Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1053026
MILLELEZZJONIJIET tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Lokali f 'Mejju li ġej, 26 'scanner' mistennija jirrevoluzzjonaw l-mod u l-manjiera ta' kif jingħaddu l-voti. Waqt konferenza stampa fiċ-ċentru tal-għadd tal- voti fin-Naxxar, il-Kap tal-Kummissjoni Elettorali (KE) Joseph Church, spjega kif f 'temp ta' kważi sena l-KE flimkien mat-tim ta' iDOX kumpanija bbażata l-Ingliterra li tispeċjalizza fl-implimentazzjoni ta' sistemi varji, irnexxielhom jimplimentaw din is-sistema elettronika f 'pajjiżna. X'se jinbidel b'din is- sistema? L-ewwel nett, wieħed irid iżżomm f 'moħħu li din is- sistema inkwistjoni se tkun responsabbli mill-għadd tal- voti u mhux il-votazzjoni per se. Għalhekk il-qofol tal- proċess tal-votazzjoni se jibqa' kif inhu. Il-bidla se ssir, ovvjament, fil-mod kif jingħaddu l-voti, hekk kif minn Mejju li ġej, dawk l-imwejjed twal u l-garżelli mistennija jsiru parti mill- istorja hekk kif għall-ewwel darba, se jiġu utilizzati 26 scannner li se jgħoddu l-voti kollha. B'kollox se jkun hemm żewġ scanners għal kull distrett. Church spjega wkoll kif il-voti mhux se jibqgħu jitqassmu f 'pakketti ta' 50, għaliex dawn l-iscanners għandhom il-kapaċità li jaqraw numru kbir ta' voti f 'salt. Apparti minn dan, il-poloz tal-vot se jinbidlu wkoll, hekk kif dawn se jibdew jinkludu fihom ritratt ta' kull kandidat filwaqt ukoll li żdiedet il-ħxuna tal-karta bl-għan li l-iscanner ikollu riżultat aktar ċar. Il-KE biddlet ukoll il-kaxxi tal- voti, b'dawn il-kaxxi issa jsiru aktar trasparenti. X'inhu l-għan wara din is- sistema? Waqt il-konferenza stampa, fejn għall-ewwel darba l-midja setgħet tara quddiemha t-teknoloġija rivoluzzjonarja, Church spjega kif b'din l-implimentazzjoni l-proċess tal-għadd tal- voti mistenni jkun aktar affidabbli mis-sistema l-antika hekk kif il-voti se jibdew jingħaddu b'mod aktar veloċi u trasparenti. Il-kap tal-KE qal ukoll li waħda mir-raġunijiet prinċipali li wasslet biex tiġi implimentata din is- sistema kienet il-ħin ta' stennija. "B'din is-sistema mhux se jerġa' jkollna repetizzjoni tal-għadd tal-voti fl-elezzjoni tal-PE li għaddiet. Meta biex ġew eletti 6 kandidati domna tlett ijiem." X'se jiġri mid-delegati tal- partiti politiċi? Skont l-informazzjoni pprovduta f 'din is-sezzjoni, kull vot li din is-sistema tqis bħala wieħed dubjuż se jgħaddi taħt l-iskrutinju tad-delegati tal-partiti politiċi u l-Kummissjoni Elettorali li fl-aħħar nett għandhom l-aħħar kelma. Intant, fl-1 ta' Diċembru se jkun hemm test ta' prova ieħor fuq is-sistema sabiex tiġi żgurata li l-implimentazzjoni tas- sistema elettronika hija lesta għad-domanda tal- elezzjonijiet ta' Mejju. illum | Il-Ħadd 18 ta' Novembru 2018 Daqshekk garżelli u mwejjed twal… kif se jibdew jingħaddu l-voti? Mill-elezzjonijiet li ġejjin se tintuża għall-ewwel darba sistema elettronika li tgħodd il-voti Aħbarijiet 8 lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter