Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Aħbarijiet Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 | illum tistenna biex tgawdi int ukoll? U x'hemm għat-tfal? • Sħubija ma' Chicco • Divertiment bit-tema LEGO • Seba' Club Rooms għat-tfal Kemm se nħallas u x'se jinkludi l-prezz? • Morru għand Hamilton Travel fl-indirizz: 4, Triq San Publiju. Floriana, Malta, FRN 1443 • Jew inkella ċempel fuq 21241292/21249543 (Dan l-artiklu huwa riklam) swieq, timxi fit-triq tant popolari u mimlija ħwienet, La Ramblas jew inkella tmur tara l-Katidral tas-Sagrada Familia. Għalkemm aħna nzertajna xita ħafifa, il-ġmiel arkitettoniku ta' Gaudi sabiħ dejjem, tmur meta tmur. Naturalment imbagħad tajjeb li tagħlaq il- ġurnata fi Plaça d'España fejn tista' żżur il-Palau Nacional, jew il-Palazz Nazzjonali. Marsilja hija inqas grandjuża minn Barċellona, inqas popolata u hemm inqas ġenn imma sabiħa għax hija iktar kalma u kwieta bi ftit li xejn attività u traffiku. Sabiħa biex tistrieħ għall-kwiet bil-veduta tal-baħar u l-Yacht Marina. Tista' żżur il-Katidral Notre Dame De la Garde li fil-fatt huwa simbolu ta' Marsilja. Titlaq minn Marsilja u tmur Ġenoa, Napli u Messina fi Sqallija. F'Ġenoa, bħal f 'Barċellona u Marsilja, tista' tmur fuq 'tour' madwar il-kosta sa Portofino b'ħafna ħin biex tgawdi r-Riviera Taljana, waħda mid-destinazzjonijiet l-aktar popolari f 'dan il-pajjiż. L-istess f 'Napli fejn tista' tmur iddur il-belt mill-isbaħ u tant ikkulurita inti jew inkella, biex tara aktar, tmur fuq 'tour' li jieħdok fuq il-gżira ta' Capri, post mill-isbaħ. Tibda b'Anacapri u wara għall-vilaġġ ta' Capri. Tmur sa Villa San Michele wkoll wara tqatta' ftit ħin fit-toroq dojoq u sbieħ ta' Napli. U qabel tirritorna terġa' tieqaf, għall-aħħar darba fil- port ta' Messina. Fejn apparti s-siti f 'din il-belt tistgħu wkoll, permezz ta' 'tour', tmorru sa Taormina, post mill-isbaħ fi Sqallija. Lura fil-Port tal-Belt Valletta, tmorru lura d-dar b'ħafna memorji sbieħ, lesti biex tmorru lura x-xogħol wara vaganza rilassanti u mill-isbaħ u din hija garantita. Hamilton Travel tieħu ħsieb dak kollu li jkollok bżonn, b'impjegati li lesti biex jgħinuk u biex juruk l-aħjar mod illi permezz tiegħu tgawdi vaganza mill-iktar memorabbli. Hamilton Travel, kumpanija mmexxija mit-tant popolari Josette u Norman Hamilton, hija garanzija ta' vaganza suċċess. Mela x'int tistenna? Aqbad t-triq lejn il-Furjana, għall-uffiċċju ta' Hamilton Travel u ħu postok fuq l-MSC Bellissima għal 'cruise' madwar il-Mediterran li jibda u jispiċċa Malta, jew inkella bbukkjaw cruise għall-Fjords jew għal pajjiżi Baltiċi jew l-Iskozja u postijiet oħrajn. Meta se jibda l-MSC Bellissima? L-MSC Bellissima se jitlaq minn Malta f 'Marzu tas- sena d-dieħla u jibqa' għaddej sa Novembru tas-sena d-dieħla wkoll. X'hemm fuq il-Vapur? • Simulatur tal-F1 • Bowling Alley • Ċinema Interattiva XD • Arizona Aquapark • Teatru, bi spettakli kuljum • Salon u Spa kif ukoll nail spa • Pixxini • Gym • 'Parties' b'temi diversi • L-ikbar żona tax-'shopping' mill-vapuri kollha bl-aqwa ismijiet. • Trattamenti diversi • 24 mużiċista li joffru 300 siegħa ta' mużika • L-ewwel assistent diġitali f 'kull kabina • Spettaklu minn Cirque De Soleil • Assistent Diġitali biex iwieġeb il-mistoqsijiet tal-passiġġiera, f 'lingwi diversi wieħed mir-ristoranti fl-MSC Bellissima

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018