Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 25 ta' November 2018 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Prekarjat leġittimizzat NHAR il-Ħadd li għadda din il-gazzetta ppubblikat storja dwar ħaddiema li qed jaħdmu fuq kuntratti ta' xahar b'xahar. Biex inkunu onesti qabel ma fil-fatt ippubblikajna l-istorja, malli l-gazzetta saret taf li persuni qed jitħaddmu b'kuntratti ta' xahar jew tliet xhur fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex kienet ixxukkjata u stenniet li wara l-istorja tittieħed azzjoni biex dawn il- ħaddiema jkollhom is-sitwazzjoni tagħhom regolarizzata. Dan sakemm sirna nafu min- naħa tal-Labour Office kif ukoll mill-Gvern li fil-fatt impjegatur għandu dritt iħaddem persuna fuq kuntratti ta' xahar b'xahar, sa massimu ta' erba' snin. Dan sempliċiment mhux aċettabbli għax dan mhu xejn għajr prekarjat leġittimizzat. Xejn iktar u xejn inqas. Għax legali ma jfissirx li huwa korrett. Il-persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi ma jistgħux jibqgħu jgħixu b'dan il-mod, f 'inċertezza hekk kif ma jafux x'se jiġri x-xahar id-dieħel u jekk hux se jerġa' jiġġeddilhom il-kuntratt. Tant hi ħażina din is-sitwazzjoni li min jimpjegahom stess fl-Isptar ta' Għawdex ammetta li "għandhom raġun." Imma issa rridu mmorru oltrè mill-"għandhom raġun". Bir-raġun ħaddiem mhux se jiekol, bir-raġun mhux se jkun jista' jieħu self għad-dar u bir-raġun mhux se jgħix ħajja diċenti. L-ILLUM tħeġġeġ lill- unjins, li lkoll huma kontra dan it-tip ta' prekarjat leġittimizzat, biex jaħdmu qatigħ u jeradikaw dan it- tip ta' impjieg. Ma jistax ikun li fl-2018, fl-aqwa żmien, b'ċertifikati pożittivi għall-ekonomija Maltija jkollna nies li qed jaħdmu b'din it-tip ta' inċertezza, speċjalment jekk dawn il-persuni jkunu qed jagħmlu dan ix-xogħol bħala l-impjieg prinċipali tagħhom. Nappellaw lill-GWU u UĦM Voice of the Workers biex jitkellmu u jesiġu bidliet. 16-il jum kontra l-vjolenza... '16 days of activism against gender-based violence' hija kampanja li tibda llum f 'dan ix-xahar li jfakkar fil-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq il- ġeneru, fosthom il-vjolenza domestika. It-tim tal-gazzetta ILLUM jixtieq jagħti l-appoġġ sħiħ lil din il-kampanja u jixtieq ifakkar ukoll fl-importanza li min għaddej minn esperjenza ta' vjolenza, jitkellem. Nafu li huwa diffiċli li titkellem, imma meta titkellem tkun verament bdejt il-vjaġġ tal-fejqan. Kif għidna diversi drabi l-vjolenza domestika mhix kwistjoni privata, hija kwistjoni pubblika u jeħtieġ tkompli tkun miġġielda bis-saħħa kollha. ...ħmieġ, ħmieġ u aktar ħmieġ Malta huwa pajjiż sabiħ ferm, apparti fejn qed neqirdu biex nibnu xi blokka appartamenti. Imma pajjiżna għadu jbati minn ferita kerha: il-ħmieġ fit-toroq u anke fil-kampanja. Mixja f 'waħda mill-isbaħ widien ta' Malta li ttellgħek għall-Miżieb, wieħed mill- isbaħ boskijiet f 'pajjiżna tħallik b'togħma pjuttost qarsa. Flixken tal-plastik kullimkien, fdalijiet ta' dak li jidher li huwa BBQ, tazzi tal-plastik u laned tal-birra, li huwa ċar illi ntremew minn nies li jkunu għaddejjin bil-karozza f 'waħda mill-isbaħ toroq ta' Malta li mill-Mellieħa tieħdok għat-triq li tagħti għal Għajn Tuffieħa. Iva, possibbli, fl-2018 għandna ma rabbejniex kuxjenza? Possibbli għadna daqshekk insensittivi lejn pajjiżna? Possibbli għad hawn din l-injoranza? Għax li tiftaħ it-tieqa tal- karozza, mhi xejn għajr injoranza. Mhux billi nperpru l-bnadar u nħabbtu fuq sidirna. Ir-rispett lejn pajjiżna jiġi wkoll billi nirrispettaw il-wirt naturali u ambjentali li qiegħed għandna b'self. Xi kultant inħarsu u nistennew wisq mill- politiċi. Irridu nkunu aħna li nibdew inrabbu kuxjenza lejn il-madwar tagħna, lejn in-natura, biex il- ġenerazzjonijiet ta' warajna jgawdu wkoll minn dak li tħalla lilna. Naturalment, l-awtoritajiet jeħtieġ jagħmlu xogħolhom ukoll u t-tindif għandu jkun aktar ta' spiss u effiċjenti fejn hemm il-bżonn. It- tindif huwa xi ħaġa bażika; mhux id-daqq ta' trombi jgħoddu imma r-riżultati li naraw madwarna. Inħeġġu wkoll, ladarba semmejna l-post, lill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti biex jieħdu aktar ħsieb tal-bosk mill-isbaħ tal-Miżieb u jwaħħlu ftit dustbins. Biex il-post jitgawda minn kulħadd, mingħajr ma nibqgħu naraw il-ħmieġ li jitħalla minn persuni irresponsabbli. Għall-inqas bi ftit dustbins, ħadd ma jkollu skuża. Meta tqis l-avvanz ekonomiku u edukattiv li għamel dan il-pajjiż, kif ukoll meta wieħed iqis kemm kibret il-kuxjenza ambjentali, bi sfortuna jkollna nikkonkludu li għandna pajjiż pjuttost maħmuġ! Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018