Illum previous editions

ILLUM 28 October 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- waterpolo? Niftakar li kont ġejt lura mill- Awstralja meta kelli 10 snin. Missieri kien Xlukkajr u kienet xi ħaġa naturali li niġu noqogħdu proprju f 'Marsaxlokk. Niftakar li darba kont qiegħed ix-xatt bil-kopp fil-baħar. Kien ġie fuq il-president ta' dak iż-żmien ta' Marsaxlokk Waterpolo Club Saviour Vella u kien proponieli li nilgħab magħhom. Issa jien qatt ma kont missejt ballun tal-waterpolo u ftit kont naf b'dan l-isport. Iżda b'xi mod jew ieħor kont dħalt nilgħab u minn hemm qatt ma ħarist lura. Kemm domt tilgħab ma' Marsaxlokk u x'tiftakar dwar dawn l-esperjenzi? Ifhem kont għadni żgħir meta bdejt u kien ta' 14-il sena li kont nifforma parti integrali mit-tim taż-żgħażagħ. Ta' 18-il sena lgħabt mat-tim tal-kbar u kont irbaħt il-kampjonat tat-tieni diviżjoni darbtejn. Kont ħadt ukoll il-kompetizzjoni Knock-Out u l-kampjonat. Bħala tim tlajna wkoll fil- kampjonat Premier l-istaġun ta' wara. Kont lgħabt ftit f 'dak il-perjodu iżda kelli nieqaf zoptu minħabba li kont weġġajt. Fl-1993 kont ingħaqadt ma' Ta' Xbiex ASC fejn kellna lil Charles Mock bħala kowċ. Imbagħad lgħabt ma' diversi timijiet oħra sa ma rtirajt minn din il-logħba u rġajt ingħaqadt ma' Marsaxlokk fejn din id-darba kont involut fil-kumitat ta' Marsaxlokk. Eventwalment ilħaqt ukoll il-president tal-klabb. X'tippreferi l-aktar plejer jew president? Jien naħseb li plejer aħjar għax tkun tista' tilgħab filwaqt li bħala president għandek uġigħ ta' ras ta' amministrazzjoni. Kemm kienet diffiċli d-deċiżjoni li tneħħu lil Roman Polacik bħala kowċ meta tqis li kellkom staġun ta' tlugħ u nżul? It-tim ma rajtux li ngrana matul l-istaġun li għadda, bdilna ħafna plejers u għalkemm kellna elementi li ġew mill-kampjonat Premier u minn timijiet oħra ma rajtx li kien hemm sinerġija u nħolqot problema. Ippruvajna nirranġaw iżda bdejna nindunaw li kien hemm nuqqas ta' komunikazzjoni ma' Roman tant li l-plejers ma kinux jafu xi jrid minnhom il-kowċ. B'hekk kellna naslu bi ftehim miegħu li nwaqqfuh mill-kariga u għamilna dan b'mod ta' ħbiberija. Minfloku ħtarna lil Joe Cremona fit-tmexxija tat-tim u t-tim inbidel mil-lejl għan-nhar. Semmejt li waqqaftu l-kuntratt ta' Polacik b'mod amikevoli. Xorta baqa' dak l-element ta' kollaborazzjoni? Iva, għax Roman huwa bniedem umli u kien hu stess li qalli li aħjar ikun hemm bidla għall-ġid tal- klabb. Fil-fatt hu baqa' jgħinna anke bl-organizazzjoni ta' training camps u fil-fatt mistennija mmorru s-Slovakkja u l-Ungerija sabiex nitħarrġu hemmhekk. Semmejna lil Joe Cremona. M'hemmx dubju li dan il-kowċ biddel it-tim mil-lejl għan-nhar. X'ġara imma eżatt? Aħna ħsibna li jekk kien hemm problema ridna nirranġawha qabel ma jkun tard wisq. Joe kien jaf x'inhi l-problema u kif għedtlek Roman Polacik ma bediex iwassal dak li ried lill-plejers tiegħu anke minħabba problema ta' lingwa. Imma mbagħad ħallejna warajna dak li għadda u ffukajna biex naraw kif ser nerġgħu niġu lura. Dan għamilnieh bl-aħjar mod tant li Joe kien kapaċi jrebbaħna tazza lejn il-klabb. Din ma kinitx l-ewwel darba li għamel hekk minħabba l-esperjenza kbira li għandu. U t-tazza kienet iċ-ċirasa fuq il-kejk ta' staġun stramb li spiċċa bl- aħjar mod possibbli. Nitkellmu dwar il-barrani li kellkom Norbert Hozniansky. Naħseb li għal bidu stennejtu aktar minnu għalkemm fil-finali tal-istaġun sploda b'gowls importanti... Iva m'hemmx dubju li Norbert kien deċiżiv fl-aħħar erba' logħbiet li lgħabna tal-play-offs. Kien qed jagħmel xogħlu mill-aħjar li jista'. Huwa skorja erba' gowls li rriżultaw deċiżivi. Rigward jekk stennejtx iktar mingħandu jew le, tajjeb li ngħidu li hu kien immarkat strettament u kien diffiċli għalih li jesprimi l-logħob tipiku tiegħu. Fl-aħħar mill-aħħar l-importanti li għamel dak li kellu jagħmel. Taqbel mar-regola taż-żewġ barranin? Le, bħala klabb ma naqblux ma' din ir-regola. Veru li jgħinu ħafna speċjalment bl-esperjenza li għandhom iżda fl-aħħar mill-aħħar dawn ikunu qed jieħdu post plejer Malti. Klabb żgħir bħal tagħna għandu baġit ristrett u kulħadd jaf kemm plejer barrani fih ċerti spejjeż bħal