Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 Aħbarijiet illum | Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 7 • 17 • 16 • 65 • 45 43 • 64 • 46 Tlugħ Nru. 749 Royal Pharmacy, 271, Triq ir- Repubblika, Valletta Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Guzepp, Ħamrun St. George's Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Qormi St. Paul's Pharmacy, Triq Brared, Birkirkara Pharmaland Dispensers, 5, Tagliaferro Mansions,Triq il-Principessa Margerita, Ta' Xbiex St. Julians Pharmacy, 25, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Sliema Il-Meħrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, Iklin St. Joseph Pharmacy, 1, Triq iz-Zakak, Mosta Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar Brown's Pharmacy, 45, Paola Hill, Paola Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kottonera, Birgu Milia's Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka (previously "San Tumas Pharmacy"), Marsascala Pompei Pharmacy, 28, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Qrendi Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS (previously "Make Over Pharmacy"), Mtarfa Batu Pharmacy, 38, Triq Palma, Victoria Tony's Pharmacy, Triq il-Qbajjar, Marsalforn Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 22˚Ċ L-INQAS: 18˚Ċ TEMP: Ġeneralment pjuttost imsaħħab b'ħalbiet iżolati tax-xita, li jistgħu jsiru bir-ragħad, bil- buffuri tar-riħ u bis-silġ kultant VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax- xita RIĦ: Lbiċ forza 3 għal 4 BAĦAR Qawwi li jsir moderat għal qawwimoderat L-OGĦLA: 21˚Ċ L-INQAS: 14˚Ċ TEMP: Imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita, lokalment bir-ragħad, bil-buffuri tar-riħ u bis-silġ f'xi waqtiet, li jsir ftit jew wisq imsaħħab b'xi ħalbiet iżolati tax-xita VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fix-xita RIĦ: Lvant għax-Xlokk forza 4 għal 5 BAĦAR Moderat għal qawwi lokalment qawwi li jsir qawwi 77 rekluta jieħdu l-ġurament tal-ħatra ta' kuntistabbli fil- Korp tal-Pulizija Espressjonijiet ta' Interess: Sejħa għal Proposti għall-Kiri ta' Propjetajiet f'Għawdex Id-Direttur Ġenerali (Operat) fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex tgħarraf li ser tilqa' espressjonijiet ta' interess magħluqin u immarkati: EOI/A1118; EOI/B1118; EOI/C1118 - Espressjoni ta' Interess: Sejħa għal Proposti għal Kiri ta' Propjeta f'Għawdex fil-kaxxa tal-offerti fil-Procurement Unit, fil-Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex sa mhux aktar tard mill-10.00 ta' filgħodu tal-Ġimgħa 7 ta' Diċembru 2018. Dawk interessati jistgħu jiksbu kopji tad-dokumenti tal-Espressjonijiet ta' Interess minn fuq il-website tal-Ministeru għal Għawdex mgoz.gov.mt jew permezz ta' e-mail fuq procurement.mgoz@gov.mt. MINISTERU GĦAL GĦAWDEX 77 rekluta bdew karriera ġdida wara li llum ħadu l-ġurament tal-ħatra bħala kuntistabbli fil-Korp tal- Pulizija. 60 raġel u 17-il mara temmew b'suċċess kors ta' 17-il ġimgħa fejn ingħataw taħriġ fiżiku u akkademiku fuq, fost oħrajn, suġġetti relatati ma' liġijiet, drittijiet fundamentali u etika; regolamenti u policies; investigazzjonijiet relatati ma' xeni kriminali; għarfien tat-traffiku; għarfien fuq reati tematiċi bħal cybercrime u kriminalità ekonomika; għarfien fuq vjolenza domestika, traffikar uman, u l-funzjoni ta' pulizija komunitarja. Ir-rekluta Justin Debono rċieva l-premju bħala l-aktar li ddistingwa ruħu matul il-kors ta' taħriġ kif ukoll ġie t-tieni fil-prattika, filwaqt li r-rekluta Odin Cutajar ġie l-ewwel fil-prattika. Ir-rekluta Rita Scerri ġiet l-ewwel fis- suġġetti akkademiċi, filwaqt li r-rekluta Dorianne Gatt ġiet it-tieni. Il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia u l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar ippresedew waqt iċ-ċerimonja. Il-Ministru Michael Farrugia qal li huwa ta' sodisfazzjon kbir għalih li 77 rekluta se jieħdu l-ġurament tal-ħatra bħala kuntistabbli fil-Korp. Huwa ħeġġiġhom sabiex ikomplu jitħarrġu fil-fiżika u fis-suġġetti akkademiċi sabiex javvanzaw fil-karriera tagħhom u eventwalment jitilgħu fl-ogħla livelli fil-Korp tal-Pulizija. "Intom l-ewwel reklutaġġ li dħaltu fil-Korp wara li ftit tal-ġimgħat ilu ġie magħluq il-ftehim settorali, li jimmarka pass ieħor 'il quddiem fi ħdan il-Korp. Għandkom id-dritt li tiġu rrapreżentati minn unions li jkomplu jtejbu l-kundizzjonijiet tagħkom. Mexjin bil-pjan li nkompli ntejbu l-faċilitajiet fl-għases. Ħa nkunu qed nużaw il- faċilitajiet tat-teknoloġija tal- informatika sabiex inkomplu navvanzaw u nimxu maż- żminijiet tal-lum." Il-Ministru Michael Farrugia kompla jgħid li flimkien mal-Kummissarju u mal-Kap Eżekuttiv qed jaħdem biex ikun hemm numru hotline fl-għases tal-Pulizija sabiex persuni jkunu jistgħu jagħmlu r-rapporti tagħhom f 'każ li ma jkun hemm ħadd fl- għases. Il-Ministru Michael Farrugia faħħar lill-Korp tal-Pulizija għas-suċċessi li kisbu fl- aħħar xhur fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Huwa saħaq li meta jiġi mqabbel Jannar-Settembru 2016 mal-istess perjodu tas-sena 2018, ir-rata tal- kriminalità f 'pajjiżna naqset b'18%. Huwa saħaq li trid tkompli l-ħidma sabiex ikun hemm iktar Pulizija fit-toroq. Il-ministru ferħilhom u inkoraġġihom sabiex jibqgħu sodi u jkomplu jaħdmu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-Kummissarju Cutajar qal li jinsab onorat u sodisfatt li l-Korp ħa jissaħħaħ b'iktar preżenza tal-Pulizija fil-komunità, kif ukoll se jissaħħu l-branki speċjalizzati bħal ma hi t-taqsima ta' kontra l-frodi u l-ħasil tal- flus. Il-Kummissarju qal li jemmen li ħafna minnhom se jkollhom suċċess fil-karriera tagħhom u assigurahom li l-opportunitajiet mhux ħa jonqsu. Il-Kummissarju qal ukoll li dan hu l-ewwel grupp li daħal fil-Korp tal-Pulizija wara li ġie ffirmat il-ftehim kollettiv li ġab miegħu benefiċċji kbar lill-Pulizija. Huwa awguralhom ukoll l-akbar suċċess. Fid-diskors għall-okkażjoni, ir-rekluta Justin Debono irringrazzja lill-Kummissarju u lill-Kmandant tal- Akkademja f 'isem ir-rekluti kollha. Ir-rekluta Debono qal li l-każ tal-kuntistabbli Schembri jservi bħala spirazzjoni għall-membri kollha tal-Korp. Huwa għalaq id-diskors tiegħu billi qal lir-rekluti sħabu biex ma jaqtgħux qalbhom għax l-għan tagħhom hu li jservu lill-poplu.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018