Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 29 of 31

Sports 30 illum | Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Meta kont żgħir kont nilgħab fl-iskola primarja ma' sħabi. Meta mbagħad kont mort fl-iskola sekondarja Savio College kont nieħu sehem fl-internal league li kien jiġi organizzat. Kont nieħu gost nilgħab f 'dan il-league. Darba kien avviċinani s-sur Charlie Agius magħruf bħala l-Ġinġer u qalli biex immur magħhom. Dak kien il-bidu tal-karriera tal-futbol tiegħi. Lgħabt ma' diversi timijiet mill-Ewwel sat-Tielet Diviżjoni u kont anke nilgħab ma' Malta fil- kategorija ta' taħt l-14 u s-16-il sena. X'tippreferi l-aktar li tkun plejer jew kowċ? Ħa ngħidu hekk jien ma kontx xi plejer li kellu suċċessi kbar. Meta miet missieri jien kelli 14-il sena u mbagħad li ġara kien li l-futbol ma ħadtux biżżejjed bis-serjetà. Kont iktar nilagħbu bħala passatemp u b'hekk forsi qatt ma wasalt li nilgħab fl-ogħla kampjonat Malti. Madankollu l-kariga ta' kowċ minn dejjem kienet taffaxxinani. Jien xtaqt li dak li ma rnexxiliex nagħmel bħala plejer, nagħmlu bħala kowċ. Bdejt bħala plejer-kowċ fil-kampjonat tal-MAFA ma' Mġarr Eagles. Issa int saqsejtni dwar id-differenza bejn plejer u kowċ. Li nista' ngħidlek hu li hemm differenza minħabba li meta int tkun plejers lgħabt u daqshekk filwaqt li l-kowċ ikollu sodisfazzjon iżda wkoll weġgħat. Trid tkun ippreparat bla dubju sal-inqas dettall. Int kont plejer ukoll. Kemm jgħinek dan meta tkun kowċ? Jgħinek ħafna m'hemmx dubju. Jien kont plejer tal-minors tar-Rabat fejn kien hemm Carmel Busuttil. Jien kont għadni żgħir imma kont nammira ħafna lil dan il-plejer. Lil hinn minn dan meta tkun lgħabt bħala plejer u tieħu l-kariga ta' kowċ, tista' tifhem aħjar lill-plejers. Minn hemm imbagħad mort bħala kowċ ma' Żabbar. X'tiftakar minn din l-esperjenza? Xtaqt immur ħafna bħala kowċ ma' Żabbar għax ħassejt li wara ċertu żmien fl-MFA ridt nieħu l-esperjenza xi mkien ieħor. Dak iż-żmien il-kowċ Dusan Fitzel ma kienx ħa gost li ser nitlaq iżda kont determinat u spiċċajt nitrenja lil Ħaż-Żabbar. L-ewwel sena kienet diffiċli minħabba li kienet qed tiġi mplimentata l-backfour u salvajna proprju b'rebħa kontra Marsa. Madankollu kelli l-unur nirbaħ il-kompetizzjoni KO tal-Ewwel Diviżjoni meta rbaħna lil Dingli bl-iskor ta' 2-0. Imbagħad spiċċajt tikkowċja Premier ma' Marsaxlokk. Ifhem kienet esperjenza ftit qarsa dak iż-żmien minħabba li kien hemm inċertezza kbira fil-klabb. Il-president Robert Micallef kien avviċinani u qalli sabiex ningħaqad magħhom u jien aċċettajt. Madankollu f 'dan il-perjodu ta' inċertezza l-president telaq u ħassejt li kelli nwarrab jien ukoll. Għamilt biss erba' xhur hemmhekk. Wara mort ma' Vittoriosa Stars hux hekk? Iva mort mal-Ġirbin proprju wara li ġew relegati. Konna għamilna staġun fl-Ewwel Diviżjoni u rbaħna l-promozzjoni. Niftakar li konna ġejna Premier fir-relegation pool ma' Qormi li kellhom lil Michael Mifsud u Jason Vandelannoite dak iż-żmien. Kienet diffiċli u konna waqajna fil-ġurnata ta' qabel tal-aħħar. Wara kellek esperjenza ma' Naxxar Lions. Iva, dak iż-żmien spiċċajna fir-raba' post fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Sena wara saħansitra għamilna l-qabża minħabba li rbaħna dan il-kampjonat u ovvjament ġejna promossi. Naħseb qatt ma ħdimt għal qalbi daqs kemm ħdimt mal-president Dione Drago, bniedem ta' ċerta integrità u fuq kollox tal-affari tiegħu. Wara erġajt spiċċajt fil-kampjonat Premier ma' Pembroke Athleta. Iva fil-fatt kien kellimni l-president u mill-ewwel qbilna. Il-bidu kien diffiċli għax lanqas plejers ma kien hemm. Niftakar li l-ewwel ġurnata tat-taħriġ kelli biss plejers tal-minors u żewġ barranin. Madankollu sibt l-għajnuna ta' Mario Muscat li kien l-assistent tiegħi u bnejna tim kompetittiv. Konna spiċċajna fit-tmien post tal-kampjonat u semifinalisti tal-FA Trophy. U l-aħħar esperjenza li kellek ma' Żebbuġ Rangers fil-kampjonat Premier? Kont mort ma' Żebbuġ wara li ma bqajtx ma' Pembroke. Meta mort magħhom irnexxieli nsalva lil Żebbuġ mir-relegazzjoni sabiex is-sena ta' wara temmejna l-kampjonat tal- Ewwel Diviżjoni fir-raba' post. Kont xi ftit diżappuntat għax stajna rbaħna l-promozzjoni kieku konna iktar konsistenti. Int għandek lit-tifel, Brandon, li bħalissa qed jilgħab ma' Senglea Athletic. X'emozzjoni tħoss meta tarah jilgħab? Ħa ngħid hekk qabel kont inħoss xi ftit emozzjoni meta narah jilgħab iżda llum il-ġurnata li għandu 24 sena, inħoss li huwa raġel matur u kapaċi jaqdef għal rasu. Meta ġieli lgħabt kontrih jien nitrattah bħala avversarju tiegħi. Wara kollox hu għandu l-karriera tiegħu u jien għandi tiegħi. M'ilux ġejt maħtur bħala kowċ ta' tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena. Sinjal li l-MFA għandha fiduċja fik. Din kienet it-tieni darba li ninsab fiċ- ċentru tekniku tal-MFA. Niftakar li kien kellimni Stephen Grima u pproponieli li nieħu lit-tim ta' taħt id-19-il sena. Jien aċċettajt u pront ftakart fl-esperjenza li kelli meta kont nikkowċja lil Under 14. Kemm tgħallimt minn kowċis passati bħal Horst Heese u Dusan Fitzel? Dak iż-żmien kont għadni ġdid u kont għadni nibda l-karriera tiegħi ta' kowċ. Tgħallimt ħafna minn Heese madankollu l-ideat tal-futbol ħadthom mingħand DusanFitzel. Dan tal-aħħar kien jidħol fid-dettall u janalizza l-logħbiet kif suppost. Jien ġieli kont inkun ħdejh fl-uffiċċju u kien jgħaġġibni kemm kien metodiku fl-istil tiegħu. Issa li għandek it-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena, int tarahom kuljum? Biex inkun għedtlek kollox din il-faxxa ta' tfal kienu ġodda għalija minħabba li jien dejjem mexxejt timijiet tal-kbar. B'hekk tlabt lil Robert Gatt sabiex inżomm in-nukleu ta' plejers ta' Wayne Attard. Wara li għamilt dan kollu, bdejt nidra lil dawn iż-żgħażagħ minħabba li bdejna nitħarrġu fis-sajf. Dawn l-aħħar xahrejn ittrenjajna kuljum bis-Sibt u l-Ħadd b'kollox. Dawn huma tfal ta' 17-il sena li għadhom fl-aqwa ta' żogħżithom. Stajt nara d-determinazzjoni u l-ħeġġa li qed jagħmlu sabiex jiġu għat-taħriġ. Il- fatt li kienu jiġu fil-ħin imlietni b'kuraġġ u fl-iskwadra għandi plejers serji li jagħmlu sagrifiċċji fejn kelli minnhom li kienu jirranġaw il-ħinijiet tax-xogħol. Kien hemm minnhom li l-klabbs kienu jiġu bżonnhom u jien kont nagħtihomlhom jekk verament riduhom. Fil-fatt għandna ftehim ta' kollaborazzjoni mal-klabbs