Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662
7 Aħbarijiet Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum Awtomatika jew l-għażla tiegħek? Angela Attard Fenech hija lukandiera u responsabbli ta' żewġ lukandi ewlenin, waħda f 'San Ġiljan u oħra fil-Qawra. Mal- ILLUM Attard Fenech tinsisti illi assolutament ħadd m'għandu jkun imġiegħel jagħmel xejn. "Min irid jissieħeb ma' unjin għandu jissieħeb, l-impjegatur m'għandu qatt jagħmel ħajjet il-ħaddiem diffiċli għax jissieħeb f 'unjin u bl-istess mod ħadd m'għandu jobbliga persuna ssir membru ta' unjin." Hija qalet illi ħafna mill- impjegati tal-lukandi li tmexxi fil-fatt huma msieħba f 'unjin u hi ma ssib ebda problema. 'Ħadd m'għandu jobbligak tissieħeb' – Lukandiera Philip Fenech huwa intraprenditur kif ukoll President tal-General Retailers' and Traders Union (GRTU). Fenech sostna li l-Gvern jaqbillu illi jitkellem ma' organizzazzjoni milli ma' individwi. "Ġeneralment dak li tħoss persuna waħda qed iħossuha persuni oħrajn fuq il-post tax- xogħol u allura l-unjin jew aħna qed nifhmu l-problema u din qed inwassluha bl-aħjar mod lill- Gvern." Imma ħaddiem jew negozjant m'għandux ikun liberu li jagħżel jekk jisseħibx ma' unjin? Tistaqsi din il-gazzetta. "Imma waħdek inti bla saħħa. Dan apparti li inti għandek min qed jiġi għal- laqgħat u qed jipparteċipa għall- bidliet, filwaqt li ħaddieħor mhu qed jagħmel xejn u qed igawdi l-benefiċċji wkoll," sostna Fenech. Huwa jinsisti li miżura bħal din, għalkemm il-Prim Ministru fil- fatt ma speċifikax, hija aktar għal kumpaniji kbar b'menatlità aktar korporattiva mhux għal dawk in-negozji żgħar fejn teżisti ħafna iktar il-familjarità. 'Waħdek bla saħħa' – Intraprenditur u President tal-GRTU Henry Battistino huwa sid ta' fabbrika żgħira fil-Marsa. Din il-gazzetta tistaqsih x'jaħseb dwar il-proposta ta' sħubija f 'unjin. Bħal dak li jgħid Philip Fenech mal-ILLUM, Battistino jinsisti li din il-miżura hija iktar għal kumpaniji kbar u mhux dawk żgħar bħal dawk li jmexxi hu. "Ejja ma naħarbux mill-vera kwistjoni hawnhekk. Il-vera kwistjoni hija l-paga u kif din se tiżdied biex tilħaq il-medja Ewropea," sostna Battistino. 'Il-vera kwistjoni hija l-paga' – Sid ta' fabbrika L-eks Segretarju Ġenerali tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM) Gejtu Vella qal illi dan id-dibattitu ilu jqum minn żmien għal żmien. Vella qal illi l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO) tgħid ċar illi sħubija ma' unjin għandha tkun l-għażla tal-ħaddiem u għandha tkun għażla libera. Vella fakkar ukoll kif Malta rratifikat din il-konvenzjoni li tħalli lil kull persuna f 'libertà assoluta li jiddeċiedi jekk għandux ikun membru ta' unjin jew le. "Naħseb illi jekk iġġiegħel lil persuna tissieħeb ma' organizzazzjoni tkun qed tikser id-dritt fundamentali tal- individwu ," sostna Vella mal-ILLUM. "Li tinkoraġġixxi lill-ħaddiem jissieħeb ma' unjin, iva. Imma li bilfors, naħseb inkunu qed ngħaġġlu." L-ILLUM staqsiet lil Vella x'jaħseb dwar dawk li jgawdu, minn ftehim kollettiv, anke jekk ma jkunux membri ta' unjin, punt li tqajjem minn Catania u Fenech (ara kaxxi separati). Hu sostna illi xorta jibqa' jinsisti li l-unjins għandhom jibqgħu jħarju lill-ħaddiema jissieħbu mal-unjin, billi juru kemm hi importanti l-preżenza ta' unjin fuq il-post tax-xogħol, fis-settur u fuq bażi nazzjonali. Vella temm jgħid illi huwa importanti li jkunu identifikati dawk l-impjegaturi u s-sidien li jagħmluha diffiċli li ħaddiem isir membru ta' unjin u jittieħdu miżuri fil-konfront tagħhom. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll ma' Reginald Fava, sid ta' katina ta' ħwienet tal-farmaċija. "Nemmen ħafna fil-libertà tal- individwu u allura l-impożizzjoni jiena kontriha," sostna Fava filwaqt li qal ukoll illi fil- fatt miżura ta' din it-tip hija diżinċentiv. "Ladarba l-unjin se tkun ċerta li se jkollha membri ġodda l-inċentiv biex titjieb se jonqos, mhux se jkollha dak l-interess li taħdem tant għax tkun taf li dejjem se jkollha membri." "Għalhekk jiena naqbel," ikkonkluda Fava, "li kulħadd għandu jkun liberu jiddeċiedi hu." 'Naħseb inkunu qed niksru d-drittijiet tal-individwu' – Eks trejd unjonista