Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

Sports 27 Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum Iħalli l-lasti tal-Futbol u jimpressjona bejn dawk tal-Waterpolo minn Cristian Antony Muscat JURGEN Micallef - goalkeeper tal-ogħla livell fil-waterpolo lokali li jilgħab ma' Marsaskala ASC u li fl-aħħar staġun kien strumentali beix huma jirbħu n-Knock-Out. Ta' min wieħed jirrimarka li l-istess Micallef fil-passat kien jilgħab il-futbol ma' Floriana FC, iżda mbagħad iddeċiedali jibda avventura ġdida fil-waterpolo fejn qed jimpressjona bil-kbir. F'dan l-artiklu se nkunu qed insiru nafuh aħjar. "Ta' madwar seba' snin bdejt nilgħab il-futbol. Li nkun goalkeeper kienet għażla naturali għalija għax jien u ħija l-kbir konna noqgħodu nilagħbu ta' 'Oli e Benji' id- dar u hu. Dejjem moħħu biex jixxuttja u jiskorja u allura jrid ikun hemm xi ħadd fil-lasta, mhux hekk u minn dejjem lgħabt għat-tim tal-Floriana ħlief, ironikament ,meta ddebbutajt Premier ta' 17-il sena ma' Marsaxlokk fl-istaġun2005/06 - żmien Andrè Schembri , Cleaven Frendo, Kevin 'Viper' Sammut , Stephen Wellman , Carlo Mamo, Jamie Pace u oħrajn. Fl-2008/09 għint lill-Birgu jiksbu l-promozzjoni għall- Premier. Ta' 18-il sena ġejt mgħajjat mat-tim nazzjonali tal-U/21 mill-kowċis Roger Camilleri u Mark Miller. Ma' Roger Camilleri tgħallimt ħafna u bdejt nagħmel progress kbir fil-lasti . Man- Nazzjonal tal-U/21 dejjem żammejt posti bħala riserva ta' Henry Bonello sakemm fi Frar tal-2011 sofrejt injury kerha ħafna f 'irkoppti (thorn Cruciate + damaged cartridge ) waqt li kont qed nilgħab fil-I.A.S.C f 'isem Floriana Ajax. F'sena għamilt żewġ operazzjonijiet hawn Malta u waħda barra minn xtutna u ġimgħat twal ta' fiżjo-terapija iżda kien kollu għalxejn . Wara konsultazzjoni mal- kirurgu li operani, ġejt issuġġerit li ntemm il-futbol għall-ġid ta' saħħti. Ġara iżda li jien, xi drabi kont ninżel nagħmel it- terapija fin-Neptunes pool. Kien ikun hemm xi eks plejers jgħaddu ftit żmien u ġurnata minnhom staqsejthom biex nidħol fil-lasti. Fosthom kien hemm Ġużi l-Ors li ssuġġerixxa lil missieri li ninżel nilgħab il-waterpolo . Niftakar li missieri kellem lil Joseph 'il-Lolu' u qallu biex immur nipprova ma' Ta' Xbiex għax Mario, ħu Joseph , kien il-kowċ ta' Ta' Xbiex. Għalkemm iffirmjat mill- ewwel ma' Ta' Xbiex, ġietni opportunità biex immur b'self ma' Otters, għax dak iż-żmien kien hemm John Paris bħala player/coach u wera fiduċja fija. Insomma, bdejt insegwi l-logħob u nittrenja b'dedikazzjoni biex nitgħallem kemm niflaħ u fl- istess sena rnexxielna nitilgu fil-finali tan-KO. Il-futbol għadni nimmissjah kuljum, speċjalment it-trejning u wisq iktar l-ambjent tad-dressing room. Iżda l-waterpolo huwa ħafna aktar ta' sfida u dik togħġobni ħafna fih. Xogħol il-goalkeeper fil-futbol u fil-waterpolo huwa bażikament l-istess - li twaqqaf il-ballun milli jidħol fix-xibka. Li nsib kuntrastanti hu li fil- waterpolo, iktar hemm iċ-ċans li turi l-abilitajiet tiegħek meta jkollok