Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1044431
10 illum | Il-Ħadd 28 ta' Ottubru 2018 Aħbarijiet ILPRIVATEZZA saret xi ħaġa li kulħadd jiġġieled għaliha u jgħożżha bħala waħda mid-drittijiet fundamentali tiegħu, anke jekk fl-istess nifs kulħadd iperreċ ir-ritratti ta' fejn qiegħed, x'qed jiekol, x'film qed jara jew tat- tapit ġdid li xtara għas- salott, fuq Facebook u Instagram. Id-diskussjoni dwar id-dritt tal-privatezza reġgħet qamet hekk kif fil-Baġit għas-sena d-dieħla, il-Gvern ħabbar li, "wara konsultazzjoni," f 'Paceville se tkun installata t-teknoloġija magħrufa bħala "facial recognition" bl-għan li tissaħħaħ is- sigurtà. Il-Marsa hija fost lokalitajiet oħra (li l-Baġit ma jsemmix) fejn qed ikun ikkunsidrat li tiġi introdotta din it-teknoloġija. Wieħed jistaqsi, mhux diġà jeżistu kameras tas-sigurtà f 'dawn il- lokalitajiet? Iva hekk hu, iżda din it-teknoloġija hija aktar avvanzata għax, fi kliem sempliċi, din mhux sempliċiment turik filmat ta' persuni li kienu f 'post partikolari f 'ħin preċiż, iżda tidentifika wkoll lil dawk li jidhru fil-filmat. Ġieli tellajt ritratt fuq Facebook u awtomatikament għaraft l-uċuh li jidhru fih? Bażikament din is-sistema tagħmel l-istess. Wiċċ ikun skenjat b'sistema biometrika li tagħraf il-wiċċ u tidentifika l-persuna. 'Irid ikun hemm qafas legali bis-salvagwardji fil-liġi' Dwar din il-proposta, il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' David Cauchi, Head of Compliance, tal-Kummissarjat għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad- Data li saħaq li qabel tkun introdotta din it- teknoloġija, irid ikun hemm qafas legal bis-salvagwardji fil-liġi. Fid-diskors tal- Baġit, il-Gvern ukoll saħaq dwar dan u assigura li se jiġu mħarsa d-drittijiet umani. Mistoqsi jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-Kummissarjat, Cauchi qal li kien hemm taħdidiet mal-Gvern meta l-kwistjoni kienet qamet l-ewwel darba f 'Diċembru tas-sena li għaddiet, madanakollu insista li għadha fi stadju bikri u ma kien hemm xejn konkret. Minkejja dan, waqt id-diskors tal-Baġit, il- Ministru Scicluna qal ukoll li fl-aħħar xhur kienet għaddejja ħidma biex ġie installat l-apparat neċessarju f 'data centre għal użu fuq bażi esperimentali u li preżentament l-apparat "qiegħed jintuża f 'ambjent mhux pubbliku u f 'rispett sħiħ tal-liġijiet tal-privatezza billi jiġu użati l-aħjar prattiċi internazzjonali." "Ma nafux daqshekk biżżejjed dwar kif il-Gvern irid jimplimentaha," saħaq Cauchi waqt li appella biex isir studju sewwa u jkunu indirizzati r-riskji kollha li se jkun hemm għall- privatezza. Fost dawn, Cauchi staqsa jekk hux se jkun hemm 'database' disponibbli biss għall-Pulizija. "X'se taqbad? Se taqbad lil kulħadd? X'se jiġri b'dik id-data? Se jkun hemm blurring?" Apparti minn hekk semma wkoll tħassib li jitqajjem ukoll f 'rapporti dwar it-teknoloġija tas-'self recognition,' fosthom meta t-teknoloġija, abbażi ta' xebh, tidentifika l-persuna żbaljata, jew inkella dak li jissejjaħ bħala 'false positives.' 'Jeħtieġ bilanċ bejn is- sigurtà u l-privatezza' Min-naħa tiegħu, l-Avukat Malcom Mifsud qal ma' din il-gazzetta, li filwaqt li t-teknoloġija tista' sservi ta' detterent, importanti li jinħoloq bilanċ bejn is-sigurtà u l-privatezza tal-persuni li jinzertaw jiġu identifikati fil-filmat. Mifsud spjega kif il- Liġi dwar il-Protezzjoni tad-Data tgħid iswed fuq l-abjad kif l-Att ma għandux japplika għall- ipproċessar ta' dik id-data personali li l-awtoritajiet kompetenti, bħall-Pulizija, ikollhom bżonn jużaw għall-fini tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali u l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali u anke jekk l-istess data tkun kruċjali għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà pubblika." Madanakollu fakkar ukoll f 'Avviż Legali li daħal fis- seħħ f 'Mejju li għadda bl- għan li jiddaħħlu fis-seħħ l-obbligi taħt id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea, magħrufa aħjar bħala l-GDPR (2016/679) u regoli oħra Ewropej (2016/680) dwar il-protezzjoni ta' persuni innoċenti fl- ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet f 'każijiet kriminali. Fil-fatt, taħt il-GDPR, dik magħrufa bħala 'Facial biometric data,' diġà hija meqjusa bħala kategorija speċjali ta' data. "Tista' tintuża b'mod ħażin jekk…" Malcom Mifsud saħaq dwar l-importanza li l-konsultazzjoni li wiegħed il-Gvern tispjega x'tip ta' teknoloġija se tkun qed tintuża u kif se tkun ipproċessata l-informazzjoni miġbura. "Tista' tintuża b'mod ħażin," saħaq Mifsud jekk ma jkunx hemm salvagwardji dwar kif se tintuża u għand min se tkun din l-informazzjoni. ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Kamera li taf kollox dwarek? Kontu tafu li fi l-Baġit il-Gvern ħabbar li f 'Paceville u 'l quddiem f 'postijiet oħra, se tkun introdotta sistema aktar sofi stikata ta' CCTV li tagħrfek u tkun taf id-dettalji personali tiegħek? X'taħseb dwarha? L-ILLUM tistaqsi u tagħti ħarsa lejn x'ġara f 'pajjiżi oħra fl - aħħar xhur?