Illum previous editions

ILLUM 25 November 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

III Suppliment Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 | illum l-Immakulata kif tahielhom Abram Gatt li bis-sħana ma jiġix iweħħel u jeħlu miegħu elementi, bħat- trab. Il-vara kellha ħsarat? Staqsejna wkoll lir- restawraturi jekk waqt ir-restawr sabux ħsarat fuq il-vara. Spjegaw kif mid- dokumentazzjoni tal-bidu (għax kull parti tal-proġett tkun dokumentata) mill- ewwel ġew innotati żewġ qasmiet irqaq fis-saff taż- żebgħa, waħda fuq ġbin il- Madonna u l-oħra fuq il-parti t'isfel tal-għonq. Sabu wkoll taqtir ta' verniċ fuq bażi ta' reżina fuq l-għajn u l-ħadd il-lemini. Spjegaw kif maż-żmien dawn issaddu u t-taqtir tal-verniċ deher qisu tbajja' kannella skuri. Apparti minn hekk, il-vara kellha għadd ta' brix fuq is-saffi taż-żebgħa u l-verniċ fuq is-swaba' u madwar il- polz. Dawn kienu kkawżati miċ-ċrieket u l-brazzuletti li jintramaw fuq il-vara fil- ġranet tal-festa. Anke jekk mhux ħsara, l-istatwa kellha saff ta' trab li trabba fuq il-wiċċ u l-idejn. Fi kliem Valentina Lupo, dan dallam id-dehra tal-istatwa u maż-żmien għen ukoll biex trabbiet il-moffa. 'Kburin li raddejna l-istatwa kif waslet 113-il sena ilu' L-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni tgawdi minn devozzjoni kbira u għall- Bormliżi hija l-mimmi ta' għajnejhom. Ma tidħolx f 'dar f 'Bormla li ma ssibx statwetta jew ritratt tagħha. Staqsejna lir-restawraturi jekk jibżgħux meta jkunu qed jaħdmu fuq statwa bħal din. Lupo dlonk wieġbet li mill-bidu nett ta' dan il- proġett żammew f 'moħħhom il-konnessjoni li l-Bormliżi għandhom lejn din ix-xbieha u għalhekk kemm jista' jkun il-parruċċani kienu involuti. Fil-fatt, bejn l-14 u l-15 ta' Awwissu, il-pubbliku ngħata ċ-ċans li jara l-istatwa fid-dettall waqt il-proċess tal-konservazzjoni u anke jistaqsu dwarha. "Xtaqna li n-nies ikunu infurmati dwar is-sejbiet u t-trattamenti fuq l-istatwa u jifhmu l-importanza tal- konservazzjoni," kompliet Lupo. "F'dan ix-xogħol ma hemmx ħabi. Meta ġew jaraw il-vara, in-nies staqsew u spjegajnielhom. Dwar jekk beżgħux minn dan il-proġett, kemm Lupo u anke Zenzani saħqu li xi ftit tal-biża' dejjem ikun hemm iżda huma ma jagħmlu xejn jekk ma jkunux ċerti u meta ma jkunux ċerti, jieqfu u jaraw. "Ġieli tqum bil-lejl taħseb fuq proġett. Trid li n-nies jaċċettaw ix-xogħol tiegħek. Forsi n-nies jaraw biss l-estetika iżda aħna naraw ħafna aktar minn hekk, aħna jimpurtana li t-tindif u l-konsolidament ikun sar tajjeb, li s-solvent ma jippenetrax fl-injam u l-materjal li jintuża ma jagħmilx ħsara. Nagħmlu ħafna xogħol li ma jidhirx iżda li huwa importanti," saħqet Lupo. Temmew jisħqu li huma kburin li ħadmu bi prudenza, b'rispett u raddew lura l-istatwa kif waslet fost il- Bormliżi 113-il sena ilu, biex titgawda mill-ġenerazzjonijiet ta' issa u minn dawk tal- ġejjieni. Il-materjali kollha użati fil-konservazzjoni u r-restawr tal-istatwa huma riversibbli u l-proġett twettaq skont il-kodiċi tal-etika tal- Konfederazzjoni Ewropea tal-Konservaturi Restawraturi (E.C.C.O). L-isfond storiku tal-istatwa tal- Immakulata Kunċizzjoni L-istatwa oriġinali tal-Immakulata Kunċizzjoni tnaqqxet fl-injam madwar l-1680 minn Suor Maria De Domenicis, Karmelitana Terzjarja u studenta ta' Mattia Preti u aktar tard ta' Carlo Maratta. Fis-snin ta' qabel l-1905, il-Bormliż Abram Gatt tqabbad biex jiddisinja mill-ġdid l-istatwa bil-għan li din issir tal-fidda, apparti r-ras, l-idejn, is-saqajn u s-serpent fil- bażi tal-istatwa. L-istatwa ntbagħtet għand id-ditta Antonio Ghezzi & Figli ta' Milan li ħadmet xogħol tal-għaġeb fil-fidda. Ħarsa mill-qrib lejn l-istatwa tal-Immakulata Kunċizzjoni, jinnota d-disinji fini u rqaq li bihom hija mżejna l-libsa tal-fidda tal-Madonna. Il-kuntratt kien sar bejn il-kapitlu Bormliż u Alfonso Barbara f 'isem id- ditta u fost oħrajn kien jistqarr li r-ras, l-għonq u x-xagħar m'għandhomx jiġu mmodifikati, għalkemm il-qagħda tar-ras kellha tkun immodifikata biex toqgħod għall-qagħda tal-ġisem il-ġdid propost. Is- serpent ukoll kellu jżomm ir-ras oriġinali, imma kellhom isiru xi modifiki fuq ġismu. Fil-fatt, stħarriġ riċenti kkonkluda li r-ras, l-idejn u l-bażi tal-istatwa oriġinali nqalgħu u ġew miżjuda fuq il-ġisem tal- fidda mibni ġdid. L-ispiża sħiħa tal-proġett ma kellix taqbeż il-£240, u t-total tal-piż tal-fidda użata kellha tkun ta' bejn il-25 u t-30 kilo. L-istatwa nġiebet lura minn Milan nhar it-8 ta' Ġunju 1905 u ġiet inawgurata fit-18 ta' Ġunju 1905, ftit jiem qabel kien inkurunat il-kwadru titulari li għadu kif ġie rrestawrat mill- kumpanija PrevArti. Il-mantell tal-Madonna huwa mżejjen bi djamanti u 164 stilla tad-deheb. L-istatwa tistrieħ fuq pedestall kapulavur u hija mżejna b'raġġiera mill-isbaħ, it- tnejn tal-fidda, li wkoll saru fuq disinn ta' Abram Gatt u nħadmu mid-ditta Antonio Ghezzi & Figli. Id-differenza fix-xagħar wara t-tneħħija taż- żebgħa miżjuda

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 25 November 2018