Illum previous editions

ILLUM 11 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1050746

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Sports 31 Il-Ħadd 11 ta' Novembru 2018 | illum Ewropew. Iva, veru u l-aspettativi dak iż-żmien kienu li tiddefendi u topera bil- kontrattakki. Illum il-ġurnata mhux l-istess. Niftakar ħafna l-partita li Malta lagħbet mat-Turkija u spiċċajna fi dro ta' 2-2. Liema kienet l-iktar logħba memorabbli li lgħabt għal Malta? Niftakar li kontra l-Greċja konna lgħabna logħba memorabbli iżda minkejja kollox spiċċajna fuq in-naħa telliefa fl-aħħar minuti tal-logħba. Dan it-tim kienu għadhom kemm rebħu t-tazza Ewropea u ġew Malta bit-tir li jiksbu rebħa kbira. Niftakar il-logħba kontra l-Ungerija li rbaħna fl-2006 f 'Ta' Qali u r-rebħa away kontra l-Armenja. Jien kelli l-unur ukoll li nilqa' penalty kontra l-Moldova. Taħseb li l-futbol Malti marid? Le, anzi jien narah fi stadju li qed ikompli jikber. Qed naraw id-differenza li nilagħbu ma' plejers iktar ambjentati lejn professjonaliżmu. Hemm ħafna fuqxiex taħdem veru. Illum anke l-ewwel diviżjoni sar miżgħud bi plejers ta' esperjenza anke għax il-kampjonat Malti sar mimli plejers barranin. Naħseb li xi ħadd irid jistudja u jiffoka aktar fuq l-iżvilupp tal-futbol Malti. Kemm taqbel mal-idea ta' 11-il barrani? Din hi domanda xi ftit diffiċli. Jien personalment ma ddejaqnix l-isfida li jkolli ma' gowler barrani. Jekk ikun aħjar minni nista' naċċettaha iżda ma naċċettax li dan ikun daqsi jew inqas minni. Għax kif taf int hawn barranin ta' livell għoli, oħrajn daqs il-Maltin u dawk xi ftit medjokri. Jien meta kont nilgħab barra minn Malta kont inħabbatha ma' min hu aħjar minni. Kien proprju għax emmint fija nnifsi li wasalt fejn wasalt. U dan li jonqos fiż-żgħażagħ tal-lum għax kif immorru barra u jitkaxkru mill-ewwel mewġa, malajr jaqtgħu qalbhom. U tal-11-il barrani tista' tkun stimolu sabiex ikunu aħjar billi jaħdmu u jitħarrġu aktar sabiex iżommu posthom. Kemm int kuntent bil-grawnds li għandna Malta? Ifhem hemm grawnds tajbin bħall-Istadium Nazzjonali u anke c-CentenaryStadium. Madankollu l-Victor Tedesco Stadium tiddejjaq titħarreġ wara l-lasta. Għalkemm aħna rridu ngħidu li għandna l-limitazzjonijiet tagħna u rridu naċċettawhom. Wara kollox jien kburi li jien Malti u kburi b'dak li għandna minkejja ċ-ċokon tagħna bħala pajjiż. Taqbel mal-idea tal-14-il tim? Ifhem ma naqbilx li jkun hemm 14-il tim aktar u aktar meta dawn il-klabbs mhumiex professjonali. Meta qed insemmu kampjonat Premier, suppost ismu miegħu l-aqwa kampjonat tal- pajjiż. Iżda jekk noqogħdu naraw biex verament naslu għal-livell professjonali għandu jkollok ħaddiema full-time mat-tim bħal segretarju, coaching staff, plejers u jkun hemm pjan għan-nursery. Anke min iġib il-liċenzja jrid ikun hemm ċerti kriterji. Importanti li nagħmlu pass 'il quddiem f 'dan ir-rigward jekk verament irridu kampjonat serju u professjonali. Aktar qabel int semmejt il-plejer Malti li jmur jilgħab barra u jiġi lura. Imma x'qed jiġri eżatt? Taħseb li ż-żgħażagħ tal-lum imfissdin? Jien nemmen li qed jiġri ftit minn kollox. Il-karattru tat-tfal tal-lum huma differenti. jien fiż-żgħożija tiegħi tħarriġt mal-aħjar plejers Maltin tal-futbol. Meta kienu jitkellmu huma jien kont inbaxxirasi. Kif diġà għedtlek jekk kienu jgħiduli biex immur niġbor il- blalen, jien kont nobdi minnufih. Illum jekk tgħidilhom hekk bilkemm ma joffendukx. Illum tara ħafna żgħażagħ li mal-ewwel ħaġa li jiġri bħal meta rebħu logħba tarahom jixħtu ritratt fuq facebook. Jien ma nistħix ngħid li m'għandix facebook. Għalhekk nemmen li ż-żgħażagħ Maltin iridu verament jagħtu kollox u jirsisti u fejn isibu l-iebes mhux iwarrbulu imma jiġġieldulu. X'sar minnha l-Justin Haber Academy? Din is-sena ma saritx għax qed nagħmel grawnd ġdid u kelli nieqaf għal sena. Int għandek ħanut tal-ikel. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol, taħriġ u logħob? Kif taf il-futbol għandu mentalità ta' teamwork fejn kulħadd jaħdem għal għan komuni. Anke fin-negozju li għandi nħaddnu din il-mentalità. Għandi grupp ta' nies li nista' nafdahom b'għajnejja magħluqa u jgħinuni ħafna. Issa ser niftaħ ukoll ħanut tax-xorb f 'Birkirkara. B'xi mod dejjem jirnexxieli nlaħħaq u qatt ma naf li fallejt xi sessjoni ta' taħriġ kemm filgħodu kif ukoll filgħaxija. M'hemmx xi ngħidu trid tkun organizzat sal-inqas dettall. Nixtieqek tgħaddili messaġġ lil dawk ż-żgħażagħ dwar il-benefiċċji li jista' jtik il-futbol. Jien ser nitkellem għalija. Li kieku ma kienx hawn il-futbol, jien ma jien xejn. Qatt ma ninsa minn fejn bdejt. Kont nilgħab il-futbol fil-bandli tal-Furjana. Dawk in-nies li kienu jixxuttjawli l-blalen biex nilqagħhom bħala goalkeeper ukoll kellhom sehem fl-iżvilupp tiegħi. Jekk iż-żgħażagħ għandhom ħolma jridu jippruvaw jagħmluha. Madankollu trid tagħti kollox għal dan l-objettiv. Jien dyslexic iżda naf ħames lingwi. Ħadd ma għeni u għamilt kollox waħdi. Illum il- ġurnata jien nixtieq ngħin lil ħaddieħor. Kien għalhekk li bgħatt xi tfal jitħarrġu fil-Belġju. Għamilt dan mingħajr ħafna daqq tat-trombi. Għax jien nemmen li plejer għandu jibqa' umli u ma jfissirx li għax kiseb xi ħaġa għandha tkun taf id-dinja kollha. il-futbol, jien ma jien xejn' "Ħadd ma għeni u għamilt kollox waħdi. Illum il-ġurnata jien nixtieq ngħin lil ħaddieħor. Kien għalhekk li bgħatt xi tfal jitħarrġu fil-Belġju. Għamilt dan mingħajr ħafna daqq tat-trombi. Għax jien nemmen li plejer għandu jibqa' umli u ma jfissirx li għax kiseb xi ħaġa għandha tkun taf id-dinja kollha." Huwa wieħed mill-aqwa goalkeepers li qatt ipprooduċa l-futbol lokali. Għal żmien twil kien anke l-goalkeeper tat-tim nazzjonali. Għamel unur u ġieħ kbir lil pajjiżna ma' diversi timijiet barra minn Malta. Preżentamnet jilgħab ma' Gżira Unitedl-kamp- jonat BOV Premier f 'pajjiżna. JUSTIN HABER Ritratt: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 11 November 2018