difiża b'saħħitha, għall-kuntrarju tal-futbol fejn f 'ħafna drabi, meta jkun hemm difiża ftit dgħajfa, il-goalkeeper ikun jista' joħroġ l-aħjar tiegħu. U fil-waterpolo, il-goalkeeper ikun ħafna aktar attiv milli fil-futbol għax kull 30 sekonda trid tkun lest għall- azzjoni mentri fil-futbol kapaċi jkollok tliet azzjonijiet f 'logħba . Jien bniedem li nħobb ħafna l-isport u dak li jidher tqil u diffiċli, f 'għajnejja narah bħala motivazzjoni għal sfida li nkun irrid negħleb. Fil-futbol tittrejnja biex tkun ħafif, fil-waterpolo tittrejnja biex tkun b'saħħtek . Imma jekk titfa' t-tnejn fuq miżien, naħseb li l-waterpolo huwa ħafna aktar diffiċli mill- futbol. Nixtieq minn hawn ngħid grazzi kbira lill-kowċ Pierre Borg tal-fiduċja li wera fija mill-bidu tal-istaġun. Poġġejna fuq mejda fl- ewwel ġurnata tal-pre- season u spjegali kif kien ser jgħinni biex nitjieb. Fassalli programm ta' ġimgħat ta' trejning intensiv. Beda l-istaġun u ma' kull logħba li għaddiet, bdejt inħossni ħafna aktar komdu u b'saħħti fil-lasti. Kif dejjem tgħallimt: "Meta plejer jagħmel żball, ikoprieh il-goalkeeper, iżda meta goalkeeper jagħmel żball, tkoprieh ix-xibka!" Huwa importanti li tkun lest għal-logħob mentalment daqskemm tkun lest fiżikalment u qatt ma ppreparajt ruħi tajjeb daqskemm kont preparat għall-finali tan-KO. Il-finali kien mument sabiħ ħafna għalija u għalkemm dejjem ippruvajt nagħti l-mija fil-mija, inħoss li din kienet l-aħjar prestazzjoni tiegħi kemm ilni nilgħab waterpolo u mertu tal-kollettività tal-plejers sħabi u l-captain tagħna Duncan Cassar li dejjem jaħdem biex jarana magħqudin bħala familja. Inħoss li dakinhar konna superjuri għal Birżebbuġa f 'kull dipartiment. Mat-tisfira finali l-ewwel ħaġa li ħsibt kienet l-uġiegħ ta' qalb li ħassejt fil- konsultazzjoni mal-kirurgu meta qalli biex nieqaf mill- futbol u kemm din kienet diffiċli għalija biex inniżżilha. Kien mument diffiċli ħafna għalija speċjalment wara dik it-tbatija kollha li tkun għaddejt minnha biex terġa' tibda tilgħab. U mbagħad tlaqt ngħum lejn is-sapporters u l-President tagħna, Aaron Simpson, u tlajt mill-ilma biex nirringrazzjahom tas- sapport kontinwu li tawna. Qatt s'issa ma lgħabt logħba quddiem dik il-folla li kien hemm dakinhar fil-finali. Kien hemm atmosfera sabiħa mmens! Iż-żmien ta' ċelebrazzjonijiet għadda u issa jeħtieġ li nibda niffoka fuq l-istaġun li jmiss. Is-sena li għaddiet kienet sena tranżitorja għall-klabb u f 'qasir żmien irnexxielna niksbu unur mistħoqq u nispera li nkomplu nibnu fuq din is-sena. Il-ħolma tiegħi hi li nikkompeti fl- ogħla diviżjoni. Xejn mhu ser jaqtagħli qalbi milli niġri wara l-ħolm tiegħi. Nagħlaq billi nirringrazzja minn qalbi lil sħabi u l-familjari kollha tiegħi tas-sapport speċjalment lill-mara tiegħi Whitney tas-sagrifiċċji li tagħmel għalija biex jien inkun nista' nkompli għaddej bl-isport." Ritratt - Dominic Borg Jurgen Micallef jiddefendi bi stil il-lasti ta' Marsaskala ASC

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018