Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417
Sports 21 Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 | illum minn Cristian Antony Muscat LEANNE Bartolo - 'Bikini Fitness Model' ewlenija f 'pajjiżna u li taħdem ukoll bħala personal trainer u group fitness instructor. Fil-ġimgħat li għaddwe ikklassifikat fit-tielet post fil-kategorija tagħha fil-Kampjonati Mondjali tal-Bodybuilding, fejn temmet biss wara pajjiżi enormi bħall-Amerika u l-Awstralja. F'dan l-artiklu, Leanne, innifisha se tkun qed ittina iktar dettalji rigward din l-espeerjenza inkredibbli u unika fil- karriera tagħha. "Li tikkompeti mal-aqwa atleti fid-dinja u tirrapreżenta lill pajjiżek huwa l-aqwa unur li jista' jkollok. Il-fatt illi mbagħad jirnexxielek tikseb riżultat daqshekk pożittiv hija xi ħaġa straordinarja. Meta wasalt għar-reġistrazzjoni lejlet il- kompetizzjoni, ħassejtni daqsxejn mwerwra meta ndunajt kemm kien hemm kompetituri fil-klassi tiegħi - aktar minn 40 tfajla ġejjin minn pajjizi differenti mid- dinja kollha. Fuq l-istage finali kont waħda minn 13-il tfajla kollha tal-aqwa livell fid-dinja, 'Professional Athletes'. It-tir tiegħi kien illi "nipplejsja" jiġifieri tkun waħda mll-aqwa sitta. X'ħin indunajt illi lħaqt it-tielet post, kont emozzjonata ħafna. Li tkun fuq il-podju u jirnexxielek tgħolli l-bandiera Maltija ħdejn dawk tal- Amerika u tal-Awstralja hija xi ħaġa fenomenali!" 'Li tgħolli l-bandiera Maltija ħdejn tal-Amerika u tal- Awstralja hija xi ħaġa fenomenali' - Leanne Bartolo Leanne Bartolo kburija bil-bandiera Maltija wara li temmet t-tielet post l-Kampjona- ti Mondjali tal-Bodybuilding minn Cristian Antony Muscat Bejn il-Ġimgħa 16 u s-Sibt 17 ta' Novembru, Malta laqgħet 'il fuq minn 250 ġinnasta għat-32 edizzjoni tal-Gymstars International Gompetition. L-atleti Maltin ikkompetew ma' atleti minn bosta pajjiżi fosthom l-Awstrija, in- Norveġja, id-Danimarka, il-Belġju, l-Ingilterra, l-Irlanda u l-Afrika ta' Isfel. Il-kompetizzjoni kienet ta' suċċess b'wirjiet sbieħ kemm minn atleti lokali kif ukoll minn dawk internazzjonali. Il-ġinnasta promettenti ta' 14-il sena Ella Borg irnexxielha tispikka bi prestazzjoni pożittiva mmens fejn rebħet it-tielet post overall fil- kategorija B. Barra minnhekk, Ella għaddiet għall-finali u kisbet tliet midalji: deheb, fidda u bronż fuqil-vault, floor u beam rispettivament. Ir- riżultat fil-vault ta' 13.1 huwa partikolarment impressjonanti lokalment għall-età tagħha. Ella qalet li fit-tieni ġurnata ħassitha aktar kunfidenti u b'konsegwenza marret aħjar milli fl-ewwel ġurnata. "Fil- finali kont determinata li nieħu midalja fuq kull apparat u nħossni sodfatta mmens li lħaqt dak l-għan. Hija dejjem emozzjoni sabiħa meta jgħajtulek ismek biex titla' fuq il-podju. Hemmhekk tiġi ppremjata mhux biss għall- abbilta' imma wkoll għas- sagrifiċċji u s-sigħat kollha ta' taħriġ." Dwar l-esperjenza tagħha f 'din il-kompetizzjoni, Ella qalet li kienet sodisfatta ħafna: "Kollox ma' kollox, ħassejtni kuntenta wisq li rnexxieli nikseb dan ir-riżultat fost ġinnasti ta' kwalita' għolja. Għal din il-kompetizzjoni kont qed nipprova ħafna ħiliet ġodda allura ma ħadthiex bi kbira li kelli tliet waqghat. Minkejja dan xorta ninsab kburija bija nnifsi u beħsiebni nkompli naħdem bi preparazzjoni għall- kompetizzjonijiet li għandi fir- Repubblika Ċeka f 'Novembru u s-Serbja f 'Dicembru li ġej." Bil-konsistenza li qed turi, m'hemmx dubju li Ella se tkompli tissemma' u tikseb aktar successi fil-futur qrib. Suċċess ieħor għall-ġinnasta żagħżugħa Ella Borg Ella Borg imkien mal-kowċ tagħha, Nataliya Pantileeva Ella Borg fuq il-podju -ewwel post