Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Aħbarijiet Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum karta mal- bieb li tgħid li l-Pulizija jinsab fuq ronda. Madanakollu tkellimna wkoll ma' residenti Xagħrin li qalulna li l-għassa rari tkun miftuħa. Sakemm domna hemm, il- Pulizija baqa' ma tfaċċax. Imma hemm bżonn għassa f 'kull raħal? Intant, il-mistoqsija li għamilna referenza għaliha aktar 'il fuq staqsejnieha lil wieħed mir-residenti Għawdxin li tkellem magħna. Imma Għawdex għandu bżonn għassa f 'kull lokalità? "Jiena żgur inħossni aktar sigur, anke għax f 'xi ħin dawn se joħorġu jduru mat-toroq għar-ronda," wieġeb mingħajr tlaqliq. Kompla jgħid li matul is-sena kollha, b'mod partikolari fix-xhur tas-sajf, il-farmhouses imferrxa madwar il-gżira jkunu mimlija turisti u Maltin u kif wieħed jistenna, l-istorbju ma jonqosx. "Għalfejn għandna nċemplu l-għassa tar-Rabat, meta għandu jkollna Pulizija fil- komunità tagħna? Allura biex nitfgħu l-Pulizija għassa ma' xi merħla nagħaġ għandna u biex nitfħu l-għases le?" Madanakollu, innota wkoll li ħafna mill-għases ma tantx huma attrezzati tajjeb u ma jagħtix tort lil dawk il-Pulizija li ma jkunux iridu joqogħdu fihom. 'Ma għadek tista' tafda xejn…id-droga mqassma fil-pjazez' Sors ieħor saħaq li fl-aħħar snin saret in-normalità li l-għases f 'Għawdex ikunu magħluqa u dan meta, fi kliemu, hemm bżonn aktar infurzar fil- lokalitajiet. Irrefera għall-fatt li f 'Għawdex, meta kkumparat ma' Malta, il-kirjiet għadhom baxxi. "F'Għawdex issib tikri bi €350," u dan, fi kliemu, qed iwassal għal realtà ġdida fejn "ċertu nies bi problem soċjali qed jiġu Għawdex…ma għadek tista' tafda xejn." "Il-firxa tad-droga f 'Għawdex qed tiżdied minn ġurnata għall- oħra. Tara d-droga tiġi mqassma fil-pjazez," u għalhekk kompla ma' dak li qal is-sors l-ieħor meta insista li apparti l-għassa fil-lokalitajiet jeħtieġ jiżdiedu r-rondi. "L-għassa u r-ronda huma kumplimentari!" 'Il-preżenza tal-Pulizija tagħmel differenza kbira' Din il-gazzetta tkellmet ukoll mas-Sindku tal- Għarb, David Apap Agius, li anke hu insista li l-preżenza tal-Pulizija fil-lokalitajiet Għawdxin naqset fi żmien meta l-aktar li hemm bżonnha. Mistoqsi kemm ilha tkun magħluqa l-għassa, Apap Agius qal li għal dawn l-aħħar sitt snin rari kienet miftuħa, minkejja li l-Kunsill Lokali lmentakemm-il darba. "Il-preżenza tal-Pulizija tagħmel ħafna differenza," saħaq is-Sindku. Resident għalfejn għandu joqgħod imur ir-Rabat biex jagħmel rapport?" Mistoqsi jekk jaħsibx li l-problema hija nuqqas ta' Pulizija, is-Sindku saħaq li jaf ħafna Pulizija Għawdxin, ħafna minnhom żgħar fl-età, li qed jintbagħtu jaħdmu f 'Malta. Insista li jekk f 'Għawdex hemm bżonn aktar Pulizija, dawn għandhom jibqgħu u jaħdmu f 'Għawdex. Għal sors ieħor dan mhux dejjem ikun ideali, anke għax fi kliemu "Għawdex huwa żgħir u kulħadd jaf u jiġi minn xulxin." 