Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431
Sports 26 minn Cristian Antony Muscat THE Grid hija wahda mill-akbar avvenimenti sportivi f 'pajjiżna u tattira qrib l-elfejn atleta. In- natura ta' din it-tiġrija tagħmilha unika f 'pajjiżna u sena wara sena qiegħda tattira numru ikbar ta' nies ta' kull età. The Grid hija Obstacle Course Race (OCR) - fi kliem ieħor, tiġrija li apparti li tinkludi ġiri, tinkludi wkoll serje ta' ostakli fiżiċi li jisfidawk minn rasek sa saqajk. Fost oħrajn, xi wħud mill- ostakli jinkludu tixbit ma' containers, monkey bars, tlugħ ma' ħbula jew ħitan, qbiż fil-baħar jew għadajjar kif ukoll ġiri fit-tajn. Ma jonqosx li l-ġiri jkun fuq terran imħarbat u xi kultant tekniku. L-esperjenza u l-isfida li ttik tiġrija bħal din hija kompletament unika. M'hemmx għalfejn tkun espert biex tipparteċipa - anzi l-maġġoranza tal-parteċipanti huma beginners jew dilettanti u jagħmlu t-tiġrija għall-gost u bil-pass tagħhom. Dan l-isport jittestjak fiżikamnent u mentalment. Għal min irid jeħodha bis-serjetà, f 'tiġrija bħal din hemm kategorija kompetittiva li tissejjaħ Elite - fejn il-kompetitiuri jittestjaw l-abiltà tagħhom u jtellqu għall-aqwa ħin. Ryan Farrugia kien ir-rebbieħ tal-aħħar Grid li seħħet fl-20 t'Ottubru. Din kienet ir-raba' rebħa konsekuttiva tiegħu f 'The Grid, u għaldaqstant stabilixxa t-titlu ta' 'unbeatable champion'. Ryan innifsu jaqsam magħna l-ħsibijiet tiegħu f 'din l-intervista. Għidilna xi ħaġa dwarek innifsek? Ili nittrejnja u nieħu sehem f 'OCR madwar sentejn, biss però l-bażi sportiva tiegħi ġejja mill- atletika. Ilni nittrejnja l-atletika madwar erba' snin fejn ta' sikwit nikkompeti f 'tiġrijiet lokali u anki internazzjonali, kemm fit-triq, fit-trakka kif ukoll trail. It-taħriġ huwa ta' kuljum - xi drabi anke darbtejn kuljum, fejn flimkien mal-kowċ infassal pjan ta' taħriġ li jirrifletti it-target races li jkunu ġejjin. Il-konsistenza fit-taħriġ kif ukoll il-volum huma tnejn mill- ingredjenti l-aktar importanti biex il- prestazzjoni tkun ta' livell għoli. X'tikkummenta rigward dan ir-raba' suċċess konsekuttiv li ksibt? Għadni s'issa bilkemm irrid nemmen. Ħarġitli prestazzjoni kif xtaqt, fejn mill-ewwel sekonda mat- tluq sa dak il-mument finali li taqsam il-finish line, kollox ħariġli kif immaġinajt. Fit- taħriġ kont pratikkajt ħafna ostakli simili ta' dawk li jkollna fit- tiġrija. Il-fatt li pparteċipajt f ' edizzjonijiet ta' The Grid passati għenni biex nikseb esperjenza u tagħrif dwar it- tip ta' ostakli li jkun hemm fit-tiġrija kif ukoll kif l-aħjar taqbiżhom bl-aktar mod veloċi. Il-build-up għat- tiġrija kien taħlita ta' ansjetà u eċitament - tiġrija bħal din trid teħodha bl-akbar serjetà għax tittestjak min x'hiex int vera magħmul. L-ostakli kollha wieħed wara l-ieħor iżarmawk fiżikament speċjalment jekk tkun qed tagħmilha 'all out'. Barra minnhekk, trid tieħu ħsieb saħħtek u tara li tillendja tajjeb fil-qbiż li tinvolvi ħalli tevita l-injuries. Finalment, is- sodisfazzjoni huwa indeskrivibli. Is-sensazzjoni ta' rebħa huwa sabiħ wisq, u nirringrazzja 'l Alla tas- saħħa li għandi. Li tirbaħ waħda hija possibli