Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026
Aħbarijiet 6 KIF żvelat l-ILLUM, is-sidien tal-binja li ilha snin tintuża mis-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule ta' Raħal Ġdid, ressqu rikors quddiem il-Qorti Kostituzzjonali, bl- għan li l-każin ikun żgumbrat minkejja l-liġi li daħħal fis-seħħ il-Gvern biex isalva lil dawk il-każini li jkunu qed jiffaċċjaw ordni mill-Qorti biex jiżgombraw. Mal-gazzetta ILLUM, l-Avukat Hugh Peralta, spjega kif permezz ta' dan ir-rikors, kontra l-Avukat Ġenerali u s-Soċjetà De Paule, is-sidien qed jitolbu lill-Qorti tiddeċiedi biex l-emenda, li ddaħħlet fis-seħħ ftit tax-xhur ilu, ma tapplikax fil-każ tagħhom u għalhekk iżżomm mad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li kienet ordnat lis- Soċjetà Fra Antoine De Paule biex sal-aħħar ta' Settembru li għadda, toħroġ mill-każin. Wara li f 'April li għadda l-Qorti tal-Appell kienet ordnat l-iżgumbrament tal- każin, il-Gvern, kien ħareġ għonqu u ppreżenta emenda fil-Kodiċi Ċivili li tagħti d-dritt lil kwalunkwe banda li qed tiffaċċja ordni ta' żgumbrament biex tħallas għaxar darbiet aktar f 'kera u b'hekk tibqa' fil-post. L-emenda, li llum il-ġurnata hija parti mil-liġi, kienet miktuba b'tali mod li tirrevoka s-sentenza kontra tad-De Paule. F'Ġunju li għadda, l-istess sidien kienu qed jinsistu li din l-emenda qed tikser il-Kostituzzjoni tant li kienu saħansitra kitbu lill-President tar-Repubblika, Marie- Louise Coleiro Preca biex ma tiffirmahiex. Mal-ILLUM, Peralta kien insista li l-Gvern qed jidħak u jgħaddi biż-żmien lill-membri u lill-partitarji tas-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule, għax fi kliemu, fi ftit snin, il-Qrati kienu se jindunaw li din is-soluzzjoni tmur kontra l-Kostituzzjoni. "Min jikser l-istess liġijiet li għamel il-Gvern qed ikun ippremjat... hija liġi etikament, politikament u moralment skorretta" kien saħaq Peralta. Dan hekk kif id-deċiżjoni dwar l-iżgumbrament kienet ittieħdet wara li s-Soċjetà De Paule kienet wettqet xogħlijiet strutturali fil-każin mingħajr ma infurmat lill-każin. Il-gazzetta ILLUM, fis-27 ta' Ottubru li għadda, żvelat kif din l-istess emenda li daħħal il-Gvern is-sajf li għadda, salvat ukoll lill-Soċjetà Filarmonika Stella Maris ta' Tas-Sliema mill- iżgumbrament hekk kif huma wkoll instabu ħatja li wettqu xogħlijiet strutturali mingħajr il-permess meħtieġ mingħand is-sidien. Jekk jitilfu l-każ f 'Malta x'se jiġri? Iżda jekk il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi kontra s-sidien u favur il-Gvern, is-sidien tal-każin De Paule ma jidhirx li se jieqfu hawn. Fit-18 ta' Ġunju li għadda, l-Avukat Peralta kien diġà qal mal-gazzetta ILLUM li s-sidien lesti jieħdu l-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, għax fi kliemu, l-azzjoni tal-Gvern qed iċċaħħad lis-sidien mid-dritt bażiku tagħhom li jgawdu l-proprjetà tagħhom. Skont il-Konvenzjoni għad- Drittijiet tal-Bniedem: "Kull persuna naturali u legali hija intitolata għat-tgawdija paċifika tal-pussess tal-proprjetà tagħha. Ħadd m'għandu jiċċaħħad minn dak li huwa ta' pussess tiegħu, ħlief fl-interess pubbliku jew suġġett għall-kundizzjonijiet provduti bil-liġi jew prinċipji ġenerali tal-liġi internazzjonali. Jekk dan iseħħ, mhux se jkun l-ewwel darba li sidien ta' binja li qed tintuża bħala każin tieħu lill-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal- Bniedem. Fil-fatt, wara li tilfu l-każ f 'Malta, is-sidien tal-Każin King's Own tal-Belt Valletta kienu ħadu lill-Gvern quddiem il-Qorti Ewropea li fit-23 ta' Ottubru li għadda ddeċidiet favurihom u ordnat lill-Gvern iħallas xejn inqas minn €592,000 bħala danni finanzjarji, €8,000 f 'taxxi fir-rigward ta' dawn id-danni kif ukoll €10,700 fir-rispett ta' spejjeż. B'kollox €610,700. Preċedent ikrah għal 20 każin… Dan il-każ kien ftit differenti illum | Il-Ħadd 18 ta' November 2018 Iridu li l-emenda li daħħal il-Gvern ma tapplikax għall-każ tagħhom u jisħqu li s-Soċjetà Filarmonika Fra Antoine De Paule għandha toħroġ mill-każin Is-sidien tal-każin quddiem il-Qorti ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio CAREER OPPORTUNITY JUNIOR ADMINISTRATIVE OFFICER (ICT) JOBSPLUS PERMIT NUMBER: 611/2018 Interested persons are to send a covering le er together with a detailed Curriculum Vitae by not later than 25th November 2018, addressed to Human Resources Unit, Iden ty Malta Agency, Onda Building, Aldo Moro street, Marsa. Applicants may also send by email to recruitment@iden tymalta.com Iden ty Malta is a government Agency established through Legal No ce LN269 of 2013. www.iden tymalta.com Qualifica on - MCAST Advanced Diploma in IT (Computer Systems and Network) or equivalent, hands on experience on cabling, termina on, troubleshoo ng and cer fica on of networked systems. - At least 1 year experience in suppor ng computer systems and notebook computers, network hardware opera ng systems, applica on so ware, internet protocols, wri ng and basic cabling installa on techniques. - Basic knowledge of network enterprise security and network infrastructures. - Candidate with the following qualifica ons and skills will be preferred – CCNA Cisco Network Cer fica on in networking or equivalent, knowledge of electronice, telephone and security systems, more than 1 year experi- ence in a related job. Job Descrip ons - Administer and troubleshoot servers, desktop computers, printers, routers, switches, firewalls, phones, per- sonal digital assistants, smartphones, so ware deployment, security updates, so ware and hardware. - Maintain, service and repair computers and IT equipment as necessary. - Managing the IT infrastructure within the organisa on including WAN, LAN and server applica ons. - Monitor network resources and their performance to ensure high-quality connec vity. - Document service processes, related installa ons and major set-up of hardware and so ware. - Propose improvements to processes as necessary to the Chief Informa on Officer. - Any other du es as may be required by CEO and his delegate. Aħbarijiet 6