Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 Aħbarijiet Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 | illum il-Brexit? X'ġara u x'nafu s'issa U jekk se tmur tgħix fi0r-Renju Unit, se ssir diffiċli? Għal dawk li jgħixu hemm jew inkella għal dawk li jixtiequ jmorru jgħixu fir-Renju Unit se ssir diffiċli? Zammit Lewis ifakkar kif sa dil- ġimgħa stess Theresa May tkellmet mal-komunità tan-negozjanti u spjegat kif ir-Renju Unit jeħtieġ ħaddiema partikolari, minn pajjiżi partikolari. Jekk huma inġiniera jew programmers jew ħaddiema speċjalizzati. "Sal-lum jidher li hemm assigurazzjonijiet li se jinżamm l-istatus quo għall-Maltin li jgħixu fir-Renju Unit u għall-Ingliżi li jgħixu Malta, fi kliem ieħor mhu se jinbidel xejn." Imma nistaqsih; kif jista' jkun li Ingliż se jkollu l-istess aċċess għall-istess servizzi ta' Malti meta wieħed huwa minn pajjiż tal-UE u l-ieħor le? "Dan jista' jkun possibbli, imma bi ftehim bejn r-Renju Unit u l-UE. Aħna bħala pajjiż, kif qal il-Prim Ministru Joseph Muscat diversi drabi, nieħdu l-pożizzjoni li tieħu l-Unjoni Ewropea." Imma t-turiżmu se jintlaqat? B'mod minimu diġà qed nintlaqtu, fis-sens li r-Renju Unit mhuwiex membru taż-żona Shengen u allura biex tidħol fil-pajjiż, kif jafu ħafna, trid turi l-passaport u tistenna fi kju pjuttost twil. Imma issa l-affarijiet jistgħu jieħdu żvolta ħafna ikbar. "Meta nibet it-turiżmu," jibda jispjega Zammit Lewis, "is- suq Ingliż dejjem kien u baqa' l-akbar fis-settur turistiku. Għandek 45% tat-turisti li jiġu fix-xitwa li jkunu mir-Renju Unit u 30% fis-sajf." Huwa hawn li Zammit Lewis jistaqsi x'se nagħmlu bis- Single Skies Policy. Permezz ta' din il-policy l-UE qablet li s-suq tal-kumpaniji tal-ajru jkun liberalizzat u allura jekk ajruplan ġej minn Manchester lejn Malta m'għandux għalfejn jagħmel l-Air Services Agreement (ASA). Dan ifisser li ajruplan ikun jista' jinżel Malta mingħajr bżonn ta' ftehim. Malta tagħmel ASA ma' pajjiżi bħat-Turkija (biex jinżel it- Turkish Airlines) u l-Emirati (biex jinżel l-Emirates). Huwa spjega kemm hu kruċjali li Malta jkollha konntettività u fid-dawl tal-fatt illi seba' linji tal-ajru jtiru minn u lejn ir- Renju Unit staqsa jekk sarx qbil jew ġiex negozjat wieħed dwar dan il-punt partikolari. U anke d-drittijiet tal- passiġġieri. Turist Ingliż se jibqa' jkollu l-istess drittijiet? Bid- direttiva tal-Unjoni Ewropea d-drittijiet tiegħek huma ċari; kemm tista' tieħu rifużjoni, meta tieħu rifużjoni u ħafna iktar. In-negozji; probabilità ta' aktar burokrazija Naturalment għandna n-negozji. Zammit Lewis ifakkar lil din il-gazzetta illi hemm ċans li tiżdied il- burokrazija għan-negozji li jridu jiftħu fir-Renju Unit jew negozju tar-Renju Unit li jixtiequ jiftħu hawn. Fakkar illi meta tkun ġej minn pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea tista' tiftaħ negozju b'faċilità. Imma jekk persuna trid tiftaħ negozju f 'pajjiż barra mill-UE il-probabilità hija li l-burokrazija tiżdied. Ifakkar lill-ILLUM illi min iġib xogħol mir-Renju Unit se jintlaqat jekk ma jintlaħaqx qbil li jbiddel is-sitwazzjoni ta' bħalissa. Bħal meta ġġib xogħol miċ-Ċina, mit-Turkija jew mit- Tuneżija, jista' jkun li mis-sena d-dieħla anke meta ġġib xogħol mir-Renju Unit tkun trid tibda tħallas id-dwana (id-dwana hija mneħħija għal kummerċ bejn pajjiżi tal-UE għax hija meqjusa bħala ostaklu għall-moviment ħieles tal-prodotti.) Zammit Lewis ifakkar kif dan jista' jfisser li jogħlew il- prodotti bil-periklu li n-negozju ma jibqax kompetittiv. U finalment, nitkellmu ħafna dwar kumpaniji li jitilqu mir- Renju Unit, Zammit Lewis jara l-possibilità li minflok jitilqu minn hemm, imorru hemm? "Jekk dak li l-Gvern Malti qed jopponi bil-qawwa, jiġifieri l-armonizzazzjoni tat-taxxa isseħħ, iva jista' jkun hemm dan l-impatt negattiv." Immigrazzjoni; eżodu lejn l-Unjoni Ewropea? U naturalment u finalment, l-immigrazzjoni, ir-raġuni għalfejn sar ir-referendum u r-raġuni ewlenija għalfejn rebaħ il-'Leave'. L-Ingliżi, jew ħafna minnhom, ivvutaw biex ma jidħlux barranin f 'pajjiżhom imma fl- istess ħin l-immigranti li qegħdin fir-Renju Unit f 'daqqa waħda se jkollhom passaport li mhux se jibqa' Ewropew. Jaħseb li minflok jidħlu l-immigranti, se jkunu qed jitilqu? "M'iniex ċert x'se jiġri. Jekk l-ekonomija tibda tbatti u tgħaddi minn perjodu ħażin, jista' jkun li jiġri dak li qed tgħid int. Imma jekk ikun hemm iċ- ċertezza, dan ma jiġrix"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018