Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1055417
9 Intervista Il-Ħadd 25 ta' Novembru 2018 | illum il-bieb...kif se jweġbuk? b'saħħtu f 'Malta, li joffri bilanċ san fix-xena politika, u soluzzjoni għal min qata' qalbu. 4. Tidħol għand koppja LGBTIQ u jgħidulek li dan il-Gvern tahom id-drittijiet kollha ma jarawx għalfejn għandhom jivvutaw lil partit ieħor. Kif se tikkonvinċihom jivvutaw lill-PD? L-moviment LGBTIQ kien strumentali sabiex Malta tagħmel pass kbir 'il quddiem - hu sew li niċċelebraw dan is- suċċess. Kuntent u kburi li ngħix f 'pajjiż fejn kulħadd ugwali irrispettivament mill-orjentazzjoni sesswali jew identità ta' ġeneru. Il-Partit Demokratiku fil-Parlament ivvota favur il-liġijiet li jikkonfermaw l-ugwaljanza ta' kulħadd. Issa jeħtieġ li din l-ugwaljanza nxerrduha verament fil-familji, il-postijiet tax-xogħol u l-pjazez tagħna. Lill- koppja LGBTIQ nistedinha sabiex tingħaqad magħna f 'tim li għandu għal qalbu lil pajjiżna. Ilkoll nistgħu nibnu pajjiż aktar tolleranti li jħares lill-batut u lill-ambjent; li verament jemmen fil-liġi u mhux biss meta jaqblilna. 5. Tidħol fid-dar ta' individwu u jgħidlek illi jixtieq jivvota partit 'żgħir', imma jibża' illi dak ikun vot 'moħli'. X'tgħidlu? Vot lill-PD hu investiment f 'futur aħjar. Futur fejn Malta verament tkun repubblika fil-veru sens tal-kelma. Stat fejn il-liġi ssaltan, fejn il- politika tkun ibbażata fuq ir-raġuni, mhux il-partiġġjaniżmu. Il-PD qed jikber u llum għandu responsabiltà kbira fuq spallejh: dik li jkompli jġorr il-wirt tal-Forza Nazzjonali u jkompli jkabbar fuq il-pedamenti li xħetna fl-elezzjoni li għaddiet. Biż-żmien, il-PD jaspira li jkompli jirbaħ numru ta' siġġijiet fil-Parlament li jġiegħlu lil wieħed miż-żewġ partiti l-oħra jiffurmaw koalizzjoni mal-PD biex jiffurmaw gvern. Il-PD fil-gvern jiżgura gvern miftuħ, kontabbli u modern fejn ix-xogħol kollu jsir kif suppost f 'mod nadif, ekwu, u trasparenti. 6. Iwaqqfek nassab u jistaqsik inti kif tista' 'ssalva' l-insib. Inti x'tgħidlu? Irridu nsibu bilanċ bejn id-delizzju u s-salvagwardjar tal-ispeċi tal-għasafar li jinsabu f 'riskju t'estinzjoni. Jien lest inkun ma' dawk li jħarsu l-liġi. Fl-1992 mort il-Ġermanja flimkien mal-kru tiegħi fejn morna nġibu patrol boat għall- Forzi Armati ta' Malta. Fostna kien hemm bosta nassaba u kaċċaturi li baqgħu mmeraviljati bil- pajsaġġ tal-wirt naturali tal-foresti Ġermaniżi. Ma kellhomx snieter, allura minflok, ħarġu l-kameras u bdew jieħdu ritratti tal-għasafar u l-annimali. Minn dik l-esperjenza tgħallimt li bosta kaċċaturi u nassaba għandhom għal qalbhom l-ambjent. Nemmen li n-natura qiegħda hemm biex igawdiha kulħadd, u jekk niġi elett, niżgura li santwarji tal-għasafar u riżervi naturali jiġu mwaqqfa kullimkien fuq Malta, u kieku niddelega dawn iż-żoni lin-nassaba li jaċċettaw li jieqfu jonsbu jew jikkaċċaw. 7. Tidħol għand familja Laburista li tgħidlek illi hija xi ftit imdarrsa bi stejjer bħal ta' 17 Black. Imma jkompli jgħidu illi "dawn mhux kollha l-istess...kollha xi ftit korrotti." Inti kif tikkonvinċihom li inti l-aħjar għażla tagħhom? Dan l-argument nisimgħu ħafna. "Mhux kulħadd l-istess?!" jgħiduli. Dan il-ħsieb jinkwetani wisq. Donnu lesti naqtgħu qalbna milli qatt ikollna sistema politika li verament jixirqilna: nadifa u kontabbli. Iżda jien u sħabi tal-partit qed nimmilitaw fil-partit għax irridu nagħtu tama ġdida. Jixirqilna pajjiż aħjar. Jien qattajt kważi 30 sena fl-armata u qatt ma ċedejt għall- korruzzjoni. U sa fejn naf