Il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data hija waħda li għandha tiġi nfurzata sabiex tħares id-drittijiet taċ-ċittadini f 'dak li għandu x'jaqsam data. Huwa minħabba f 'hekk li kull kumpanija, rispettivament hiex SME jew ġgant bħal Facebook, għandha taħdem b'mod qatigħ biex tirregola l-pożizzjoni tagħha li tkun konformi mal-liġijiet tad- data. B'dan il-mod nevitaw skandlu ieħor bħalma kien dak ta' "Cambridge Analytica". B'dan il-mod, jien u l-kollegi tiegħi ġewwa l-Parlament Ewropew ħa nkomplu naħdmu sabiex inkompli ntejbu l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data, bl-intenzjoni ewlenija li tipproteġi lill-utent. Għaldaqstant irridu naħdmu sabiex inkomplu nħejju leġiżlazzjoni li tkun konformi ma l-iżvilupp u l-progress." illum | Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 28 • 74 • 79 • 25 • 32 14 • 12 • 82 Tlugħ Nru. 747 Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir- Repubblika, Valletta National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Ħamrun Lantern Pharmacy, 46, Misraħ il-Keb- bies, Santa Venera The Local Dispensary, Triq Kan. Karm Pirotta, Birkirkara D'Argens Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Sliema Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, Naxxar El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Qawra Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Paola Alpha Pharmacy, 'Maria Immaculata', Triq Cospicua C/W Vjal il-Kottoner, Fgura Milia's Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka (previously "San Tumas Pharmacy"), Marsascala Britannia Pharmacy, 5, Triq l-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Siġġiewi Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 ta' April 1688, Nadur Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 26˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita, li jistgħu jkunu lokalment bir- ragħad kultant VIŻIBILITÀ: Ġeneralment moderat RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 5 għal 6 li jsir lokalment forza 6 għal 7 BAĦAR Qawwi L-OGĦLA: 24˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ TEMP: Ftit jew wisq imsaħħab bil- possibilta' ta' xi ħalbiet iżolati tax-xita wara nofsinhar VIŻIBILITÀ: Ġeneralment tajba li ssir moderata billejl RIĦ: Nofsinhar ix-Xlokk forza 5 għal 6, lokalment forza 6 għal 7 għall-ewwel. BAĦAR Qawwi Il-Parlament Ewropew jakkuża lil Facebook li kiser il-liġi tal-Unjoni Ewropea REGISTER OF BENEFICIAL OWNERS ATTENTION ALL FOUNDATIONS & ASSOCIATIONS As Per the Regula�ons in Legal No�ces 375 & 376 of 2017: ALL FOUNDATIONS & ASSOCIATIONS ARE REQUIRED TO SUBMIT INFORMATION PERTAINING TO THEIR BENEFICIAL OWNERSHIP TO THE REGISTRAR FOR LEGAL PERSONS, AT THE PUBLIC REGISTRY, AT IDENTITY MALTA. The Regula�ons came into effect as from the 1 st of January 2018, to implement Direc�ve (EU) 849/2015 on the preven�on of the use of the financial system for the purposes of money laundering or terrorist financing. Please note as follows: All founda�ons & associa�ons, sports organisa�ons, coopera�ves & any other organisa�on, not being exempted in the said Regula�ons, WHETHER REGISTERED OR NOT in terms of any law, & WHETHER ESTABLISHED BEFORE OR AFTER 1 st January 2018, are required to comply. Informa�on on the legal term 'beneficial ownership' & on the method of submission of the required form may be obtained from the website of the Registrar for Legal Persons h�ps://iden�tymalta.com/legalpersons. The form to be ini�ally submi�ed is Form 1 – Submission of Ini�al Informa�on, which is found on the same webpage. For further informa�on, kindly contact the Office of the Registrar for Legal Persons, at the Public Registry, Malta, Evans Building Level 1, Merchants Street, Valle�a, via telephone on 25904108/9 or via email to hilary.grech@gov.mt & rochelle.magri@gov.mt ALL ORGANISATIONS ARE URGED TO COMPLY WITHOUT DELAY

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018