Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 SITT xhur oħra l-poplu Malti u Għawdxi se jkun mitlub jerġa' jagħmel l-għażla, din id-darba mhux għall-Gvern imma għas-sitt rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew. Apparti l-ħafna mistoqsijiet, possibilitajiet u analiżi dwar l-eżitu ta' din elezzjoni, s'issa hemm fattur komuni bejn iż- żewġ partiti. Kemm il-Partit Nazzjonalista kif ukoll il- Partit Laburista għandhom kandidat prospettiv li kien mexxej tal-istess partit, li għadu ma ħabbarx il-kandidatura tiegħu, li hemm dubji jekk qattx se jħabbarha u li hemm xenarji politiċi partikolari li jinħolqu bil-kandidatura tiegħu. Dawn huma, Alfred Sant u Simon Busuttil. Din il-gazzetta analizzat l-impatt li l-kandidatura ta' Busuttil u Sant jaf ikollha fuq il-partiti rispettivi tagħhom u n-nuqqas tagħhom fuq il-karta tal- vot fl-2019 xi tkun tfisser għall-istess partiti. Alfred Sant: kalamita għall-għeruq Alfred Sant jibqa' politiku maħbub ħafna fost l-għeruq tal-Partit Laburista minħabba diversi raġunijiet. L-ewwel nett huwa meqjus bħala persuna 'nadifa', fil-fatt qatt ma saru akkużi jew allegazzjonijiet ta' korruzzjoni fil-konfront tiegħu f '26 sena karriera politika li kellu s'issa. Ħafna għeruq għadhom isostnu li Alfred Sant, dak iż-żmien appoġġjat bil-qawwi minn Joseph Muscat, kellu raġun fuq diversi punti fejn jirrigwarda d-dħul ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan apparti li Sant huwa meqjus bħala 'vittma' taċ-ċirkostanzi politiċi li tellfuh Gvern leġittimu fl-1998, xi ħaġa li ħafna Laburisti ħassew illi hija xi ħaġa li ma tinħafirx. Il-Partit Laburista jaf illi jekk Sant ikun fuq dik il- karta tal-vot, il-probabilità illi jkun elett u jġib riżultat tajjeb hija għolja ħafna. Fl-aħħar elezzjoni tal- MEPs fl-2014 Sant kien kiseb 48,739 vot u allura kien l-aktar kandidat li ġab voti minn fost dawk tal- Partit Laburista u l-aktar kandidat li ġab voti mill- partiti kollha. Dan ifisser illi Sant huwa fattur b'saħħtu ħafna. Min-naħa l-oħra l-Partit Laburista bħalissa ma jidhirx li qed jara instabbilità fil-bażi ta' votanti tiegħu u allura li Sant ma jkunx fil- lista ta' kandidati mhux se jimpatta daqstant l-ammont ta' voti li jġib il- partit. Dan huwa kuntrarju għal Simon Busuttil li huwa probabli li se jkollu persentaġġ konsiderevoli ta' nies li jekk ma jivvutawx lilu, jew ma jivvutawx jew inkella ma jagħtux l-ewwel preferenza lill-Partit Nazzjonalista (ara iktar 'il quddiem) Il-fattur 'Miriam Dalli' u t-tmexxija tal-PL Huwa sigriet magħruf fost l-għeruq tal-Partit Laburista illi t-tmexxija tal-partit qed tara lill- Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli bħala s-sostitut perfett għal Joseph Muscat. Teoretikament, ħafna voti minn dawk il-kważi 49,000 vot ta' Sant suppost imorru għand Dalli għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett mingħajr Sant u b'Marlene Mizzi li mhux se tikkontesta, Miriam Dalli se tibqa' l-unika kandidata tal-Partit Laburista li fil-fatt hija MEP bħalissa. Dan ifisser li se tkun l-unika waħda b'esperjenza diretta f 'din il-kariga. Il-'karta' tal- esperjenza se tintlagħab ħafna favur Dalli jekk Sant ma joħroġx. Jekk Sant joħroġ imma min irid persuna ta' esperjenza politika jaf ikun aktar inklinat li jagħżel lil Sant, anke għax dan jidher aktar dirett u kritiku tal-Unjoni Ewropea. B'rebħa kbira li tlaħħaq l-40,000 jew il-50,000 vot f 'distakk, Miriam Dalli tkun għamlet rebħa kbira ta' fiduċja mal-Laburisti u b'mewġa ta' appoġġ bħal dik titpoġġa fuq quddiem f 'tiġrija għat-tmexxija Laburista. B'Alfred Sant il- possibilità li dan is-suċċess jitpoġġa taħt dell huwa probabli ħafna. Alfred Sant: ħadha kontra tal-'Panama' u darba injora l-'ordni' ta' Muscat Alfred Sant kien pjuttost ċar illi huwa kien jirreżenja kieku kien minflok il-Ministru Konrad Mizzi, bil- Ministru Evarist Bartolo jgħid illi jaqbel ma' Sant. Iktar minn hekk u iktar riċenti Sant sostna li l-impatt tal-Panama Papers se jkun negattiv u li l-Panama Papers huma attakk fuq is-servizzi finanzjarji." L-eks Mexxej Laburista, nhar it-18 ta' Jannar ta' din is-sena kien sostna wkoll li jeżistu problemi fil-governanza tal-pajjiż u fil-kontrolli fuq il- korruzzjoni. Minkejja dan kien sejjaħ bħala 'redikolaġni' ż-żjara ta' delegazzjoni mmexxija minn Ana Gomes mill- Parlament Ewropew f 'pajjiżna. Imma mhux biss, Sant kien injora lil Muscat fuq in-nomina ta' Simon Sant u Simon: għall-Ewropa F'Mejju 2019 il-poplu se jagħżel l-MEPs li se jirrappreżentawh. Fuq iż-żewġ naħat tal-politika għandna żewġ eks mexxejja, Alfred Sant u Simon Busuttil. Min jgħid li ħerġin u min jgħid li le. Imma l-kandidatura tagħhom kif tista' tbiddel ix-xenarju politiku u tiddetermina l-futur tal-partit? agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018