jien, l-ebda membru tal-Partit Demokratiku ma ffaċċa allegazzjonijiet ta' korruzzjoni. Din il- perspettiva bla mittiefes hija l-punt l-aktar favur il- PD, u fil-mument li l-PD jibda jħalli karattri dubjużi jidħlu fil-partit ikun il- mument li l-PD jiffirma d-destin tiegħu għax insiru bħall-partiti l-kbar. Dan jimplika li l-PD iżomm il-prinċipji u l-valuri fuq kollou jiġġieled qatigħ biex jipproteġi din ir- reputazzjoni. Għalhekk pereżempju aħna rridu li nirriformaw il-liġi tal- finanzjament tal-partiti. Din mhix qed taħdem. 8. Tmur id-dar ta' żewġ anzjani u jgħidulek illi int trid il-vot biex issir sinjur mill-Ewropa, b'paga tajba u perkaċċi. Kif twieġeb? Qed nikkontesta għax irrid nagħti aktar ħin sabiex ilkoll flimkien inġeddu lil Malta. Jekk niġi elett, inkun nista' naħdem għaxar darbiet aktar għal Malta għax ix-xogħol minn Brussell ma jfissirx li nabbanduna lil Malta. Anzi. L-MEPs iqattgħu bejn wieħed u ieħor nofs il-ħin f 'Malta mal-kostitwenti. Barra minn hekk, kif inhuma l-affarijiet bħalissa, nista' niddedika biss ftit filgħaxijiet fil-ġimgħa, u xi sigħat fi tmiem il-ġimgħa, għax irrid naqla' x'niekol. Jekk inkun elett bħala MEP, inkun qed naħdem għal pajjiżna il-ħin kollu, inkluż tmiem il-ġimgħa. 9. Jekk trid vera tagħmel differenza ma taħsibx li kien ikollok ċans ikbar kieku ħriġt mal-PN jew il-PL? Il-politika mhix ċans imma viżjoni. Jien nemmen li dmiri hu li nagħti sehmi fit-tiġdid ta' pajjiżna. Għalhekk ingħaqadt mal-Partit Demokratiku u ser nikkontesta l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f 'isem il-partit. Irrid ukoll ngħin fit-tisħiħ tal- Ewropa. Sfortunatament, il-PN u l-PL ġew mittiefsa bl-appoġġ tagħhom lejn żviluppi kontroversjali, spiss kontra r-rieda ta' residenti. Iż-żewġ partiti l-kbar jirrappreżentaw il-preżent tal-politika Maltija. Politika li saret supermarket tal-pjaċiri għal min jiflaħ. Għalhekk pereżempju l-Awtorità tal-Ippjanar saret qisha ħanut tal-pastizzi. Il- Partit Demokratiku jirrappreżenta l-politika tal-futur: Politika fejn iċ-ċittadin, sinjur jew fqir, verament jiġi l-ewwel, fejn Malta tkun verament tagħna lkoll, fejn isaltan id-dritt, u minflok partiġġjanizmu sfrenat ikollna dibattitu demokratiku għall-ġid ta' pajjiżna. 10. Tidħol f 'residenza ta' mara li ssostni li hi temmen li għandha jkollha dritt li tagħmel abort. Inti x'tgħidilha? Għandi żewġ subien ta' 23 u 20 sena. Jien u marti kellna u għad għandna l-isbaħ esperjenza nrabbu. Din hi esperjenza li tkabbrek, turik kif int biss parti minn moviment uman li għandu passat, preżent u futur. Lil din il-mara nismagħha u nagħdirha iżda ma naqbilx magħha. Kapaċi nifhem minn fejn tkun ġejja din il-mara. Forsi r-relazzjoni tagħha falliet u ma tistax trabbi ħajja ġdida f 'din id-dinja bħala single parent. Jeħtieġ li bħala politika l-ewwel u qabel xejn nagħmlu kull mezz sabiex din il-mara jkollha r-riżorsi u l-mezzi sabiex tagħżel li tkompli t-tqala tagħha. Jeħtieġ ngħinuha finanzjarjament u psikoloġikament. Jeħtieġ nippromovu l-edukazzjoni sesswali sa minn età żgħira ħalli kulħadd ikun infurmat. Imma jien nemmen li l-ħajja tibda mal-konċepiment u għaldaqstant ma nkunx nista' ngħinha bis- soluzzjoni li qed tfittex. Moħli l-vot għall-PL u l-PN, għax dawn urew bil-provi li jiavorixxu biss lill-iżviluppaturi, billi jagħtuhom artijiet pubbliċi b'irħis u kuntratti miljunarji " " Veru, l-ekonomija miexja tajjeb u hawn tkabbir ekonomiku. Hu wkoll stmat li 2,000 ruħ qed jgħixu l-garaxxijiet. " " -Arnold Cassola - Martin Cauchi Inglott