Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 31

3 Aħbarijiet DIN il-gazzetta tinsab infurmata li l-Assoċjazzjoni tal- Futbol ta' Malta (MFA) mill-ġdid reġgħet fetħet investigazzjoni fil- konfront ta' eks referì ta' FIFA li sentejn ilu kien mixli b'akkużi ta' tixħim. Sorsi qrib sew l-operat tal- MFA, spjegaw mal-ILLUM li fid-dawl ta' dettalji ġodda dwar ir-referì inkwistjoni, l-Uffiċjal għall-Integrità tal- MFA, Franz Tabone reġa' fetaħ din l-investigazzjoni. Din il-gazzetta bagħtet għadd ta' mistoqsijiet lil Tabone li fihom staqsietu biex l-ewwel nett jikkonferma l-ftuħ mill- ġdid tal-investigazzjoni inwkistjoni, kif ukoll dwar ir-raġunijiet li allegatament reġgħu wasslu għall-ftuħ ta' din l-investigazzjoni. Minkejja d-domandi tal-ILLUM, Tabone baqa' b'fommu sieket bir- risposta tiegħu tkun biss li, "l-uffiċċju tiegħu jopera f 'ambjent sensittiv u għalhekk nagħmlu kollox bl-ogħla responsabbilità u kunfidinzjalità." Allegatament, l-għeruq tal-każ inkwistjoni jmorru lura għall-finali tal-FA Trophy ta' sentejn ilu. Jidher li dak iż-żmien, iż-żewġ Presidenti tat- timijiet finalisti f 'din il-kompetizzjoni avviċinaw lill-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo u infurmawh illi kien diġà magħruf min se jkun ir- referì għall-finali tal-FA Trophy minkejja li suppost informazzjoni sensittiva bħal din ma toħroġx fil- pubbliku jekk mhux fl- aħħar jiem qabel il-logħba. 'Leak' bħal din hi meqjusa bħala bandiera ħamra kbira u tista' tqajjem suspett ta' tixħim. Minkejja dan, dak iż-żmien ma ttiħdux passi ulterjuri. Intant, din il-gazzetta għamlet kuntatt ukoll ma' Alexei Tabone, il-President tal-Malta Football Referees Association. Mal-ILLUM, Tabone sostna li, "ninsab infurmat fuq dawn ix- xnigħat fir-rigward ta' eks refrì tal-Fifa. Naf ukoll li din l-informazzjoni waslet għand id-Direttur tar- Referis, Kevin Azzopardi u dan għadda l-informazzjoni lil Franz Tabone, li min-naħa tiegħu beda l-investigazzjoni." Mistoqsi jekk jaħsibx li n-nuqqas ta' dettalji min- naħa tal-MFA huwiex jitfa' dell ikrah fuq referis oħra, Tabone qal li, "ix-xnigħat fuq il-każ, qed issemmu biss li huma fuq eks referì tal-Fifa. Fl-għaqda tagħna eks referì tal-Fifa wieħed għandna, Clayton Pisani u nixtieq nagħmilha ċara li dan mhuwiex ir-referì li qed jiġi investigat." Żied jgħid li skontu, "ikun xieraq kieku l-MFA toħroġ kjarifika ċara għaliex mhuwiex sew li jintefa' dell ikrah fuq referis oħra." 'Il-kriżi' tar-referis f 'pajjiżna L-ILLUM tinsab infurmata wkoll li din il-ġimgħa, waqt laqgħa tal-Kunsill tal-MFA, Tabone għamel diskors li fih żvela għal darb'oħra 'l-kriżi' fis-settur tar-referis f 'pajjiżna. Hu mifhum li waqt il-laqgħa Tabone semma kif fl-aħħar sitt snin waqfu madwar 20 referì, fosthom referis prominenti. L-ILLUM tistaqsi lill- President biex jispjega aktar din is-sitwazzjoni preżenti, "Waqfu ħafna referis prominenti, ħafna minnhom jgħidu li tiflu l-motivazzjoni però nemmen li hemm raġunijiet oħra wkoll." Hu kompla jispjega kif, "fejn qabel referì kien idum 10 snin biex jitla' premier issa qiegħed jitla' wara 4 snin. Mhux qed ikun hemm għażla u mhux qed isir reklutaġġ xieraq mill-MFA. Attwalment għandna wkoll 19-il referì mis-Serbja li din 'il quddiem taf toħloq ukoll problemi oħrajn," irrimarka Tabone. Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 | illum L-MFA qed tinvestiga eks referì tal-FIFA mixli b'tixħim Allegatament l-għeruq tal-każ inkwistjoni jmorru lura għall-fi nali tal-FA Trophy ta' sentejn ilu. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018