Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431
11 Aħbarijiet Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum dwarek? Intom komdi biha? Insista li t-tħassib ewlieni huwa li l-informazzjoni li tista' tinġabar fuq persuni li jinzertaw fil-post mingħajr l-ebda fini, se tkun f 'idejn terzi persuni. Kien għalhekk li insista aktar minn darba fuq l-importanza li jkun hemm parametri ċari dwar il-ġbir ta' din l-informazzjoni u jkun hemm 'watchdog' li jkollu l-poteri eżekuttivi li jipproteġi lil dawk li ma għandhomx x'jaqsmu u li l-informazzjoni tagħhom titneħħa malajr kemm jista' jkun. Imma postijiet bħal Paceville mhux diġà miżgħuda b'CCTVs li jirrekordjaw lil kull min ikun hemm? X'differenza se tagħmel? Mifsud insista li din is-sistema hija aktar sofistikata u tidentifika l-persuna bl-isem u d-dettalji kollha tagħha. Kompla jispjega li mill- esperjenza tiegħu, f 'każijiet li kellu dwar Paceville, il-kameras tas-sigurtà huma dawk privati li ġew installati mis-sidien tad-diversi clubs, bars u ristoranti. Għalkemm mhux l-ewwel darba li l-Pulizija titlob filmati minn dawn il- kameras, mhux dejjem ikunu ta' għajnuna, mhux biss għax ma jkunux qed iħarsu lejn it-triq, iżda speċifikament lejn il-bieb jew ġewwa tal-club, imma anke għax il-kwalità mhux dejjem se tkun tajba. Għalhekk wieħed jistenna li t-teknoloġija l-ġdida li se tkun introdotta, tista' tgħin aktar lill-Pulizija u lill-awtoritajiet fl- investigazzjoni tagħhom. U s-sidien f 'Paceville x'jaħsbu? Intant, din il-gazzetta tkellmet ukoll mal- President tas-sezzjoni tal-GRTU għas-setturi tat-turiżmu, l-ospitalità u d-divertiment, Philip Fenech, li saħaq li s-sidien f 'Paceville huma pożittivi dwar kwalunkwe sistema li se żżid il-kontroll fiż-żona. Fi kliemu, is-sistema tal- 'facial recognition,' se tkun qed isservi ta' deterrent u se sservi bħala element ta' sigurtà għal din iż-żona ta' divertiment li ħafna drabi tispiċċa fuq l-aħbarijiet għar-raġunijiet il-ħżiena. Fenech ikkonferma wkoll dak li qal l-Avukat Mifsud, jiġifieri li s-sidien kemm-il darba ntalbu mill-Pulizija biex jgħaddu filmati mill-kameras tagħhom. Fi kliemu, sidien ġieli kellhom iħallsu minn buthom biex iqabbdu persuni li jfittxu l-filmati li jintalbu. Iżda Philip Fenech qal ukoll li apparti l-użu tagħha f 'każijiet partikolari, din it- teknoloġija se sservi wkoll għall-immaniġjar ta' din iż-żona anke fid-dawl ta' dak li sejjaħ bħala "żvilupp bla preċedent" li Paceville se jara fis-snin li ġejjin. Imma barra minn Malta qed taħdem? Anke jekk għal Malta din it-teknoloġija hija ġdida, għal pajjiżi oħra bħall- Ingilterra, l-Istati Uniti u ċ-Ċina hija komuni, iżda l-kontroversji dwarha ma jonqsux. Fil-fatt, żewġ organizzazzjonijiet li jaħdmu favur id-drittijiet umani, 'Liberty' u 'Big Brother Watch' hedded lill-Pulizija ta' Londra u ta' New South Wales b'passi legali għax qed jisħqu li din it-teknoloġija mhux qed tkun sorveljata, tikser il-privatezza u thedded ukoll id-drittijiet tal-libertà tal-kelma u l-libertà tal- assoċjazzjoni. Fil-fatt, il-Pulizija qed ikunu akkużati li użaw din it-teknoloġija biex jissorveljaw il-folol li niżlu jipprotestaw f 'Jum it- Tifkira tas-sena li għaddiet. L-attivisiti qed jisħqu li din it-teknoloġija se tkun qed tbiddel liċ-ċittadini "f 'karti tal-identità mexjin." Il-Pulizija ta' New South Wales kienet diġà ddefendiet l-użu ta' din it-teknoloġija wara li kien ġie żvelat li waqt il-final taċ-Champions League tal-2017, aktar minn 2,000 persuna kienu ġew identifikati ħażin bħala 'kriminali potenzjali.' Fil-fatt, rapport ippubblikat fi Frar li għadda mill-Electronic Digital Rights Group, NGO internazzjonali li tispeċjalizza fi drittijiet diġitali, liema rapport jiffoka fuq l-użu tal-'facial recognition' mill-FBI, jisħaq li l-ebda sistema ta' 'facial recognition' ma hija 100% preċiża. Jispjega li meta ritratt