Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Intervista Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum 'shampoo'...aħna eluf tajniehom lill-familji' Inti ġejt taħt kritika ħarxa, infakkru. "Jiena m'għidtx hekk dwar tat- taxi. Jiena xi ħadd qalli hekk dwar ir-reputazzjoni ta' Malta. Kulħadd huwa suġġettivament kontra Malta u teżisti nuqqas ta' fiduċja lejna u minkejja li l-fatti juru mod ieħor, id-dehra ta' pajjiżna xorta saret negattiva." Imma l-għerq kollu huwa l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. X'ippretenda l-Ministru li ħadd ma jitkellem dwar traġedja daqstant kbira? "Iva, il-mewt ikkumplikat is-sitwazzjoni, imma ma ninsewx li sal-elezzjoni kellek allegazzjonijiet serjissimi illi mart il- Prim Ministru kienet qed tirċievi flus mill- Ażerbajġan. Issa l-inkjesta mhux ma sabitx evidenza biżżejjed għax il-Pulizija m'għamlux xogħolhom," sostna l-Ministru, "imma kellek każ illi xi ħadd prova jiffalsifika dokumenti u xhieda u issa anke libelli qed jintrebbħu," jgħid f 'referenza għal-libell li rebaħ iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-PM Keith Schembri nhar il-Ġimgħa. "Il-kontenut tal-istorja kien dar id-dinja u ppenetra sew il-midja permezz ta' kampanja organizzata ħafna grazzi għal xibka illi nbniet mill- każ tal-Panama Papers. Jiena saħansitra kont mort għand in-New York Times u tkellimt mal-Edituri. Li jiġri huwa li jkun hemm huwa ġurnalist/a jew tnejn li jkunu parti minn din ix-xibka. Dawn is-soltu jinvestigaw, imma minflok jirrappurtaw l-istorja tal-istess nies, mill-istess angolu. Imorru biss fuq nies bħal Manuel Delia u Jason Azzopardi, pereżempju." Jinsisti li din hija xibka għalkemm ma jafx min qed jiffinanzjaha. Hu spjega kif issa l-ħsara li kellha ssir saret u semma l-eżempju tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) li sostna illi ġiet Malta tinvestiga għaliex irċiviet ittra mingħand "David Casa u sħabu illi fiha qalu li għandha tkun investigata l-FIAU għax fil-Bank Pilatus għaddej ħasil ta' flus bl-addoċċ." Hu rrimarka illi minkejja li l-EBA ġew Malta sa issa għadhom ma sabu ebda ħasil ta' flus iżda, sostna, sabu nuqqasijiet proċedurali. Insemmilu każijiet oħrajn li għadhom quddiem il-Qorti, inkluż kontra l-Prim Ministru u nies qrib tiegħu. Iżda Scicluna jgħid illi għalissa ma nistgħux nitkellmu ħlief fuq waħda, jiġifieri fuq Egrant. "Ma jfissirx li l-oħrajn bilfors se jkunu l-istess imma ta' Egrant dijabolika kienet, biex tasal tagħmel kalunja daqshekk goffa." Huwa sostna li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista llum minn kollox għadha qed tagħmel biex tinflwenza entitajiet indipendenti u jsemmi l-pressjoni li jgħid illi qed issir fuq il-Moneyval mill-MEP David Casa. Scicluna jakkuża lil Casa b'irresponsabilità. U fl-aħħar ftit tal- intervista nitkellmu dwar l-akkomodazzjoni soċjali. Jgħid illi hu jħoss li l-White Paper li ħabbar il-Gvern u li titratta l-kirjiet privati qed tirregolarizza dak li mhux regolat. Jgħid ukoll illi l-Gvern se jħabbar kif se jaħdem is-sussidju l-ġdid, filwaqt li indika li kirja ma tistax tkun ogħla minn madwar terz ta' kemm il-persuna jew familja għandha dħul. Dak li ppreżenta nhar it-Tnejn li għadda kien is-seba' Baġit ta' Edward Scicluna fil-kariga tiegħu ta' Ministru tal-Finanzi. 'Ninsab kuntent u mhux qed inħares fit-tul...' Lejn l-aħħar tal-intervista l-gazzetta ILLUM staqsietu jekk hux beħsiebu jibqa' fil-kariga u kemm-il Baġit għad irridu naraw preżentat minnu. B'xi ftit ta' sorpiża għal din il-gazzetta stess, din il-mistoqsija kienet milqugħa minn mumenti ta' silenzju u tbissima. Ftit wara iżda Scicluna sostna li jibqax jew le jiddependi minn ħafna affarijiet fosthom is-saħħa, "imma bħalissa ninsab kuntent u jien ma nħarisx daqstant fit-tul." Kieku l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu joffrilu kariga oħra imma, lil hinn minn dak li għandu illum, jaċċetta? "Sta għall-Prim Ministru biex jiddeċiedi. Jiena neħodha kif tiġi u għalkemm kuntent b'li qed nagħmel meta ġew opportunitajiet ikkonsultajt mal-familja u mxejt 'il quddiem." Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018