Illum previous editions

ILLUM 4 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1047662

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 04 ta' Novembru 2018 | illum Farrugia? Robert Gatt huwa bniedem ġenwin ħafna u nqisu bħala r-rolemodel tiegħi. Miegħu nitkellem ta' spiss fuq diversi suġġetti li jikkonċernaw il-futbol Malti. Ma' Ray Farrugia għandi relazzjoni tajba ħafna u l-bniedem jimmotivak ħafna biex taħdem. Nerġgħu mmorru fuq is-suġġett tal- plejers barranin. Taħseb li dawn li qed jiġu huma aħjar mill-Maltin? Ħa ngħidlek meta kien ikollna tliet barranin, dawn kienu jkunu ta' ċertu kalibru. Illum kull klabb għandu seba' barranin. Iżda kemm għandhom minnhom li huma tajbin? Kemm huma ta' livell? Qed jgħollu l-futbol Malti? Jekk nagħmlu ftit il-kalkoli tagħna qisu hawn madwar 96 plejer barrani fil-Premier. Nemmen li nofshom daqs il-livell tal- plejers Maltin jew inqas. Mhuwiex sigriet li jekk aħna rridu nitjiebu rridu jkollna plejers Maltin jilagħbu barra. X'taħseb? Din hija waħda mill-punti li rridu nitjiebu fuqha. Naħseb li wkoll qed inħossu li l-maġġor parti taż-żgħażagħ li tingħatalhom opportunità mhux qed ikunu lesti għal din l-avventura. Mhux lesti joħorġu minn dik il-ħaġa msejħa comfort zone. Jien iżda nissuġġerixxi xi ħaġa oħra. Għax ma narawx kif nagħmlu u l-plejers li huma l-krema tal-futbol Malti nitrenjawhom u nħarrġuhom fl-MFA? Nieħdu ħsiebhom u nindukrawhom mill-aħjar li nistgħu. Biżżejjed? Le iżda niftakru li pajjiżi oħra kienu bħalna u ġew aħjar minna. X'ser nagħmlu? Irridu naħsbu għalija din il-biċċa tax-xogħol. Semmejt il-comfort zone. Kif tispjega l-fatt li plejers li jmorru barra minn Malta jirritornaw wara tliet ġimgħat għax iħossu n-nuqqas ta' pajjiżna? L-MFA toffri għajnuna psikoloġika? Fiċ-ċentru tekniku tal-MFA hemm psikologi iżda aħna għandna l-kultura tagħna. Il-Maltin jinvestu ħafna fl- edukazzjoni u t-tir tal-ġenituri hu li jgħallmu kemm jista' jkun skola lil uliedhom sabiex isibu xogħol tajjeb. Minnha nnifisha mhix xi ħaġa ħażina. Għax ngħiduha kif inhi hawn Malta m'hawnx riżorsi għal dawk il-plejers li jkunu ser jispiċċaw il-karriera tagħhom fil-futbol. Imbagħad x'ser tagħmel? Barra minn Malta tista' tilħaq skawt, kowċ jew inkella kummentatur tekniku fuq it-televiżjoni. Hawnhekk limitati ħafna. U l-introjtu mill-futbol huwa bażiku biss. Għalhekk ma trid tagħti tort lil ħadd. Taqbel mal-idea ta' 14-il tim fil- Premier? Le ma tantx naqbel. Veru li ser ikun hemm opportunità li klabb u plejers jitilgħu darba fl-ogħla kampjonat Malti iżda l-livell ser jonqos minħabba li huwa mifrux bejn ħafna. Hawn min jgħid li l-futbol Malti marid. Taqbel ma' din l-opinjoni? Ma nistgħux ngħidu hekk. Irridu naddattaw. Irridu nsibu u naraw x'nagħmlu jekk ħa tgħaddi din tal-11-il barrani. Għallinqas nippruvaw nieħdu t-tajjeb minnha. Tara li hemm differenza fil-livell bejn it-timijiet ta' fuq tal-Premier u dawk tal-faxxa t'isfel? Kif ġie l-kampjonat bħalissa fil-faxxa t'isfel hemm l-aħħar ħames timijiet li kapaċi kienu l-aħjar tal-Ewwel Diviżjoni. Minkejja kollox illum jekk iġġib seba' barranin tajbin tista' anke timmira lejn il-faxxa tan-nofs. U taħseb li hemm differenza bejn il- Premier u l-Ewwel Diviżjoni? Hemm differenza mhux ħażin. Kull klabb meta jitla' bilfors irid isaħħaħ l-iskwadra. Diġà hemm differenza fil-barranin minħabba li fl-Ewwel Diviżjoni jista' jkollok tlieta filwaqt li fil-Premier hemm sebgħa. Issa nafu li xi plejers Maltin li mhux qed isibu posthom fl-ogħla kampjonat Malti qed imorru fl-Ewwel Diviżjoni. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar it- training grounds li għandna f 'Ta' Qali? Nemmen li għal hawn Malta għandna fejn nitjiebu f 'dan il-qasam. Insibu problemi fejn nitrenjaw minħabba li hemm diversi skwadri Under 13, Under 15, Under 17, Under 19, Under 21 u t-tfajliet. Sakemm ma jkunx hemm it- tim nazzjonali wkoll. Dawn it-training grounds mhux biżżejjed biex tlaħħaq għall-ammont ta' nies li jużawhom. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek lin-nies sabiex jiġu jagħtu s-sapport lit-tim nazzjonali Malti. Jien jiddispjaċini ħafna meta t-tim Malti jitlef. Jien nifhem li l-pubbliku jikkritika u jsaqsi l-mistoqsijiet wara t-telfa kontra l-Gżejjer Faroe. Madankollu nista' nassigurak li l-ebda persuna fl-MFA ma jieħu gost jitlef. Irridu napprezzaw ix-xogħol li qed isir minn wara l-kwinti u li ma jidhirx u dan kollu sabiex il-futbol Malti jitjieb. Hemm lok għal iktar titjib m'hemmx dubju. Iżda kulħadd qed jagħmel il- parti tiegħu. minn wara l-kwinti sabiex il-futbol Malti jitjieb' "Dawn huma tfal ta' 17-il sena li għadhom fl-aqwa ta' żogħżithom. Iżda stajt nara d-determinazzjoni u l-ħeġġa li qed jagħmlu sabiex jiġu għat-taħriġ. Il-fatt li kienu jiġu fil-ħin imlietni b'kuraġġ u fl-iskwadra għandi plejers serji li jagħmlu sagrifiċċji fejn kelli minnhom li kienu jirranġaw il-ħinijiet tax-xogħol." Huwa l-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta' taħt id- 19-il sena. Jaħdem qatigħ għall-akbar ġid tal-futbol lokali, speċjalment permezz tal-esperjenza wiesgħa li jippossjedi l-kowċing. Fil-passat mexxa wkoll lil Marsaxlokk, Naxxar Lions, Żebbuġ Rangers, Żabbar St Patrick, Vitto- riosa Stars u Pembroke Athleta bħala kowċ. Lagħab ukoll ma' diversi timijiet mill-Ewwel sat- Tielet Diviżjoni u kien anke jilgħab ma' Malta l- kategorija ta' taħt l-14 u s-16-il sena. WINSTON MUSCAT Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 4 November 2018