Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431
7 Aħbarijiet 'salvat' lill-Għaqda mill-iżgumbrament il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda Noel Camilleri rrimarka mal- ILLUM illi l-probabilità hija li s-sidien ta' dan il-każin u ta' oħrajn fl-istess sitwazzjoni se jisfidaw l-emenda tal- Gvern. Għalhekk huwa talab għal diskussjonijiet biex l-Għaqda, flimkien mal- każini u anke s-sidien isibu soluzzjoni li hija aktar permanenti. "Jiena nemmen illi biex jinħoloq bilanċ għandna bżonn naħsbu għal inċentivi fiskali li joħolqu bilanċ ġust bejn l-għaqda u s-sidien," sostna Camilleri. Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum żbrixx b'emenda tal-Gvern L-aħbar li ħarġet din ġimgħa u li trattat il-każini ħasdet ftit mhux ħażin lil bosta każini spċeċjalment lil dawk l-20 li jinsabu f 'kirja u dawk li bħalissa jinsabu fil-Qorti f 'battalja mas-sidien. Imma x'ġara eżatt? X'qalet il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem (ECHR)? X'talbu s-sidien u x'offra l-Gvern bħala kumpens? U inkisret il-liġi jew le? Kemm kienu qed jirċievu fis-sena s-sidien tal-King's Own sal-2014? Kienu qed jirċievu €1,164 fis-sena għal proprjetà li s-sidien qalu li kellha valur ta' kirja ta' €269,100 fis-sena. Fl-1946 kien sar il-kuntratt bejn is-sidien u l-Għaqda mużikali filwaqt li fl-1955 il-Gvern ta' dakinhar kien ipproteġa bil-liġi lill-każini tal-baned, b'konsegwenza li l-kirja kellha tibda tkun imġedda kull sena b'mod awtomatiku u s-sid ma setax jitlob li togħla din il-kirja. Imma fl-2009 l-Gvern ma kienx irreveda l-liġi tal-kera? Iva, imma l-każini tal-banda ma kinux inklużi u allura l-kirjiet baqgħu kif kienu. Liema Qorti tathom raġun? Nhar it-8 ta' Ottubru 2013 il-Qorti Ċivili sabet li s-sidien sofrew minn ksur tal- Artiklu 1 tal-Protokoll tal-Konvenzjoni għad-Drttijiet tal-Bniedem u li tikkonċerna l-użu tal-proprjetà privata. Is-sidien kienu qalu li l-valur huwa ta' €269,100 u l-Gvern €93,000. Il-Qorti ddikjarat li s-sidien għandhom jingħataw kumpens ta' €300,000. Għaliex dawret kollox il-Qorti Kostituzzjonali? Il-Qorti Kostituzzjonali, li hija ogħla minn dik Ċivili, iddeċidiet li fil-fatt ma nkiser ebda dritt tas-sidien, għaliex lura fl-1946 l-antenati tas-sidien preżenti kienu jafu għal liema tip ta' kuntratti deħlin. L-istess Qorti m'aċċettatx li jerġa' jsir smigħ tal-kawża mill-ġdid. L-applikanti iżda sostnew li meta l-antenati tagħhom kienu għamlu l-kuntratt ma kinux jafu li disa' snin wara l-Gvern kien se jinkludi lill-baned fir-riforma tal-1955. Il-bar/restorant tal-Każin...għaxxaqha Bħal ħafna każini oħrajn il-Każin tal- King's Own kellu bar/restaurant. Is-sid qal illi l-bar u restorant ma kinux fl-interess tal-pubbliku. Iktar minn hekk is-sidien qalu lill-Qorti illi l-amministrazzjoni ta' dan il-bar u restorant kienu qed iħallsu lill- Għaqda Mużikali xejn inqas minn €17,000. "Filwaqt li s-sidien jikkunsidraw illi l-każin tal-banda għandu rwol soċjali u kulturali, m'hemm ebda raġuni għalfejn każin għandu bżonn proprjetà daqstant kbira u li tiswa ħafna flus," sostnew is-sidien filwaqt li qalu illi dawn l-attivtajiet kummerċjali ma jistgħux jitqiesu bħala 'interess pubbliku'. Il-Qorti Ewropea sostniet li f 'ċirkostanzi fejn hemm kummerċ f 'każin bħal dan, fejn il-kirja hija kkontrollata, "l-istat u l-Qorti fl- irwol ta' superviżjoni tagħhom iridu jkunu viġilanti biex jiżguraw li ma jkunx hemm żbilanċ li jimponi piż eċċessiv fuq is-sidien filwaqt li tħalli lill-inkwilini jagħmlu profitti kbar." Fid-deċiżjoni aħħarija tagħha l-Qorti qalet illi tpoġġa piż sproporzjonat u eċċessiv fuq is-sidien li kellhom iġorru jew ikomplu jġorru spejjeż konsiderevoli soċjali u finanzjarji, ta' tradizzjoni billi ssuplixxew każin tal-banda b'sit għall-attivitajiet, inkluż dawk kummerċjali..." Imma nkisret il-liġi? Le. Minkejja li s-sidien rebħu l-każ ma nkisret ebda liġi, fis-sens illi l-kirja tal- każin kienet skont il-liġi lokali. Il-Qorti tfakkar illi kull indħil minn awtorità jrid ikun 'legali', jiġifieri li l-Istat għandu dritt jikkontrolla l-proprjetà, sakemm dan isir skont l-interessi ġenerali jew inkella biex jassiguraw l-ħlas u ta' taxxi jew kontibuzzjonijiet jew penali." (Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem) U allura l-każini tal-baned huma materja ta' 'interess ġenerali'. Allura minkejja kollox is-sidien ma setgħu qatt għollew il-kirja jew keċċew lil tal-King's Own? Le, riedu bilfors jġeddu u ma jgħollux il-kirja. Jiġifieri l-kirja baqgħet l-istess sa mill- 1946? Le. Mill-1946 sal-2009 ma sar xejn. Fl- 2009 Gvern Nazzjonalista rriforma l-Liġi tal-kera b'mod illi dawn ikunu jistgħu jibdew jogħlew biex issir ġustizzja mas- sidien, iżda ħalla lill-każini tal-banda, fost oħrajn, eżenti minn dawn il-bidliet. Kien fl-ewwel leġislatura ta' dan il-Gvern li fil-fatt ddaħħlu żidiet fuq medda ta' snin, anke jekk dawn iż-żidiet xorta jrendu l-kirja 'l bogħod mill-prezz tas-suq. Dan kien ifisser illi fl-2014, 2015 u 2016, il-kirja għoliet b'10% iktar mis-sena ta' qabel. Jiġifieri għal kull €100 żdiedet, €110, €121 u finalment €133. Imbagħad mis-sena 2017 sas-sena 2023 il-kirja terġa' togħla b'5% kull sena. Allura ż-żidiet tal-2014-2023 mhux biżejjed? Le. Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal- Bniedem (ECHR) irrikonoxxiet li l-King's Own kienet qed tħallas id-doppju dak li kienet tħallas qabel, biex fl-2015 ħallset €2,876 u €3,017 fl-2016. Minkejja dan, l-ECHR fakkret illi dan l-ammont kien ta' 3% biss tal-valur tal-kirja hekk kif għamilha l-Gvern stess u 1% minn dak li kkalkulaw is-sidien. Kien imfakkar ukoll illi dan l-ammont huwa €14,000 inqas mill-kirja li qed tħallas l-amministrazzjoni tal-każin lit-tmexxija tal-każin. U kif iddefenda ruħu l-Gvern? Il-Gvern fakkar illi meta bdiet il-kirja kienet għall-valur ta' €1,164 li dak iż-żmien (mill-1946) kienet kirja pjuttost għolja. Il-Gvern fakkar lill-ECHR li fil-fatt il-kera ta' €97 kull xahar kienet, sal-2004 ma kinitx titqies bħala kera baxxa, sakemm mhux ikkumparata ma' entitatjiet kummerċjali jew kirjiet soċjali. Il-Gvern sostna illi l-valutazzjoni tas- sidien kienet wisq għolja u li dawn ma wrewx li jista' jkun hemm xi ħadd li lest iħallas dawk il-prezzijiet (€269,100 fis- sena). Il-Gvern għalhekk sostna li huwa 'evidenti' li s-sidien ma kinux sofrew diskriminazzjoni sproporzjonata, imqabbla mal-kirja qabel l-2014. Il-Gvern sostna li bil-kirjiet kif inbidlu fl-2014 intlaħaq bilanċ. Kemm se jkollu jħallas il-Gvern u sa meta? Il-Gvern se jkollu jagħti €610,700 f 'kumpens li jinqasam hekk: €592,000 bħala danni finanzjarji, €8,000 f 'taxxi fir-rigward ta' dan id-danni kif ukoll €10,700 fir-rispett ta' spejjeż. Il-Gvern ikollu jħallas fit-tliet xhur li ġejjin, inkella jibdew telgħin l-interessi. X'ġara eżatt fil-każ 'King's Own' din il-ġimgħa? Tnaqqis qawwi fil-qgħad f 'Settembru - Jonqos b'27% mis-sena l-oħra F'SETTEMBRU, n-numri ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol kien ta' 1,813, jiġifieri tnaqqis qawwi ta' kważi 27% meta mqabbel mal-istess xahar is- sena l-oħra. Dan huwa tnaqqis pjuttost qawwi u jammonta għal tnaqqis ta' 601 persuna ki kienu qed jirreġistraw fl-Ewwel Parti tar-Reġistru tal- Qgħad u 58 fit-Tieni Parti. ILQGĦAD naqas fost l-etajiet kollha. In-numru ta' persuni b'diżabilità li kienu qed jirreġistraw naqsu b'46 persuna meta kkumparat ma-sena l-oħra, biex hemm 244 persuna b'diżabilità li qed tirreġistra.