Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431
23 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 TV/Ċinema Bohemian Rhapsody Films ġodda għal din il-ġimgħa ILĠENERU ta' films tal-biża', twerwir u qtil għaddew minn diversi tibdiliet strutturali matul is-snin. Id-direttur John Carpenter irnexxielu joħloq ambjent ta' vitalità, apprensjoni u kurżità bl-islasher movie tiegħu tal-1978, Halloween. Michael Myers, qattiel gwapp, jimbarka fuq odissea ta' salvaġiżmu u qtil fuq diversi żgħażagħ, fil-lejla ta' Halloween, fil-belt ta' Haddonfield, Illinois, b'Laurie Strode (Curtis) biss jirnexxilha tiskappa mill-qilla tiegħu. Wara li ħarġu ruxxmata ta' sequels li ebda wieħed minnhom ma jħabbatha mal-oriġinal, issa b'Carpenter bħala produttur eżekuttiv, ħareġ il-veru sequel għall-produzzjoni tal-1978, bl-istess isem ta' Halloween. Il-figura indistruttibbli ta' Michael Myers (Nick Castle) liebes il-maskra tas-soltu, wara 40 sena għadu għatxan għad-demm ta' Laurie (Curtis mill-ġdid). Din il-mara ta' età kbira għadha tħoss it- trawma ta' 40 sena ilu, qed tgħix ġo dar fortifikata, qed tistenna li Myers jerġa' jirritorna u hi verament ippreparata biex tiffaċċjah għall-aħħar darba. Meta qed ikun trasportat għall-ħabs ta' sigurtà mill-manikomju fejn kien jinżamm, Myers jaħrab u jerħilha għall-Haddonfield. Fi triqtu lejn Laurie iħalli diversi katavri maqtulin bl-aktar mod kiefer. Halloween jerġa. jaqbad dik is-sensazzjoni ta' biża', waħx u qtil imdemmi, b'final iffullat li ma jħallikx kwiet fuq is-siġġu. Tassew id-direttur David Gordon Green żamm mal-istil ta' Carpenter, li hawn flimkien ma' oħrajn reġa' kkompona l-mużika evokattiva tiegħu li tant sebbħet films diretti minnu. Jamie Lee Curtis (li fil-verità hija Barunessa biż-żwieġ) hija effettiva ħafna. MINNUFIH innotajt li l-bidu tal-film Bohemian Rhapsody jiżvolġi bl-istess manjiera ta' Walk The Line (il-bijografija tal-kantant Johnny Cash) - il- popolari Freddie Mercury, il- frontman tal-grupp Queen, joħroġ mid-dressing room tiegħu u jimxi b'awtorità, bil-mod, għall-aqwa kunċert li qatt taw, l-Live Aid, però qabel jidher fuq il-palk immorru lura f 'Londra tal- 1970, fis-sena li fforma ruħu dan il-grupp. Bohemian Rhapsody jiffoka fuq il-karizmatiku Freddie Mercury (Malek) u r-relazzjoni tiegħu mal- grupp li mexxa għal suċċess enormi. F'din il-produzzjoni nieħdu idea ċara tal-karattru ta' Mercury - bniedem dejjem iffokat li jinsisti, jieħu kontroll ta' kull sitwazzjoni mhux dejjem bir-riżultat li jixtieq, jaf jgħid kliem offensiv, b'nofs tbissima fuqu, iżda mhux ta' qalb ħażina. Flimkien mal-grupp tiegħu li għandhom sehem kbir fil-kjass li ġġenneraw, irnexxielhom joħolqu ħoss mużikali ġdid, b'battuti bis- saqajn u b'Mercury jagħmel atti tal-ġenn fuq il-palk, tant milqugħin tajjeb mill- pubbliku waqt li liebes (anki nofs ilbies) stramb. Wara li sar jaf li hu marid bl-AIDS, il-personalità tiegħu rtabet kif ukoll ir-relazzjoni tiegħu mal-grupp tbiddlet, sakemm fl-1985 taw l-aqwa spettaklu fil-Wembley Arena ppakkjat bis-sħiħ. Għaddew aktar minn 25 sena mill-mewt tiegħu, però li mużika li kkreaw għadha sal-preżent tiggalvanizza lil ħafna. Rami Malek, bi bravura, jinkarna lil dan l-ikona tal-mużika rock, bil-manjieri distinti kollha li Mercury kien jesibixxi u jimmita perfett b'xufftejh il- kanzunetti tiegħu li għadhom ħajjin sal-lum. Bohemian Rhapsody jaġevola l-mużika tal-grupp Queen, b'final ta' spettaklu, però primarjament, jibbaża fuq il-moħħ intelliġenti li ggwidahom. Halloween Atturi Ewlenin: Jamie Lee Curtis; Judy Greer; Andi Matichak; Will Patton; Virginia Gardner. Direttur: David Gordon Green. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 109 min Ċert. 18. GASPAR Noè, imwieled l-Arġentina u residenti fi Franza, hu direttur li l-films tiegħu jogħġbu biss lil dawk ta' stonku qawwi. Ġeneralment, ix-xogħlijiet tiegħu huma mimlija eċċessi ta' vjolenza u brutalità u sess goff. Climax , l-aħħar film li dderieġa forsi ma jmurx fl-estrem daqs il- produzzjonijiet l-oħra, imma t-timbru distint tiegħu hu ovvju mill-bidu sal-aħħar. Lejn nofs is-snin disgħin, 20 żeffiena żgħażagħ minn madwar Franza jingħaqdu flimkien biex jitħarrġu fiż-żfin hip-hop, b'mod enerġetiku eċċessiv, fi skola magħluqa fil-qalbha ta' foresta. Wara, għajjenin mill-movimenti mħarrkin ta' qbiż u dawrien bdew jixxalaw flimkien jixorbu s-sangrija. Ftit ħin wara, dan ix-xorb beda jagħmel tiegħu, meta l-atmosfera nbiddlet minn waħda ta' ferħ, b'atti ta' ġenn, argumenti, ġlied u tgħajjir. Xi ħadd tefa' xi drogi qawwija fix-xorb. Bil-mużika tkompli b'qawwa u tiggalvanizza numru sabiħ minnhom fi stat ta' stordiment, xi wħud minnhom bdew iħossuhom mhux f 'sikkithom, waqt li oħrajn komplew jixxalaw. Is-sitwazzjoni sa filgħodu se tiħrax sewwa, fejn xi ftit huma lesti li jieħdu gost sesswalment. Climax li hu bis-sotto titoli, minkejja li hu xogħol mużikali, hu wkoll wieħed li jmiss il-ġeneru tal-biża'. Bil-kamera spiss movimentata, b'kuluri skuri li jgħajtu, fejn jiddomina l-aħmar skur u b'kurituri nofshom mudlama, din il- produzzjoni tindika vizzjoni infernali. Bħalma f 'Irriversible (2002) l-istorja żvolġiet bil-maqlub, hawn il-kreddti tal-final jidhru fil-bidu, bl-ismijiet tal- atturi kważi fin-nofs u t-titlu fl-aħħar nett. Climax Carmel Bonnici Atturi Ewlenin: Rami Malek; Lucy Boynton; Gwilym Lee; Ben Hardy; Joe Mazzello; Aidan Gillen; Tom Hollander. Direttur: Bryan Singer. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 134 min. Ċert. 12A Atturi Ewlenin: Sofia Boutella; Romain Guillermic; SouheilaYacoub; Giselle Palmer; Sharleen Temple. Direttur: Gaspar Noè. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 95 min. Ċert. 18