Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662
15 Aħbarijiet Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum Il-każ kostituzzjonali tal-Panama Papers jista' jkun deċiż mill- Maġistrat Mizzi ILKAŻ kostituzzjonai dwar l-inkjesta 'Panama Papers' jista' jkun deċiż mill-Maġistrat Antonio Mizzi, wara kollox. Dan wara li Mizzi ddeċieda li jsejjaħ seduta dwar il-każ nhar it-8 ta' Novembru, qabel ma fil- fatt jirtira fl-aħħar tax-xahar. Dan ifisser li hemm ċans illi jkun Mizzi illi jiddeċiedi fuq l-appell tal-Prim Ministru, fost oħrajn, dwar l-inkjesta fuq il- każ tal-Panama Papers Dan wara deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali għar-rikuża tal- Maġistrat, liema rikuża ntalbet mill-eks Kap tal-Oppożizzjoni u Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil. Id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali kienet mibdula quddiem il-Qorti tal-Appell. Kien Busuttil li għamel talba biex issir tali inkjesta fuq il-fatt li l-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembru tal-PM fetħu kumpaniji rreġistrati l-Panama. Wara li l-Qorti sabet li kien hemm biżżejjed biex tibda inkjesta, din id-deċiżjoni kienet appellata mill-Prim Ministru, Keith Schembri u Konrad Mizzi flimkien man-negozjanti Brian Tonna, Karl Cini, Malcolm Scerri u Adrian Hillman. L-appell kien skedat li jinstema' minn Mizzi, imma Simon Busuttil fetaħ il-każ kostituzzjonali illi fih talab li ssir ir-rikuża ta' Mizzi minħabba kunflitt potenzjali hekk kif martu hija l-MEP Laburista Marlene Mizzi. Ladarba l-appell tal-Avukat Ġenerali ġie milqugħ, nhar it-8 ta' Novembru jibda jinstema' l-appell. Sparaturi fuq fjaming fl-Għadira - BirdLife tippubblika r-ritratti NHAR il-Ġimgħa, fjaming spiċċa fil- mira ta' xi kaċċaturi waqt li ieħor sparixxa wara li qatgħa ta' tlieta minnhom taret 'il barra mir-riserva tal-Għadira. Ftit minuti wara rritornaw biss tnejn u wieħed minnhom kien jidher ċar li għandu ferita f 'għonqu kkaġunata minn tiri ta' senter. "F'sena li se tibqa' mfakkra bħala l-agħar waħda f 'dawn l-aħħar sitt snin għal dak li għandu x'jaqsam mal-kaċċa illegali ta' tajr protett, dan l-inċident huwa prova tar-realtà kerha li l-kaċċa illegali f 'Malta u Għawdex hija rampanti," sostniet il-BirdLife. Il-Kap Eżekuttiv ta' BirdLife Malta Mark Sultana sostna li huwa ta' qsim il-qalb li tkun taf li nies li qed jingħataw il-privileġġ li joħorġu fil-kampanja bis-snieter ikkargati sabiex jieħdu pjaċir huma qed juru nuqqas ta' rispett lejn is- soċjetà. "Aħna konxji li ħafna kaċċaturi jikkundannaw inċident bħal dan u anke l-kaċċa illegali mifruxa li għaddejja bħalissa, imma wasal iż-żmien li l-lobby tal-kaċċaturi jitnaddaf minn dawn in-nies darba għal dejjem. BirdLife Malta se tkompli taħdem mal- imsieħba kollha fosthom il-Pulizija, il-Gvern u l-kaċċaturi nfushom biex jintlaħaq dan l-għan, waqt li tappella lill-Gvern biex iwaqqaf Wildlife Crime Unit li tkun tista' bis-serjetà tiffoka b'mod esklussiv fuq ir-reati kriminali marbutin man- natura." Il-Maġistrat Antonio Mizzi u l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil Il-fjaming b'ferita f'għonqu fl-Għadira Il-Prim Ministru Joseph Muscat jingħata premju ta' eċċellenza minn Forum Indjana-Ewropea ILPRIM Ministru Joseph Muscat ingħata l-premju ta' eċċellenza mill-Business Forum Indjana-Ewropea għar-riżultati miksuba minn pajjiżna fil-qasam ekonomiku u bħala rikonoxximent tal-ħidma għar-relazzjonijiet u investiment bejn Malta, l-Indja, l-Ewropa u r-Renju Unit. Dan sar waqt okkażjoni fil-House of Lords, fil-Bini tal-Parlament Ingliż f 'Westminster, Londra. Fid-diskors tiegħu, Muscat qal li r-riżultati li kiseb pajjiżna fl-ekonomija ma seħħewx b'kumbinazzjoni iżda seħħew għax kien hemm pjan u viżjoni ċara. Il-Prim Ministru spjega kif minkejja li pajjiżna naqqas it-taxxi sena wara sena, minkejja li ta żieda fil-pensjonijiet għar- raba' darba konsekuttiva, minkejja li żied iċ-children's allowance għall-ewwel darba wara numru ta' snin, pajjiżna xorta waħda rnexxielu jirreġistra surplus. Joseph Muscat semma wkoll kif f 'dak li għandu x'jaqsam ma' dejn, pajjiżna biddel ir-rotta u minn dejn li kien ilaħħaq it-72% tal-Prodott Gross Domestiku, illum il-persentaġġ niżel għal 43% f 'inqas minn seba' snin. Muscat semma wkoll il-qasam tax-xogħol u stqarr li llum f 'Malta hemm prattikament full- employment. Fl-aħħar nett, il-Prim Ministru Joseph Muscat spjega x-xogħol li wettaq u li qed iwettaq pajjiżna fil- qasam tal-blockchain, filwaqt li stqarr li issa l-attenzjoni tal-pajjiż se tkun qed iddur għall-Intelliġenza Artifiċjali. Għal din is-serata kienu preżenti imprendituri ewlenin Indjani, bosta minnhom ibbażati fir-Renju Unit, u li numru minnhom bdew jinvestu f 'pajjiżna jew li għaddejjin f 'taħdidiet biex ikollhom preżenza f 'pajjiżna wara li r-Renju Unit iħalli l-Unjoni Ewropea. Fost il-membri tal-House of Lords preżenti kien hemm il-Ministru għall-Iżvilupp Internazzjonali Michael Bates, Baroness Sandip Verma, Lord Karan Bilimoria, u Lord Raj Loomba. Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, il-Kummissarju Għoli għar-Renju Unit Joseph Cole, iċ-Chairman tal-Brexit Taskforce Joseph Zammit Tabona, il-Kap Eżekuttiv tal-MFSA Joseph Cuschieri, iċ-Chief of Staff Keith Schembri, u l-Kap tal-Kommunikazzjoni Kurt Farrugia.