Illum previous editions

ILLUM 18 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Aħbarijiet Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 | illum Busuttil bħala Membru tal-Kumitat ta' esperti li jwettaq skrutinju fuq in-nomini tal-Imħallfin għall-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan hekk kif il-PM Joseph Muscat kien qal, f 'waħda mil- laqgħat ta' kull nhar ta' Ħadd illi l-MEPs tal- Partit Laburista kienu se jivvotaw favur din in-nomina. Minflok Sant iddeċieda li ma jivvutax. Dawn huma kollha indikazzjonijiet illi Sant huwa xi ftit jew wisq imprevedibbli u li ma jobdix id-direttivi meta dawn ma jaqbilx magħhom. Dan jista' jindika illi t-tmexxija tal-partit u tal-Gvern li fiċ-ċentru tagħhom hemm Keith Shembri u Konrad Mizzi, ma tantx huma kuntenti b'Sant jew ejja ngħidu li mhux il-favorit tagħhom. Għalkemm probabilment f 'ammonti negliġibbli, Sant jista' jkun li jattira vot ta' protesta kontra t-tmexxija tal-partit, speċjalment fid-dawl ta' ċerti żviluppi relatati mal- kwistjoni tal-Panama. Bih u mingħajru? Kif diġà għidna, il- preżenza ta' Sant se żżid il-valur tal-lista ta' kandidati fis-sens li se tagħmel il-lista aktar ikkulurita u l-għażla għal min se jivvota PL aktar vasta. Mingħajru iżda l-Partit Laburista m'għandux biża' partikolari ta' telf ta' voti, speċjalment jekk din l-elezzjoni se tintlagħab bħala 'l-aħħar waħda' ta' Muscat. Dan jista' jindika allura illi filwaqt li mixtieq minn bosta, bih u mingħajru ċ-ċans ta' rebħa Laburista kbira jew kbira ħafna xorta jibqa' tajjeb ħafna. Simon Bususttil: jirrappreżenta faxxa kbira tal-PN L-eks Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil jirrappreżenta linja ta' ħsieb fil-partit, linja li sa ftit żmien ilu kienet dominanti. Din il- linja ta' ħsieb hija bbażata l-aktar fuq il-bżonn li l-Oppożizzjoni tkun b'saħħitha u militanti, speċjalment quddiem dak li jaraw bħala 'l-aktar Gvern korrott fl-istorja.' Huwa l-ħsieb u t-twemmin li l-PN kellu raġun u kien qiegħed fuq in-naħa t-tajba tal-istorja meta ġġieled lill-Gvern ta' Muscat fuq il-korruzzjoni. Busuttil jirrappreżenta dik il-faxxa ta' Nazzjonalisti li kienu jaqraw, isegwu u jemmnu lil Daphne Caruana Galizia reliġjożament, li jipparteċipaw fil-mixjiet u attivitajiet relatati mal- qtil ta' Caruana Galizia u li huwa aktar possibbli li jkunu ġejjin mill-faxxa tal-klassi tan-nofs u mill- 10 Distrett, id-distrett illi fih il-PN iġib l-aqwa riżultat. Din il-faxxa ta' nies mhuma kuntenti xejn li Adrian Delia huwa Kap tal-PN għax jarawh moralment inferjuri għal kull Kap ieħor fl-istorja politika. Din il-faxxa ta' nies li jirrappreżenta Busuttil hija dik l-aktar li qed tindika astensjoni fl-2019. Għalhekk b'differenza minn Sant, Busuttil huwa ħafna iktar determinanti għar-riżultat finali tal- Partit Nazzjonalista fl-2019 u ħafna iktar b'saħħtu mill-eks Mexxej Laburista. Joħroġ għal tal-MEPs... jagħti daqqa t'id lil Delia Jekk Simon Busuttil joħroġ għall-elezzjoni tal- MEPs ikun ta' daqqa t'id tajba lil Delia, fis-sens illi jkunu nġabru eluf ta' voti għall-Partit Nazzjonalista illi ma kinux jinkisbu jekk Busuttil ma joħroġx għal din l-elezzjoni partikolari. Il-probabilità li Busuttil ikun elett hija tajba ħafna. Dawk li ma tantx jaraw għajn m'għajn ma' Busuttil se jaraw suċċess għal Busuttil fl-2019 bħala mod kif se jkunu "ħelsu" minnu mix-xena politika lokali. Bin-nuqqas ta' Busuttil dawk id-Deputati li xorta jappoġġjaw lilu aktar milli lil Delia, ma jkollhomx dak il-punt ta' referenza li jgħaqqadhom aktar, għall-inqas fuq bażi strettament lokali. Minkejja din il- kunsiderazzjoni, Busuttil fil-Parlament Ewropew ikun pjuttost b'saħħtu u hemm ċans li l-partit fuq bażi lokali u l-partit fuq bażi Ewropew jieħdu direzzjoni u japplikaw strateġiji xi ftit differenti. Jista' jkun ukoll illi Delia ma jkollux il-kontroll li jixtieq fuq l-MEPs tal- PN stess jekk ikun hemm Busuttil fi Brussell. Lura fil-Parlament Ewropew Busuttil jerġa' jkollu influwenza aktar milli hemm min forsi jixtieq fil-partit. Jiġifieri l-imbuttatura li kapaċi jagħti Busuttil f 'elezzjoni illi fiha s'issa qed jidher li l-Partit Nazzjonalista se jmur ħażin ħafna, għandha prezz magħha; dak li Busuttil ikompli jżid fil- popolarità. Politikament ma tantx hija ta' benefiċċju li jkollok Deputat jew membru tal-partit li huwa iktar popolari mill-Kap. ...u jekk ma joħroġx Jekk Busuttil ma joħroġx iċ-ċans huwa li l-voti li kieku jmorru għandu jinqasmu. Ftit imorru fuq David Casa illi bħalissa huwa l-eqreb fil-ħsieb u strateġija ta' Busuttil. Jista' jkun li xi voti oħrajn imorru għand Roberta Metsola. Imma hemm ċans ukoll li persentaġġ tajjeb minn dawk li jappoġġjaw lil Busuttil ma jmorrux jivvutaw. Ma ninsewx li dawn in- nies qed jonqsu mit-total li kien ġab il-PN fl-2017 u anke fl-2014 meta l-PN tilef l-elezzjoni tal-MEPs b'33,700 vot. Dan ifisser illi fin- nuqqas ta' xi ħadd b'saħħtu u bi preżenza qawwija ħafna fuq il- midja (bħall-Avukat Bernard Grech), il-PN jitlef ħafna voti. Dan ix-xenarju ta' telfa daqs jew ikbar minn dik tal-2017, joqgħod perfettament man- narrativa tas-sezzjoni tal-PN li ma jridux lil Delia jibqa'. B'riżultat ħażin, grazzi wkoll għan- nuqqas ta' Busuttil fuq il-karta tal-vot, it-triq tkun imwittija għal bidla fit-tmexxija. Dan allura juri li dak li se jagħmel Busuttil jista' jkun determinanti ħafna fuq ir-riżultat fl-2019 u allura wkoll fuq il-futur tal-Partit Nazzjonalista. Busuttil bħala Membru għall-Ewropa jew le?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18 November 2018