vjaġġar, assigurazzjoni, post fejn joqgħod u x'naf jien. Għalina naraha li tkun pressjoni żejda bħala klabb li jkollok żewġ barranin. Allura għaliex ma nġiebx mal-ewwel il-barrani Hosnianszky? Fil-verità hu kellu xi logħbiet mal-klabb oriġinali tiegħu u ried jilgħabhom qabel ma' jiġi hawn. Wara kellu ġimgħa fejn kellu joqgħod mal- familja tiegħu u għalhekk sakemm kien disponibbli, kellna nġibu barrani ieħor. Iżda x'taħseb li kienet il-problema maġġuri tagħkom apparti l-kowċ? Ifhem hemm diversi raġunijiet. Konna għadna kemm rbaħna żewġ kampjonati fuq xulxin u kulħadd stenna xi ħaġa mingħandna. Biex tgħaxxaqha ma ħadniex sehem fil- kampjonati tax-xitwa u dan swielna ħażin. Għaliex ma ħadtux sehem f 'dan il- kampjonat? Ħafna saqsewlna din il-mistoqsija. Biex inkun għedtlek kollox ma kellniex plejers ta' isem u ma tistax tilgħab kampjonat b'disa' plejers biss. Fil-fatt normalment ħafna timijiet ikollhom madwar 17-il plejer fil-kampjonat tax-xitwa. U għalhekk iddeċidejna li ma niħdux sehem jekk ma konniex ser inkunu kompluti bħala skwadra. Intom bħala klabb ma kontux qbiltu mal-idea tal-play-offs għalkemm tajjeb li ngħidu li ġiet favurikom. Ifhem kulħadd kien jaf li l-format tal-play-offs taf tiġik tajba u taf tiġik ħażina. Għall-bidu ħsibna li kienet ser tiswielna ta' detriment. Kollox ġara bil-kontra hekk kif ingranajna fl-aħħar u fil-play-offs wasalna biex irbaħna t-tazza. Rigward il-finali tal-kompetizzjoni Knock-Out, kellek xi rimorsi li ma kontux qegħdin hemm? Ifhem dak iż-żmien kellna ħafna problemi anke fid-dressing room. Kellna ċerti plejers li konna qed nistennew aktar mingħandhom u dawn spiċċaw taw wirjiet ħżiena. Għamilna ħafna żbalji banali li swewlna qares. Wara kollox dawn huma affarijiet li jiġru lil kulħadd. Nimmaġina li l-ħolma tiegħek hi li tistabilixxi ruħek fil-kampjonat Premier hux hekk? Hemm qabża kbira bejn il-kampjonat Premier u l-ewwel diviżjoni. Anke finanzjarjament trid tkun sod. Aħna qed naħdmu fuq dan il-proġett u nirringrazzja lill-isponsors li jgħinuna għax allaħares ma jkunux huma. Ser naħdmu għas-sena d-dieħla bħala kumitat peress li l-kampjonat ser ikollu format differenti. Kemm kontu ser tagħtu sfida lil timijiet oħra li qegħdin fil-Premier bħala Marsaxlokk ASC? Ifhem kif għedtlek hemm differenza kbira bejn iż-żewġ kategoriji. Nemmen li nistgħu nagħtu sfida lil Valletta u Exiles iżda mill-bqija hemm baħar jaqsam bejna Neptunes, Sliema u San Ġiljan. Rigward is-sena d-dieħla hemm xi plejers li huma xi ftit kbar fl-età li għadhom qed jikkunsidraw jilagħbux jew le. Dawn il-plejers għadhom utli għat-tim. Biss biss insemmilek lil Gialanze li qisu l-inbid, iktar ma jikber iktar jitjieb. Iż-żmien però hemm qiegħed u għandna bżonn indaħħlu demm ġdid fit-tim. Rajtek ferm emozzjonat fl-aħħar finali kontra Birżebbuġa. Iva, kollu kemm hu. Dak il-ħin bdejt nara kollox ġej kontrina. Mhux xi ħaġa sabiħa li jitkeċċa l-kowċ minn fuq il-bank. Jien nagħmel ħafna sagrifiċċji għal dan il-klabb u bilfors tkun emozzjonat. Kuntent bil-kontroll tar-referis? Ifhem m'għandix xi ngerger mid- deċiżjonijiet tar-referis. Ikun hemm deċiżjonijiet li jiġu favurik, oħrajn kontrik. Kultant nipprotestaw veru iżda mhux faċli tirreffja logħba waterpolo. F'Malta għandna pool żgħir ta' referis u għalhekk ikollna nġibu l-barranin. Għalhekk għandna nibqgħu għar-referis tajbin li għandna. Kemm int kuntent bl-infrastruttura li għandkom? Għandna proġett għaddej il-ħin kollu. Kellna problema fuq is-sit u 'Ir-rebħ tal-Kampjonat kien iċ-ċirasa fuq il-kejk ta' Cristian Antony Muscat Victor Fenech - president ta' Marsaxalokk u li jaħdem qatigħ għal dan il-klabb min-Nofsinhar ta' Malta li -istaġun li għadda rebaħ il-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Waterpolo. "It-tim ma rajtux li ngrana matul l-istaġun li għadda, bdilna ħafna plejers u għalkemm kellna elementi li ġew mill-kampjonat Premier u minn timijiet oħra ma rajtx li kien hemm sinerġija u nħolqot problema. Ippruvajna nirranġaw iżda bdejna nindunaw li kien hemm nuqqas ta' komunikazzjoni ma' Roman tant li l-plejers ma kinux jafu xi jrid minnhom il-kowċ."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 28 October 2018