Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

ILBREXIT. F'dawn l-aħħar ġimgħa u nofs reġa' kien fuq fomm l-Ewropa kollha. Hekk kif il-Gvern ta' Theresa May deher illi se jikkrolla minħabba nuqqas ta' qbil fuq il-ftehim dwar Brexit, bir-riżenja tas-Segretarju għall-Brexit Dominic Raab, ħafna Ewropej kienu qed jippruvaw jifhmu x'inhu eżatt id-destin ta' wieħed mill-pilastri tal-Unjoni Ewropea. Forsi ħafna minna ħarsu lejn dan il-proċess b'passività, għax naħsbu li mhux se jolqot lilna. Ħafna oħrajn, lanqas biss taw kas għax għalihom il-Brexit huwa xi ħaġa 'l bogħod, biċċa drama li tikkonċerna biss lill-Ingliżi mhux lilna. Kieku r-Renju Unit kien daqs Malta, forsi kien ikollna biċċa raġun, imma r-Renju Unit huwa pajjiż kbir, fil-fatt wieħed mill- akbar pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. L-ILLUM tiltaqa' ma' Edward Zammit Lewis, li bħalissa qed imexxi l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Ewropej u Barranin u miegħu titkellem dwar il-'politika' fil-kwistjoni ta' Brexit imma wkoll dwar dak li lilek jista' jolqtok direttament, kif lilek jista' jolqotlok il-but. illum | Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 U inti kif se jolqtok il-Brexit? Bħalissa qed jiltaqgħu l-mexxejja tal-UE biex jiddiskutu l-ftehim dwar Brexit. Imma x'nafu u x'ġara s'issa? U lilek se jolqtok? U Malta kif se tkun aff ettwata? Ħarsa ħafi fa lejn dak li nafu sa issa, ma' Edward Zammit Lewis... Aħbarijiet 12 agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Imma x'qed jiġri eżatt? L-ILLUM tistaqsi lil Zammit Lewis jispjega eżatt x'qed jiġri bħalissa u x'jaħseb dwar il- mistoqsija li qed issir bħalissa, jiġifieri jekk wara kollox hux se jkun hemm Brexit. "F'mument minnhom kien hemm deċiżjoni ta' Cameron, li jsir referendum, liema referendum intrebaħ bi żbrixx," jibda jgħid Zammit Lewis b'ħarsa lejn l-2016. Ifakkar illi r-Renju Unit ilu membru tal-UE mill-1973. Minn hemmhekk jispjega d-dimensjonijiet politiċi Ingliżi bħalissa b'firdiet, mhux biss fost il-poplu imma anke bejn il-partiti u fi ħdan il-partiti. Jeremy Corbyn, mexxej Laburista Ingliż: Zammit Lewis ifakkar li l-mexxej tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li l-ftehim ta' May mhux aċċettabbli u jsostni li kollox għandu jmur lura Brussell u jsir ftehim mill-ġdid li hu jgħid li jista' jagħmel. "Issa rridu naraw meta l-ftehim imur quddiem il-Parlament hux se jkun hemm deputati tiegħu stess li jivvutaw kontrih," qal Zammit Lewis. Theresa May, Prim Ministru: Min-naħa l-oħra Zammit Lewis fakkar kif il-Prim Ministru u mexxej Konservattiv Theresa May qed tinsisti li dan huwa l-aqwa ftehim, li jagħti ċertezza u tranżizzjoni. Hi sostniet ukoll fl-aħħar ġranet, wara ħames riżenji fil-Gvern tagħha, illi s'issa ħadd għadu ma ressaq alternattiva vijabbli għal dak li qed toffri hi. Zammit Lewis fakkar illi 'No Deal' u allura li jibqa' ma jkunx hemm ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea tista' toħloq ħafna inċertezza fil-pajjiż hekk kif dan ikun meqjus bħall- Maċedonja, l-Albanija u oħrajn. Kummissjoni Ewropea: L-eks Ministru Malti fakkar illi min- naħa tagħha l-Kummissjoni Ewropea qalet lir-Renju Unit li l-qbil li qed tagħti huwa l-aħjar li tista' tagħti. Fakkar illi l-UE ma tridx lanqas illi tagħti ftehim li huwa superjuri għal dak li għandhom pajjiżi membri tal-UE. Illum se jkun hemm intoppi Brussell? Edward Zammit Lewis jinsisti li llum (Il-Ħadd) il-probabilità ta' intoppi fil-Kunsill Ewropew, illi matulu se jiltaqgħu l-mexxejja kollha tal-UE, hija żgħira. Jgħid illi fl-opinjoni tiegħu jemmen li l-problemi se jkunu fil- Parlament Ingliż. "May għandha problemi domestiċi kbar." Imma se jsir referendum ieħor? Fid-diskussjoni li għaddejja bħalissa qed jintefa' l-agument li jista' jkun hemm possibilità tat-tieni referendum. Xi ħaġa li bla dubju tkun mill-aktar kontroversjali u tista' saħansitra toħloq l-inkwiet. Iċ-Chairman tal-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet Barranin u Ewropej x'jaħseb? "Fl-opinjoni tiegħi l-poplu tar- Renju Unit tkellem." Imma qed jgħidu li l-poplu ma kienx jaf għaliex dieħel. Fis-sens li l-għażla kienet bejn sħubija 'speċjali' kif imressqa minn David Cameron jew inkella barra l-UE mingħajr pjan ċar. Zammit Lewis jinsisti illi l-argument li poplu ma 'kienx infurmat bizzejjed' huwa argument li ilu ħafna jsir. "Il-poplu tar-Renju Unit huwa sovran. Jiena nemmen li d-deċiżjoni sovrana għandha tkun rispettata. Naħseb li huwa importanti f 'dan l-istadju huwa li l-poplu tar-Renju Unit ifittex li jkollu ċ-ċertezza," temm jgħid. Studenti u saħħa, inċerti għalissa Hawn ħafna studenti Maltin u Għawdxin li qed jitilgħu jistudjaw jew isegwu xi kors fir-Renju Unit, mhux biss studenti tal-ITS (kollha jsegwu kors fir-Renju Unit bħalissa) imma studenti diversi u anke ħaddiema. X'se jiġri? "Jekk ngħidu llum x'se jiġri nkunu qed nispekulaw. Hemm ftehim li għad irid ikun maqbul u li dwaru llum stess (il-Ħadd) qed issir diskussjoni fost il-mexxejja kollha Ewropej. S'issa nafu li kien hemm qbil fuq 95% tal- kwistjonijiet fil-ftehim, imma mbagħad f 'dan il-ftehim jew se jkun hemm qbil fuq kollox jew xejn," sostna Zammit Lewis. "L-istudenti tagħna jmorru l-London School of Economics u Bath u Cambridge, tajjeb nistaqsu dan kollu hux se jibqa' validu?" staqsa. Ta' min wieħed ifakkar illi programmi bħall-Erasmus isiru biss fost pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li għandha wkoll sistema komuni ta' ċertifikazzjoni. Jiġifieri Diploma u Degree fl-Università Maltija tkun tiswa f 'kwalunkwe Università fit-28 pajjiż ieħor. Mhux ċar x'jista' jiġri issa. Nitkellmu għal mument qasir ukoll dwar il-qasam tas-saħħa. Tul is-snin ħafna nies telgħu Londra biex jieħdu xi forma ta' kura. U allura minn dawn x'se jiġri? Edward Zammit Lewis ifakkar fl-arranġamenti ta' qabel l-2004 u jistaqsi x'se jiġri. "Se mmorru lura għall- ftehim li kellna qabel Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea? U l-UE se tħallina nagħmlu ftehim bilaterali mar-Renju Unit?" jistaqsi. Jinsisti mal-ILLUM illi l-ftehim se jiddetermina ħafna kemm u kif isiru ftehim bilaterali.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018