jitqabbel ma' ieħor hemm diversi fatturi li jaffettwaw, fosthom id-dawl, il-perspettiva, id-dellijiet, il-poża u l-espressjonijiet u huwa aktar diffiċli meta ritratt ikun qed jitqabbel ma' ieħor meħud snin qabel jew inkella ma' filmat, kif inhu mifhum li se jsir f 'Malta. Iżda f 'każi oħra, is- sistema kienet preċiża immens. F'April li għadda, il-Pulizija Ċiniża, permezz tal-'facial recognition', irnexxielha tarresta raġel minn fost folla ta' 60,000 ruħ li kienu preżenti għal kunċert ta' mużika. Dan kien ilu mfittex għal tul ta' żmien. U f 'Malta, l-għaqdiet x'jaħsbu dwarha? Anke jekk f 'Malta għadha ma ġietx introdotta, diġà tqajmu diversi mistoqsijiet dwar din is-sistema. F'Diċembru tas-sena li għaddiet, ftit wara li ssemmiet għall-ewwel darba din il-proposta, esperti mill-Malta IT Law Association kienu wissew dwar ir-riskji għall- privatezza marbuta ma' din is-sistema u anke dwar ineżatezzi marbuta magħha. Kienu ħeġġew ukoll għal diskussjoni serja bl-għan li tkun żviluppata politika u sistema legali u etika li timxi skont standards Ewropej. Meta ssemmiet għall- ewwel darba dit- teknoloġija? Kienet il- kumpanija tal- Gvern Safe City Malta li f 'Diċembru tas- sena li għaddiet ħabbret li qed tippjana l-introduzzjoni ta' sistema ta' monitoraġġ 'safe city' li tinkludi sistemi ta' CCTV HD u software ta' 'facial recognition' biex tassisti lill- Pulizija fil-monitoraġġ tagħhom tal-ibliet u l-irħula. 'Safe city' huwa kunċett li Huawei, kumpanija Ċiniża fil- qasam tat- teknoloġija, qed timplimenta f 'diversi pajjiżi madwar id-dinja. Fil-fatt, f 'April tal-2016, il-Gvern Malti ffirma memorandum ta' ftehim ma' Huawei bl-għan li Safe City ikun introdott f 'Malta wkoll. Rappreżentant tal-Ġnus Magħquda għall-privatezza, Joseph Cannataci, kien wera t-tħassib tiegħu dwar din is-sistema u saħanistra ltaqa' mad-direttur ta' Safe City Malta, dak iż-żmien Joseph Cuschieri, biex jiddiskutu r-riskji li dan il-kunċett jista' jkollu dwar il-privatezza. Min-naħa tiegħu, Cuschieri, f 'ittra li kien bagħat lill-gazzetta oħt MaltaToday, kien serraħ ras dawn li wrew it- tħassib tagħhom dwar din it-teknoloġija billi insista li s-sistema se tkun implimentata u mmexxija skont il-liġijiet tal- protezzjoni tad-data u tal- privatezza. Kien qal ukoll li l-assoċjazzjoni interessata li tkun magħżula, se tieħu f 'idha r-responsabbilità li twettaq is-sorveljanza u se tkun obbligata wkoll li twettaq Privacy Impact Assessment. Għalhekk, hu mifhum li d-diskussjoni li se tkun għaddejja fix-xhur li ġejjin se tkun qed tiddeċiedi wkoll liema entità se tkun qed tmexxi din is-sistema u li mhux neċċessarjament tinvolvi lill-Pulizija. hija 100% preċiża. spjega li meta ritratt jitqabbel ma' ieħor hemm diversi fatturi li jaffettwaw, fosthom id-dawl, il-perspettiva, id-dellijiet, il-poża u l-espressjonijiet u huwa aktar diffiċli meta ritratt ikun qed jitqabbel ma' ieħor meħud snin qabel jew inkella ma' filmat, kif inhu mifhum li se jsir f 'Malta. f 'każi oħra, is- sistema kienet preċiża immens. F'April li għadda, il-Pulizija Ċiniża, permezz tal-'facial recognition', irnexxielha tarresta raġel minn fost folla ta' 60,000 ruħ li kienu preżenti għal kunċert ta' mużika. Dan kien ilu mfittex għal tul ta' f 'Malta, l-għaqdiet x'jaħsbu dwarha? Anke jekk f 'Malta għadha ma ġietx fil- qasam tat- teknoloġija, qed timplimenta f 'diversi pajjiżi madwar id-dinja. Fil-fatt, f 'April tal-2016, il-Gvern Malti ffirma memorandum ta' ftehim ma' Huawei bl-għan li Safe City ikun introdott f 'Malta wkoll. Rappreżentant tal-Ġnus Magħquda għall-privatezza, Joseph Cannataci, kien wera t-tħassib tiegħu dwar din is-sistema u saħanistra ltaqa' mad-direttur ta' Safe City Malta, dak iż-żmien privatezza. Kien qal ukoll li l-assoċjazzjoni interessata li tkun magħżula, se tieħu Sidien f 'PV jaqblu ma' kull sistema li sservi ta' detterent