Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 25 ta' November 2018 Eks amministratur ta' klabb tal-futbol tal-ewwel diviżjoni jiżvela mal-ILLUM każ ta' allegat tixħim li spiċċa quddiem il-Pulizija iżda li sa issa ma tteħditx azzjoni fuqu DIN il-gazzetta tista' tiżvela allegat każ ta' tixħim li seħħ is-sena l-oħra waqt logħba tal-ewwel diviżjoni nhar is-6 ta' Novembru tas- sena l-oħra. F'dan l-allegat każ, kienu implikati plejers, tnejn minnhom Maltin u l-oħrajn barranin, bl-informazzjoni u l-evidenza allegatament tgħaddi għand l-MFA minn membru għoli tal-klabb tal- istess plejers. Kien dan il-membru li tkellem mal-ILLUM fuq kundizzjoni ta' anonimità. Is-sors sostna ma' din il-gazzetta kif minkejja l-informazzjoni kollha li hu għadda lill-MFA, inkluż dikjarazzjoni ta' 14-il paġna minn wieħed mill-plejers implikati, "ma ttieħdu ebda passi ulterjuri. Saħansitra wieħed mill-plejers inkwistjoni, ingħata r-release mingħand l-istess MFA ftit tax-xhur ilu." Ir-'release' huwa dokument li bih plejer jkun jista' jiġi rilaxxat minn mal-klabb attwali u jiffirma ma' klabb ieħor. Fid-dawl ta' dawn l-allegazzjonijiet serji din il-gazzetta bagħtet sett ta' mistoqsijiet rigward dan il-każ lill-MFA. L-ILLUM staqsiet għalfejn l-MFA infurmat lill-Pulizija dwar il-każ ħames xhur wara u mhux meta kienet infurmata inizjalment. Għalfejn m'għamlitx pressjoni fuq il- Pulizija biex il-plejer li telaq barra minn Malta jinġieb lura u għalfejn wieħed mill- barranin li ħarab u ġie lura ġie rilaxxat mill-istess MFA. Fil-mistqosijiet tagħna, l-ismijiet tal-klabbs inkwistjoni ma ġewx żvelati bl-għan li tiġi ssalvagwardjata l-identità tas-sors. Minkejja dan fl- istess mistoqsijiet poġġejna dettalji speċifiċi dwar il-każ, id-data ta' meta ntlagħbet il-logħba, id-data ta' meta sar ir-rapport tal-Pulizija u dettalji dwar il-movimenti tal-plejers inkwistjoni. Għall-ewwel l-MFA qalu li minħabba li huma jinvestigaw ammont kbir ta' każijiet kull sena, f 'dan il-waqt ma setgħux jidentifikaw il-każ, sakemm ma jingħatawx id- dettalji tal-logħba. Wara diversi kuntatti kemm ma' Kevin Azzopardi, li hu d-direttur tal- komunikazzjoni fi ħdan l-MFA u Franz Tabone l-Uffiċjal tal- Integrità tal-MFA, dawn qalu li ma jafu b'ebda rapporti li saru lill-Pulizija dwar logħob tal-ewwel diviżjoni bejn Ottubru u Diċembru tas-sena l-oħra. Sussegwentement il- gazzetta speċifikat għal liema logħba kienet qed tirreferi u speċifikat kif "ir-rapport dwar dawn l-allegazzjonijiet sar f 'Diċembru, però l-logħba inkwistjoni tmur lura għas-6 ta' Novembru 2017. Apparti hekk, ir-rapport lill-Pulizija sar fit-23 ta' Novembru 2017." L-MFA wieġbet li ma jirriżulta li hemm ebda rapporti lill-Pulizija fid-dati li qed insemmu. Minkejja dan, il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata li kważi ġimagħtejn wara l-logħba, preċiżament nhar it-23 ta' Novembru 2017, is-sors flimkien ma' persuni oħrajn taw rakkont dettaljat ta' x'ġara u ma ġarax lill- Pulizija f 'rapport li għamlu. Jihder illi l-Pulizija kienu infurmati bid-dettalji kollha tal-każ kif ukoll ma' min għamlu kuntatt dwar dawn l-allegazzjonijiet serji. 