kollha involuti. Minkejja kollox xħin nara din id-dedikazzjoni kollha, l-inkwiet tiegħi huwa jekk dawn l-istess tfal isibux posthom fil-Premier għada pitgħada minħabba r-regola tal-barranin. F'Novembru ser nilagħbu xi partiti mill-UEFA mini-tournament kontra Franza, Belġju u l-Litwanja. Mhux ser ikunu logħbiet faċli. Jekk jiġi klabb jitlob is-servizzi tiegħek bħala kowċ taċċetta? Le, jien ma nistax għax għandi kuntratt mal-MFA. Wara li ħdimt l-A Licence u għamiltu fis-seħħ issa għandi l-pro licence u dan għadni qed nimplimentah. Kemm tkellimt ma' Wayne Attard? Wayne Attard fil-preżent qiegħed l-Amerika. Qabel ma' telaq tani rendikont fuq kull plejer. Imbagħad kelli l-għajnuna ta' Silvio Vella, Charlie Scerri u Noel Turner u dawn għamluhieli aktar faċli sabiex nadatta malajr. Kemm titkellem ma' Silvio Vella u Ray Żażu Farrugia? Bħalissa jien qiegħed kowċ fuq bażi part-time mal-MFA. Nitkellem ħafna maż-Żażu fi sfond ta' ħbiberija u jagħtini ħafna pariri. Hu talabni wkoll xi plejers ta' taħt id-19-il sena biex jitrenjaw mal- kbar. It-tfal kienu onorati li qed jaħdmu mal-ewwel skwadra tat-tim nazzjonali. Int għandek it-tim nazzjonali ta' taħt id-19-il sena. Jiġi żmien fejn dawn it-tfal jintilfu. X'jiġri? Hemm ħafna fatturi li qegħdin iwasslu għal dan kollu. L-ewwel u qabel kollox qed isibu l-bibien magħluqin. Qed isibuha diffiċli bl-introduzzjoni ta' seba' barranin fil-Premier. U jekk ma tilgħabx tibda tikber il-frustrazzjoni u għalhekk jiġu mislufin lil xi klabb ieħor ta' diviżjoni inferjuri. U awtomatikament il- motivazzjoni tonqos. Dawn iż-żgħażagħ kollha jixtiequ jilagħbu fil-Premier u jkun unur għalihom jekk jasal dan il-pass. Issa fl-antik meta ma kienx hawn dawn il-barranin kollha, huma kienu jilagħbu. L-uniku plejer li lagħab żewġ logħbiet b'mod regolari kien Alex Satariano ta' St Andrews. M'hemmx dubju li jekk iridu jgħollu l-livell iridu jilagħbu iżjed. X'taħseb dwar il-proposta tal-11-il barrani fil-kampjonat Premier? Fil-verità għandi riżervi kbar fuqha. Jien nara li qed ikun hawn egoiżmu mingħand kulħadd. M'aħniex naħsbu x'inhu l-aħjar għal futbol Malti iżda x'inhu l-aħjar għall-klabb tiegħi u daqshekk. Nafu li huwa l-president li qed idaħħal idu fil-but u jsostni lill-klabb. Iżda mbagħad ma nistgħux nagħlqu l-bieb lil tifel ta' 18-il sena li għandu l-potenzjal u jixtieq jilgħab. Issa jekk xi darba dan mar ħażin allura ma ntihx ċans ieħor? Anke tilgħab ma' Malta sar diffiċli wisq illum il-ġurnata. Kif tarah lil Robert Gatt u lil Ray Żażu 'Irridu napprezzaw ix-xogħol li qed isir minn Cristian Antony Muscat Winston Muscat - kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt id-19-il sena li kontinwament jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tal-futbol lokali, speċjalment permezz tal-esperjenza wiesgħa li jippossjedi l-kowċing. "Jien jiddispjaċini ħafna meta t-tim Malti jitlef. Jien nifhem li l-pubbliku jikkritika u jsaqsi l-mistoqsijiet wara t-telfa kontra l-Gżejjer Faroe madankollu nista' nassigurak li l-ebda persuna fl-MFA ma tieħu gost titlef. Hemm lok għal iktar titjib m'hemmx dubju iżda kulħadd qed jagħmel il-parti tiegħu."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018