'Ix-xogħol tagħna żdied… jeħtieġ niżdiedu' Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' rappreżentanti miż-żewġ unjins tal- Pulizija, il-Police Officers Union (POU) u l-Malta Police Association (MPA) li t-tnejn li huma saħqu li l-pressjoni fuq il-Pulizija mhux qiegħda f 'Għawdex biss iżda anke f 'Malta u dan mhux għax hawn nuqqas ta' Pulizija iżda għax il-'full complement' huwa baxx. Preżentament, il-'full complement' (il-massimu ta' kemm għandu jkun hemm Pulizija) huwa dak ta' ftit aktar minn 2,200. Fi kliemhom l-irwoli tal-Pulizija kibru ħafna u għalhekk jeħtieġ li jiżdied. L-Ispettur Robert Vella, is-Segretarju Ġenerali tal-MPA, insista li ż-żieda fil-popolazzjoni wkoll tirrikjedi li l-'full complement' jiżdied aħseb u ara meta qed jiżdied ix-xogħol u n-natura tar- reati. "Jekk nieħdu is-cyber crime, fl-imgħoddi ma kienx komuni jew ma jeżistix, illum dan żdied. L-istess il-frodi u l-korruzzjoni," kompla Vella waqt li spjega li dan ifisser il-bżonn ta' aktar skwadri speċjalizzati u aktar xogħol għall- Pulizija. Fil-fatt, wieħed irid isemmi wkoll li Għawdex, għalkemm huwa meqjus bħala wieħed mid-distretti tal-Pulizija, għandu l-iskwadri tiegħu u ma jiddependix biss fuq dawk minn Malta. Vella saħaq li aktar milli kwistjoni tal-unjins, din hija aktar sfida li għandha tindirizza l-amministrazzjoni tal-Korp. Qal ukoll li hemm ħafna xogħlijiet amministrattivi li jistgħu faċilment isiru minn persuni speċjalizzati u mhux mill-Pulizija. Semmejna t-taqsima tas-CMRU (it-taqsima responsabbli mir- relazzjonjiet pubbliċi) li fi kliem Vella tista' faċilment titmexxa minn ġurnalist professjonali li għandu l-esperjenza u jaf kif għandu jispjega u jirrelata mal-midja. 'Għassa importanti iżda daqstant ieħor ir-rondi' L-Ispettur Sandro Camilleri, il-President tal- POU insista li x-xogħol tal-Pulizija kulma jmur qiegħed jiżdied. Waqt li rrefera b'mod partikolari għal Għawdex, Camilleri saħaq li biżżejjed tħares lejn l-għadd ta' Pulizija li jkollhom jinżlu fit-toroq biex jikkontrollaw il- kjuwijiet għall-vapur, iżda insista wkoll li jekk hemm bżonn jiżdiedu l-Pulizija f 'Għawdex l-istess jgħodd għal Malta. Fi kliemu, għassa miftuħa toffri ċertu sens ta' serenità iżda saħaq li aktar minn hekk jixtieq li l-Pulizija jkunu aktar fit-toroq u jkollhom aktar vetturi żgħar għar-rondi tagħhom. "Nixtieq aktar rondi u aktar interventi mill- ewwel," saħaq Camilleri. "Iżda jeħtieġ naraw ukoll x'jippreferu n-nies." Intant, din il-gazzetta bagħtet sett ta' mistoqsijiet lill-Korp tal-Pulizija u anke lill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, tistaqsi kemm hemm Pulizija stazzjonati f 'Għawdex u kemm minn dawn suppost ikunu 'duty' fl-għases tal-Pulizija. Sal-ħin li morna għall- pubblikazzjoni, dawn il-mistoqsijiet kienu għadhom ma ġewx imwieġba. L-istess mistoqsijiet bgħatniehom ukoll lill- Ministeru għal Għawdex iżda kelliem insista li l-Pulizija ma jaqgħux taħt ir-responsabbilità tal- Ministeru. reati. "Nixtieq aktar rondi għassa f 'Għawdex magħluqa Għases li sibna miftuħa L-Imġarr: 9:15am Ix-Xewkija: 9:45am Ix-Xlendi: 10:30am Ir-Rabat: 12:30pm Għases li sibna magħluqa Is-Sannat: 10:00am L-Għasri: 10:45am L-Għarb: 11:05am San Lawrenz: 11:15am Marsalforn: 11:30am Kerċem: 12:10pm Il-Munxar: 12:20am Iż-Żebbuġ: 12:30pm Ix-Xagħra: 1:45pm In-Nadur: 2:10pm Il-Qala: 2:30pm Għajnsielem: 2:40pm

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018