'Kont qed nagħmel toilet u smajthom jiftiehmu kif se jinxtraw' Is-sors li tkellem ma' din il-gazzetta spjega pass pass u fid-dettall l-affari kollha. Biex nipproteġu l-identità tas-sors li tkellem magħna, l-isem tal-klabb u l-plejers inkwistjoni se jibqgħu anonimi. Mal-ILLUM hu jibda jirrakkonta, "jiena l-futbol kien ħajti u kont parti minn klabb tal-ewwel diviżjoni għal ħafna snin. Darba waħda ftit qabel ma kienet se tibda l-partita, dħalt fid-dressing room sabiex nuża t-toilet. Mumenti wara, daħlu erba' plejers, tnejn Maltin u tnejn barranin. Bdejt nismagħhom jiftiehmu fuq kemm kienu se jitħallsu biex jinxtraw. Kien wieħed biss, plejer Malti li rrifjuta," spjega s-sors. Hu kompla jgħid, "kif smajt hekk, ħriġt il-mowbajl u bdejt nirrekordja kollox. Bdiet il-logħba, bqajt kwiet u ma għidt xejn lil ħadd. Għidt issa nara x'jiġri waqt il-logħba. Waqt il-partita kienet ovvja li tlieta minn dawn il-plejers kienu nxtraw. Dak li rrifjuta, għamel minn kollox biex iħarbtilhom il-pjan, però kien kollox għalxejn," sostna s-sors. "Wara l-logħba jien u membru tal-kumitat ieħor morna l-appartament ta' dawn iż-żewġ barranin li kien mikri mill-klabb għalihom. Minnufih ikkonfrontajna lil dawn iż- żewġ plejers." Is-sors kompla jgħid kif, "wieħed minnhom, mill-ewwel infaqa' jibki u ammetta, filwaqt li l-ieħor beda jisħaq li hu kien fil-fatt irrifjuta li jinxtara." Wieħed mill-plejers implikat jaħrab minn Malta Is-sors spjega kif l-għada tal-logħba huwa mar bl-informazzjoni kollha għand Franz Tabone l-Uffiċjal għall-Integrità fi ħdan l-MFA, il-persuna responsabbli minn investigazzjonijiet ta' dawn it-tip. "Wara din il-laqgħa, erġajt mort l-appartament tal- klabb biex nerġa' nkellem lill dawn iż-żewġ plejers barranin, però sibt wieħed biss. Ftit ħin wara nirċievi telefonata u informawni li dan il-plejer rawh dieħel l-ajruport ta' Malta," sostna s-sors. "Fiż-żmien ta' wara, Tabone bagħat għalija diversi drabi, għamilt stqarrijiet kontra stqarrijiet. Huwa kien bagħat anke għall-plejer barrani l-ieħor li kien ammetta mill-ewwel meta kkonfrontat mis- sors." Minkejja kollox hu jistqarr li, "kollox kien baqa' jiġġebbed u ma smajt xejn għal xi żmien." Apparti minn hekk, huwa spjega kif iż-żewġ plejers l-oħra, jiġifieri dawk Maltin kienu tkeċċew mill-klabb ftit ta' żmien wara l-inċident. Jirrapporta l-każ f 'Novembru iżda tinfetaħ l-investigazzjoni f 'Mejju Minkejja li s-sors kien sar jaf b'dawn l-allegazzjonijiet f 'Novembru u kien għadda l-informazzjoni fl-istess żmien, jidher li r-rapport għand il-Pulizija sar sitt xhur wara. "F'Mejju, l-għada li spiċċa l-kampjonat, Tabone mar għand il-Pulizija. Ovvjament wara li jispiċċa l-kampjonat ħafna minn dawn il-barranin imorru lura pajjiżhom." Apparti minn hekk, huwa spjega kif fil-ġranet ta' wara l-Pulizija kienu sejħulu biex ikellmuh. "Mort u għamilt id- dikjarazzjoni tiegħi bil- miktub. Dak iż-żmien kont staqsejt x'se jiġri issa ġaladarba kien hemm ir- rapport. Mill-ewwel kienu qaluli li diffiċli jsir xi ħaġa għax il-plejers kienu barra minn Malta. Apparti wkoll li wieħed mill-investigaturi tal-Pulizija, jidher li ddeskriva din bħala 'biċċa logħba'," irrakkonta s-sors. "Ħadu r-release mill-MFA u l-każ spiċċa hemm' Minkejja r-rapport tas- sors u l-investigazzjoni tal-Pulizija, hu spjega kif riċentement il-plejer li kien ħarab minn Malta reġa' ġie u ngħata r-release mill-MFA. "Ġie għandi u staqsieni għall-karta tar-release. Jien ovvjament għidtlu le m'iniex se nagħtihilek, mur għand l-MFA. U hekk għamel u l-MFA tagħtu r-release," saħaq is-sors. Eks amministratur ta' klabb tal-futbol tal-ewwel diviżjoni jiżvela mal-ILLUM każ ta' allegat tixħim li spiċċa 'Wieħed infaqa' jibki u ammetta, l-ieħor beda jisħaq li hu kien irrifjuta li jinxtara' lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter