Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 Intervista illum | Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 'Joqogħdu jsemmu l-ħalib u 'shampoo'...aħna I l-Baġit. Eżerċizzju finanzjarju u ekonomiku ta' kull sena li m'għadux iqajjem l-aspettativa li kien iqajjem fil-passat. Imma xorta, l-għada filgħodu jkunu ħafna li jistaqsu x'se jiggwadanjaw jew x'se jitilfu u s-settur illi fih jaħdmu x'direzzjoni qed jingħata. L-ILLUM tintervista lill-Ministru Edward Scicluna dwar il-Baġit li ħabbar nhar it- Tnejn li għadda. Nibdew nistaqsuh jekk kienx hemm xi ħaġa differenti għalih, fis- sens ta' preparazzjoni għall-Baġit. "Kienet preparazzjoni aktar faċli, mhux daqstant stressanti, għax ta' min ifakkar li l-Baġit mhux qisek ftaħt vit u daqshekk, fih ħafna xogħol," jgħid Scicluna f 'botta diretta lejn ċerti kummenti wara l-Baġit fuq xi mezzi tax-xandir. "Aħna kellna ċerti miżuri li ġew quddiemna, miżuri li m'għamilnihomx għax ma nifilħux inħallsu għalihom," kompla jgħid. L-ILLUM tirrimarka illi bħalissa l-Gvern qed jinsisti li huwa l-aqwa żmien u anke li hawn ħafna flus fl-idejn. Allura għax ma fetaħx iktar idejh? Scicluna jfakkar li l-pajjiż jista' jonfoq kemm jiflaħ u mhux iktar. "Aħna għamilna dak li stajna, bħalma wara kollox jagħmlu pajjiżi bħall-Istati Uniti wkoll, l-aktar pajjiż sinjur fid-dinja." 'Din li l-Baġit huwa bla viżjoni...hija l-aktar ħaġa vojta' Nisfidah bil-kritika li qed taqbad art fost l-Oppożizzjoni u votanti tagħha, jiġifieri li dan il-Baġit kien nieqes mill- viżjoni għal li ġej. Scicluna kif jirreaġixxi? "Is-suċċess tal-Baġit huwa meta jkun implimentat u jħalli r-riżultati, jiena nista' niġġudika fuq il-Baġits li għamilt sa issa, jiġifieri sitta u r-riżultat tagħhom," jibda jinsisti Scicluna. "Din tal-viżjoni, bir- rispett kollu għal min jgħidha u jirrepetiha, hija l-aktar ħaġa vojta. M'għandniex viżjoni aħna? Dan il-Gvern tar-roadmap, dik ir-roadmap li għall- bidu ma twemmnitx għax kienu jgħidu li bħall- Greċja ħa jiġrilna u jkollna kjuwijiet tan-nies jistennew biex isibu xogħol." 'Nikkonverġu mal-UE fuq id-dħul medju..' Scicluna mbagħad beda jispjega dik li hija l-viżjoni tal-Gvern Laburista fil-qasam ekonomiku. "Bir-rata ta' tkabbir li konna biha taħt Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Lawrence Gonzi, jiġifieri dik ta' 1% jew 2%, il-konverġenza li dħalna għaliha meta sirna membri tal-Unjoni Ewropea ma ntlaqħitx," jinsisti. Il- Ministru tal-Finanzi qal lil din il-gazzetta illi l-konverġenza tfisser illi t-tkabbir fil-ġid ekonomiku li jinħoloq fil-pajjiż u allura d-dħul medju tal-ħaddiema jkunu l-istess bħall-aktar pajjiżi sinjuri tal-UE." Infakkru imma li għadna 'l bogħod minn din il- konverġenza b'ħafna nies li qed jaqilgħu xi €4.50 fis-siegħa. Scicluna sostna li għalissa huwa kien qed jitkellem fuq id-dħul medju tal- pajjiż u reġa' rrepeta li biex id-dħul medju ta' min jaħdem f 'pajjiżna jiżdied jeħtieġ noħolqu ħafna aktar ġid milli konna noħolqu. "Irridu jew ma rridux nikkonverġu mal-UE?" staqsa l-Minstru li qal illi dan il-Gvern jieħu d-deċiżjonijiet li għandu jieħu għax, "il-punt hu li rridu pajjiż li jkun l-ewwel fid-dinja." L-aqwa żmien. U għat- 80,000 f 'riskju ta' faqar? Niġu għal firxa tal-ġid. L-aħħar statistika turi li għandna iktar minn 80,000 persuna li tinsab f 'riskju ta' faqar. Għal dawn mhuwiex l-aqwa żmien, nirrimarkalu. Imma Scicluna huwa entużjast biex ifakkar illi kemm dawk f 'riskju ta' faqar u anke dawk li jinsabu deprivati materjalment naqsu fl- aħħar snin. "Fl-2012 20% tal-familji kienu fir-riskju ta' faqar jew qed ibatu minn nuqqas materajli serju, dan issa niżel għal 8%. Vera mhux żero, imma minn 20% għal 8% huwa tnaqqis sostanzjali. Jiġifieri f 'kull Baġit qed inwaqqa' l-ammont ta' nies li jgħixu fil-faqar, li allura jfisser illi xi ħaġa tajba qed nagħmlu." Naqbżu fuq il-kumpens għall-għoli tal-ħajja (COLA). Il-kritika dejjiema taħt kull Gvern hija li din mhix biżejjed biex tkopri l-għoli tal-ħajja. Il-Gvern qed jippjana li jinbidel ir- Retail Prce Index (RPI) li jikkalkula kemm għandha togħla l-ħajja biex tirrifletti aktar ir-realtà? 3,500 persuna fuq il-paga minima bħalissa Scicluna jibda billi jfakkar illi hu kien wieħed minn dawk in-nies li fis-snin 90 ħadmu biex inħolqot il-COLA. "Issa għaddew 27 sena u ħadd ma miss l-RPI. Issa jekk hemm min irid ibiddilha jistgħu jbiddlu wara li jkun hemm id-diskussjonijiet," "COLA jew le imma, il-paga minima qed nipproteġuha billi għamilna ftehim li ntlaħaq is-sena l-oħra illi permezz tiegħu minflok inċaqalqu l-COLA, daħħalna fis-seħħ zieda ta' €3 fil-ġimgħa u s-sena d-dieħla se terġa' tingħata." Din iż-żieda qed tingħata lil dawk kollha li ilhom fuq il-paga minima għal sena u li hija apparti ż-żieda fil-COLA, li jfisser illi minn Jannar iż-żieda għal dawk fuq il-paga minima se tkun ta' €5.33. Żvela kif f 'pajjiżna bħalissa hawn 3,500 persuna bil-paga minima, bl-ammont jonqos hekk kif is-sena li għaddiet daħlet iż-żieda fil-paga minima. "Il-COLA hija deċiżjoni li tasal għandi mingħand l-MCESD u huwa dan li jgħidli kemm se tkun il-COLA u mhix deċiżjoni tal-Gvern. Issa għax il-Gvern jaf li hemm min għandu paga li mhix adegwata, nissuplimentawha b'żidiet." '...aħna eluf tajna lill- familji, mhux ftit' U hawnhekk Scicluna jagħmel elenku ta' miżuri li ħa l-Gvern fosthom iż-żieda fiċ-children's allowance, rifużjoni tat- taxxa mill-ġdid is-sena d-dieħla, "qed nerġgħu nżidu l-In Work Benefit biex illum koppja li taħdem se jkollhom benefiċċju ta' €1,200 għal kull wild fis-sena u jekk persuna ma taħdimx nagħtuha €400 fis-sena għal kull wild. Imma mhux biss," kompla jfakkar,"qed nagħtu s-servizz ta' child care mingħajr ħlas u forsi saret tinstema' clichè imma ara kemm qed niffrankaw flus lil dik il-familja. Issa qed noffru wkoll trasport għall- iskola mingħajr ħlas, biex faċilment qed niffrankaw lill-ġenituri mal-€2,100. Dawk mhux flus ukoll?" "Jiġifieri joqogħdu jsemmu l-ħalib u x-'shampoo'...aħna l-eluf nagħtuhom lill-familji, mhux il-ftit," sostna Scicluna. Spjega kif dan il-Gvern dawwar is-sistema biex min jaqla' l-inqas jieħu l-aktar fi tnaqqis tat-taxxi. Dan jista' jinżel għasel ma' dawk li jaqilgħu l-inqas, imma li jaqilgħu aktar jew inkella dawk li jaħdmu għal rashom mhux neċessarjament se jieħdu pjaċir, se jgħidulu 'mela aħna naħdmu l-aktar u l-inqas li ngawdu.' "Żgur li dawk li jaħdmu għal rashom ma telqux minn taħt għajnejna. Għamilna miżura illi permezz tagħha għall- ewwel darba min ikollu negozju u jiddeċiedi li jieqaf jew inkella jkollu jieqaf, ikun jista' jirreġistra u jieħu l-benefiċċji tal- qgħad. Dan apparti li sentejn ilu żidna b'mod qawwi il-'leave' tal- maternità ta' dawk li jaħdmu għal rashom." 'Il-cowboys u l-kriminali dejjem issibhom...' Indur fuq qasam partikolari, dak tal-Blockchain u l-cryptocurrency. Jibda billi jgħid illi din hija invenzjoni kbira u revoluzzjonarja. Spjega kif din is-sistema tneħħi l-bżonn ta' intermedjarju f 'tranżazzjoni finanzjarja, jiġifieri minflok il-banek. Naturalment, nista' nifhem illi tal-banek ma tantx huma entużjasti. Imma hemm inkwiet ikbar minn hekk, nirrimarka. Hemm il-biża' li s-sistema mhix trasparenti biżżejjed u dan jista' jkun riskju kbir wisq għal pajjiżna. Scicluna jfakkar illi s'issa għadha ma kinitx irreġsitrata kumpanija waħda f 'pajjiżna, minkejja l-aħbar illi Binance u kumpaniji oħrajn se jiftħu f 'pajjiżna. Spjega kif f 'Novembru se jibda l-proċess illi permezz tiegħu se jkun hemm diliġenza dovuta u se jgħaddu minn għarbiel biex ikun aċċertat x'tip ta' kumpaniji se jiftħu f 'pajjiżna. Hu jgħid illi cowboys u l-kriminali dejjem issibhom, mhux f 'din is- sistema biss. "Aħna konna innovattivi biżżejjed billi bnejna qafas legali. Jiġu nies fuqek minn New York li huma midħla tal-qasam u jfaħħru l-qafas legali li bnejna bħala pajjiż u illi permezz tiegħu ġbidna lil kulħadd lejn Malta. Meta tkun l-ewwel f 'xi ħaġa, bħalma konna aħna, tkun rikoxxut bħala pajjiż b'mentalità modernissima." 'Kampanja organizzata... qed tagħmel ħsara kbira lil Malta' Bdejna resqin lejn it- tmiem tal-intervista. Semma x'qalulu f 'New York u kemm faħħruna u jiena nfakkru x'kien qal hu stess meta kien f 'taxi fl-Amerka ta' Isfel dwar Malta u l-korruzzjoni. Il-Baġit għadda u mar. Il-Ministru Edward Scicluna jitkellem mal-ILLUM dwar il-miżuri, il-viżjoni, l-Oppożizzjoni, David Casa, il-faqar, il-kirjiet, il-Bank Pilatus u dak l-imbierek 'shampoo'.... agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018