għal kull min lest jeħodha bis-serjetà, imma li żżomm il- momentum ta' rebħ sena wara sena jirrikjedi ħafna preparazzjoni u konsistenza fit- taħriġ. Wara kull suċċess hemm sensiela ta' nies u sponsors li lkoll jiffurmaw parti mis- suċċess li ksibt, b'mod speċjali l-familjari u ħbieb, il-kowċ Ivan Rozhnov, Teamsport Malta li jipprovduli żraben u ħwejjeġ speċifiċi għal dat-tip ta' sport, Reflex Total Fitness għat-tagħrif professjnali tagħhom, Garmin Malta kif ukoll Phonerefix. Napprezza s-sapport kollu li nsib mill- komunità tal-atleti f 'Malta. Kif timmaniġġja pressjoni għax qabel tellieqa tkun mistenni li se terġa' tirbaħ? Ikolli nammetti li l-ikbar ostaklu ta' din it-tiġrija ma kinux l-ostakli innifishom, imma l- pressjoni li tfajt fuqi nnifsi qabel it-tiġrija. Hija n-natura ta' kull sportiv kompetittiv li jipprova jirbaħ u sintendi l-objettiv tiegħi kien li nimmira għal rebħa oħra. Meta ntellaq, kulma nibda nara huwa l-aħjar possibli. Għalija t-tieni pożizzjoni - minkejja li huwa tajjeb ħafna - inqisha bħala l-ewwel tellief ta' wara rebbieħ u għaldaqstant mhux tajjeb biżżejjed. Madankollu, nispiċċa noħloq ħafna pressjoni fuqi nnifsi biex nipperformja b'eċċellenza u b' perfezzjoni mingħajr ma nħalli lok għal żbalji. Imma bħal kollox fil-ħajja, ma tistax tirbaħ dejjem u żbalji nagħmlu wkoll. Ix-xorti kienet miegħi did darba u d-destin tani opportunità biex nerġa' nduq it-togħma tar-rebħa. Xi tħoss li hi l-akbar qawwa tiegħek? L-aktar ħaġa li nammira fija hija r-ras iebsa. Fi kliem ieħor, ir-rieda u d-determinazzjoni biex nilħaq fejn nixtieq. It- tragwardi tiegħi huma li nkun kompetittitv fuq livell internazzjonali u għaldaqstant it-taħriġ flimkien ma' sagrifiċċji kollha li tinvolvi lifestyle t'atleta nagħmilhom minn qalbi u bi skop li xi darba nilħaq fejn nixtieq. Minn dawn l-erba' grids li rbaħt, hemm xi waħda li tibqa' tiftakar iktar mill- oħrajn? Iva, bla dubju kienet l-ewwel waħda li rbaħt. Apparti li kienet l-ewwel unur, il-pjan tat-tiġrija ma kienx marli kif xtaqt. Lejn l-aħħar tat-tiġrija meta kelli vantaġġ komdu fuq it-tieni u t-tielet pożizzjoni, ħadt żball u qbadt triq b'oħra. Domt ma ndunajt li kont mitluf minn fuq ir- rotta tat-tiġrija, u sakemm erġajt dort lura minn fejn ġejt u erġajt sibt ir-rotta kont tlift erba' pożizzjonijiet. F'dak il-mument ħassejt kollox jintilef quddiem għajnejja - kelli vantaġġ f ' idejja u tliftha. Għall-mument bejn b'dispjaċir u frustrazzjoni, ċedejt u bdejt naħsibha biex nieqaf. Biss però wara ftit il-fighting spirit irritorna bi ħruxija, u għedt lili nnifsi li jekk vera rrid inkun champion, nirsisti iktar minn qatt qabel u ndur lura biex nilħaq lil min għaddieni - ma kontx se nħalli dan l-iżball jiswieni ċ-ċans tar-rebħa. Ħassejt enerġija u saħħa barranija u wieħed wieħed, bdejt inġib lil dawk l-atelti li kienu għaddewni sakemm fl-aħħar fi sprint finish u show spettakolari, irnexxieli nikseb ir-rebħa mal-aħħar ostaklu tat-tiġrija. serjetà għax tittestjak min imma l- pressjoni li tfajt illum Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 Ryan Farrugia jkompli jimpressjona... jirbaħ The Grid għar-raba' sena konsekuttiva