Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 | illum Ian Borg il-favorit ta' aktar minn nofs il-votanti Minn Yendrick Coffi LILLUM qed tiżvela sondaġġ li sar mill- gazzetta 'It-Torċa', li iżda, għal xi raġuni, inżamm milli jiġi ppubblikat. Minn dan is- sondaġġ irriżulta li l-aktar sitt Ministri popolari mal-Maltin huma Ian Borg, Chris Fearne, Konrad Mizzi, Edward Scicluna, Evarist Bartolo u Owen Bonnici. Is-sondaġġ poġġa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, Ian Borg, bħala l-favorit ta' 52.3% tal- votanti Maltin. Anke jekk id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas- Saħħa Chris Fearne huwa t-tieni l-aktar popolari (27.4%), fadallu ftit x'jaqdef biex jilħaq lill-Ministru Borg hekk kif bejniethom hemm differenza ta' kważi 25%. Il-Ministri l-oħra, anke jekk għamluha mal-aqwa sitta, minn 13-il Ministru, huma ħafna inqas popolari mill-Ministri Borg u Fearne. Fil-fatt, il-Ministru għat- Turiżmu Konrad Mizzi huwa l-preferut ta' 8.4% tal-votanti filwaqt li warajh jiġu l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna (5.7%), il-Ministru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo (2.7%) u l-Ministru għall-Ġustizzja, il-Kultura u l-Gvern Lokali Owen Bonnici (1.4%). Jekk bejn dawn l-erba' Ministri d-differenza mhux daqstant kbira, bejn il-Ministru Konrad Mizzi u l-Ministru Chris Fearne hemm differenza ta' 19%. …fih aktar x'tomgħod? Huwa sigriet magħruf li anke jekk għad ma hemm l-ebda indikazzjoni meta l-Prim Ministru Joseph Muscat se jwarrab, diversi huma dawk li diġà bdew jitfgħu ħarsithom jew jistaqsu min jista' jkun is- suċċessur ideali. Anke jekk f 'dan is-sondaġġ Ian Borg kien il-Ministru l-aktar popolari, minn stħarriġ li kienet għamlet il-gazzetta oħt MaltaToday f 'Marzu li għadda, Borg kien l-inqas popolari fost Robert Abela, Miriam Dalli u Chris Fearne biex jieħu post Muscat. Filwaqt li 63% kienu għadhom indeċiżi min jaħsbu li għandu jkun is-suċċessur ta' Muscat, 4.9% biss ta' dawk li ħadu sehem kienu għażlu lill-Ministru Ian Borg. Fil-fatt, minn dan is-sondaġġ kien irriżulta li l-aktar żewġ persuni popolari biex jieħdu post Joseph Muscat, lanqas biss huma Ministri. 10% ta' dawk li wieġbu kienu għażlu lil Robert Abela bħala s-suċċessur ideali ta' Muscat, filwaqt li 8.2% għażlu lil l-Ewroparlamentari Miriam Dalli. Abela u Dalli kienu wkoll il- favoriti fost dawk li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvutaw lill- Partit Laburista. Minn dawn, 16% għażlu lil Abela u 9.3% għażlu lil Dalli. Anke jekk ma kienx l-aktar favorit, fis-sondaġġ tal-MaltaToday il-Ministru Chris Fearne kien ħareġ aktar popolari mill- Minsitru Ian Borg biex jieħu post Muscat. Kienu 6.6% li dak iż-żmien għażlu lid-Deputat Prim Ministru. 7.4% kienu qalu li jippreferu lil xi ħadd ieħor milli lil Abela, Dalli, Fearne jew Borg. Dustbins awtomatiċi li jnaddfu l-baħar Minn Liam Car ter ĠALADARBA għandna dustbins fuq l-art, għaliex m'għandux ikollna fil-baħar? Din hija l-idea wara 'The Seabin Project' proġett pilota li beda propju fl-Awstralja li issa wasal ukoll fuq gżiritna. L-idea hi li jitnaqqas drastikament l-ammont ta' skart fl-ibħra tagħna. Kienet l-għaqda ambjentali, '#Żibel', li fix-xhur li għaddew irnexxielhom jinstallaw l-ewwel xorta ta' dawn ir- reċipjenti rivoluzzjonarji mal-puntuni fil-Marina di Valletta. Issa fuq in-naħa l-oħra tal-Port, l-Assoċjazzjoni Wirt il-Kalkara, għadejjin bla waqfien sabiex dawn is-seabins jiġu installati wkoll fir-raħal pittoresk tal-Kalkara. Din il-gazzetta tkellmet ma' Josette Deguara, it- teżorier tal-Assoċjazzjoni u l-persuna li qiegħda tmexxi din l-inizjattiva. Mal-ILLUM, Deguara spjegat il-ħsieb wara din l-inizjattiva. "Għandna għal qalbna mhux biss ir- raħal tagħna iżda wkoll l-ambjent. Nemmnu li b'din l-implimentazzjoni nistgħu neliminaw l-ammont sostanzjali ta' skart li jinġema' fl-ibħra tagħna u nsebbħu wkoll l-lokalità tagħna." Minkejja dan, din il-gazzetta tinsab infurmata, li l-ispiża sabiex dawn it-tip ta' reċipjenti jiġu installati fil-Kalkara tlaħħaq il-€5,500 għalhekk l-Assoċjazzjoni qiegħda tappella għall-għajnuna pubblika sabiex tinġabar din is-somma. L-ILLUM tiżvela sondaġġ tat-Torċa li ma kienx ippubblikat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018