Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662
9 Aħbarijiet Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum tgħidilhom li sejjer il-gym' Vakanza KOORDINATUR TA' PROĠETT (Permess ta' Jobsplus Nru: 582/2018) Bħala parti mill-proġett 820451 Prepare the Ground for Economic Independence, inħolqot vakanza għall-pożizzjoni ta' Koordinatur ta' Proġett, fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal- Ugwaljanza (NCPE). Din il-pożizzjoni tingħata b'kuntratt definit fuq bażi full-time (li jiskadi f'Awwissu 2020) fejn il-persuna magħżula tkun responsabbli ta' għadd ta' attivitajiet relatati mal-proġett, fosthom: - li ġġorr responsabbilità sħiħa tal-ippjanar, koordinazzjoni, implimentazzjoni u amministrazzjoni tal- proġett mill-bidu sat-tmiem tiegħu; - li tkun responsabbli għall-iskrutinju finanzjarju ta' kull pagament, procurement u monitoraġġ tal- proġett; u - li żżomm kuntatt mas-service providers u li tassigura li x-xogħol jitlesta fil-ħin u jkun ta' livell għoli. Il-Koordinatur ta' Proġett għandu/ha jkollu/ha: Jew lawrja post-graduate (Masters) relevanti; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' sena esperjenza f'xogħol relevanti f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Jew first degree; jew kwalifika rikonoxxuta xierqa komparabbli flimkien ma' 3 snin esperjenza f'xogħol relevanti, fejn sena minnhom trid tkun f'xogħol f'immaniġġjar ta' proġett tal-UE Il-kandidati għandhom ikollhom degree f'wieħed minn dawn is-suġġetti: Soċjoloġija / Psikoloġija / Antropoloġija / Public Policy / Social Policy / Kummerċ / Liġi / Studji Ewropej / Komunikazzjoni / Studji Internazzjonali / Social Work. Il-kandidati għandhom ikollhom ħila li jaħdmu f'tim, ikollhom għarfien tajjeb tal-qasam tal-ugwaljanza, ikunu jafu jużaw sew il-kompjuter u kapaċi jużaw sew l- applikazzjonijiet kollha tal-Microsoft Office. Huwa essenzjali li l-kandidati jkollhom kapaċitajiet tajba ta' komunikazzjoni, inkluż kitba eċċellenti tal-Malti u tal-Ingliż. Esperjenza / għarfien fl-Accounts, Management u Kuntratti Pubbliċi tal-Gvern huma meqjusa bħala vantaġġ. Dawk kollha interessati għandhom jibagħtu l-ittra tagħhom, flimkien ma' CV dettaljat, lid-Direttur Eżekuttiv tal-NCPE sa mhux aktar tard minn nhar l-Ġimgħa 16 ta' Novembru 2018. Applikazzjonijiet li jaslu wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. NCPE Dar Gattard, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda ĦMR 9010 Tel: 2295 7850 E-mail: equality@gov.mt Web: www.equality.gov.mt Programm Drittijiet, Ugwaljanza u Ċittadinanza (2014-2020) Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja Rata ta' ko-finanzjament: 80% fondi Ewropej; 20% fondi Nazzjonali is-suċċess, ir-rikonoxximent għal xogħolhom mhux dejjem kien apprezzat. "Niftakar li għal xi żmien, lanqas konna eliġibbli biex nintgħażlu bħala sportivi tas-sena, għaliex għal xi wħud aħna ma konniex sportivi", sostna Buttigieg. "Bodybuilders bħali, Harold Bonsfield, Mike Pace u oħrajn konna mmorru barra minn Malta u niksbu l-unuri. Eżempju, Harold Bonsfield fl-1974, ikklassifika fir-raba' post fil-kampjonat tad-dinji tal- middle weight, sena wara fl- 1975 jiena kklassifikajt fis- sitt post fil-kampjonat dinji tal-1975," spjega Buttigieg. Interessanti wkoll il-fatt li fl-1977, Buttigieg kien rebaħ l-ewwel midalja tal-bronż għal Malta f 'livell għoli tal- kampjonat Ewropew. 'L-għan tagħna qatt ma kien li nagħmlu negozju' Intant is-Segretarju Ġenerali tal-kumitat tal- klabb Marco Farrugia, saħaq ma' din il- gazzetta li "l-mudell tal-operat tal- klabb tagħhom qatt ma kien wieħed li kellu l-għan li jagħmel xi kemxa flus iżda li joħloq aktar kuxjenza dwar l-importanza tal-kultura fiżika fil-pajjiż." Farrugia tkellem ukoll fuq in-nuqqas ta' finanzi li skontu, ħafna drabi joħolqu sitwazzjonijiet diffiċli immens għalihom. Għalkemm fl-aħħar snin żiedna xi ftit l-apparat, mhux faċli iżżid xi affarijiet ġodda. Hawnhekk il- membri jħallsu €10 fix- xahar, illum jekk tmur tara film iċ-ċinema wkoll tonfoq aktar," irrimarka Farrugia. Apparti minn hekk, Farrugia saħaq li hawnhekk il-kultura tal-gym hi differenti ferm minn oħrajn, fejn l-importanza ma tingħatax biss lit- tgħamir iżda anke lill- kultura fiżika. "Hawnhekk issib għajnuna mingħand kulħadd, veterani tal- bodybuidling u fiżika li jkunu tal-ewwel biex jigwidaw lill-dawk il-ġodda kif ukoll hawn sens ta' komunità uniku," temm jgħid Farrugia. Marco Farrugia Raġel jinstab ħati ta' żewġ serqiet f 'żewġ restorants f 'temp ta' xahar RAĠEL ta' 32 sena ngħata sentenza ta' 18-il xahar ħabs wara illi instab ħati illi seraq minn żewġ ristoranti f 'perjodu ta' inqas minn xahar. Ir-raġel, li huwa ta' nazzjonalità Tuneżina u li jgħix il-Furjana, kien akkużat illi nhar id-29 ta' Settembru fl- 10:00 am seraq madwar €120 fi flus kontanti mir-ristorant 'Patakka' fil-Belt Valletta. Hu kien akkużat ukoll illi seraq handbag ta' mara fir- ristorant Aaron's Kitchen, fil-Belt Valletta wkoll nhar l-1 ta' Novembru. Il-basket tal- mara kien fih ftit flus kontanti u karti ta' kreditu. Ir-raġel, li huwa riċediv, inqabad wara t-tieni serqa. L-Avukat Mark Mifsud Cutajar serva bħala għajnuna legali għall-akkużat filwaqt li l-Ispettur Daryl Borg. .