Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431
Sports 31 Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 | illum l-loġistika minħabba li ser tinbena breakwater. Sibna sit fuq l-istess post u l-Gvern kommess li ser jgħinna. Ħdimna fuq il-pjanti u kellimna perit. Issa qed nistennew l-aħħar irtokki forsi jkollna infrastruttura aħjar. Taqbel miegħi li l-logħbiet tal-ewwel diviżjoni jintlagħbu f 'ħin xi ftit kmieni? Iva naqbel miegħek mija fil-mija. Ix-xemx mhux tajba fil-ħin tal-erbgħa u nofs speċjalment ir-raġġi li jkunu għadhom qawwija. Il-plejers igorru ħafna fuq din il-problema b'mod partikolari l-membri tal-bank tar- riservi fejn ibatu ħafna mis-sħana. Naħseb li wara ż-żmien li jsir xi tinda jew umbrella kbira sabiex nipproteġu ruħna mix-xemx. Naf li barra l-waterpolo intom għandkom ukoll tim tal-għawm hux hekk? Iva s-sena l-oħra introduċejna l-kunċett tal-għawm fil-klabb tagħna. Ġibna kowċ Rumen li qed jgħinna ħafna. Għandna tim ta' għaxar għawwiema li b'xorti tajba kabbarnieh għal tnax. L-għawwiema kollha għandhom entużjażmu kbir u rnexxielna anke nikkompetu u nġibu midalji. Kollha jagħmlu sagrifiċċji kbar sabiex jaraw li jgħollu l-livell tagħhom. Kellna suċċess kbir fl-iskola tas-sajf din is-sena u l-kowċ Lara Camilleri kienet dedikata biex tara li dawn it-tfal jieħdu pjaċir. Organizzajna b'suċċess ukoll ġurnata ta' tindif sabiex inqajmu kuxjenza favur l-ambjent u tista' taħseb kemm ġbarna skart mill-baħar. Int tħobb ukoll togħdos hux hekk? Iva nħobb ħafna ngħum iżda anke nogħdos. B'hekk naħseb li nasal ngħid li l-baħar huwa parti minn ħajti. Għandkom nursery tal-waterpolo? Le s'issa m'għandniex għalkemm il- ħsieb hemm qiegħed. Ser inkunu qed naħdmu fuqha filwaqt li nġibu kowċ li kapaċi jmexxi din l-iskola. Wara kollox l-isport prinċipali tagħna hu l-waterpolo u għalhekk bix-xieraq li jkollna nursery tal-klabb. Semmejt in-nursery. Kemm hu importanti li tipproduċu plejers prodotti tagħkom? Dik hija x-xewqa tagħna. Bħalissa qed niffukaw ukoll fuq l-iskola tal-għawm tagħna fejn ikollna tfal jitħarrġu magħna. Il-post fejn nitħarrġu tibqa' l-problema tagħna. Trid issib lane biex tibbukjaha għax faċli tittieħed. Minkejja li għandna pixxina viċin tagħna f 'Birżebbuġa, din mhux imsaħħna u għalhekk ma tistax tintuża fix-xitwa. Nemmen li pass pass nistgħu naslu għalkemm trid ħafna perseveranza. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ u ringrazzjamenti lil dawk kollha li ngħinukom. L-ewwel u qabel kollox nixtieq nirringrazzja lill-isponsors Brown u b'mod partikolari lil Alexander Fenech li jgħinna ħanfa. Aħna villaġġ żgħir u minkejja kollox rnexxielna nagħmlu suċċess. Huwa għalhekk li nixtieq li jkollna aktar partitarji jħeġġu lill- plejers tagħna. Bl-għaqda u l-għajnuna ta' kulħadd nistgħu nkomplu nikbru. ta' staġun stramb li spiċċa bl-aħjar mod possibbli' "Aħna ħsibna li jekk kien hemm problema ridna nirranġawha qabel ma jkun tard wisq. Joe Cremona kien jaf x'inhi l-problema u Roman Polacik ma bediex iwassal dak li ried lill-plejers tiegħu anke minħabba problema ta' lingwa. Imma mbagħad ħallejna warajna dak li għadda u ffukajna biex naraw kif ser nerġgħu niġu lura." Huwa l-president ta' Marsaxalokk u li jaħdem qatigħ għal dan il-klabb min-Nofsinhar ta' Malta li -istaġun li għadda rebaħ il-Kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni tal-Waterpolo. Fil-passat kien ukoll plejer tal-waterpolo. Għandu għal qalbu wkoll l-għawm fejn iħobb imur jogħdos b'mod regolari speċjalment s-sajf. VICTOR FENECH Ritratt: James Bianchi